Il-Ħbieb Isejħu
Diċembru 2025 Numru 712
+L-Iben t'Alla sar Bniedem
DIĊEMBRU 2025 numru 712
Ħrafa Taljana tirrakkonta dwar mara li kienet tal-knisja. Ma titlef qatt quddiesa tal-Ħadd u ħafna drabi lanqas dik ta’ matul il-ġimgħa. Kienet trid li wliedha jattendu l-klassijiet tad-duttrina. Kienet tmur għal taħditiet reliġjużi li kien jorganizza l-kappillan u kienet ukoll tersaq għassagramenti ta’ spiss. Ir-raġel ma tantx kien iħabbel moħħu fuq dawn l-affarijiet. Kellu ħwejjeġ iktar importanti fil-ħajja. U meta martu kienet tistiednu jmur magħha għallquddies jew l-eżerċizzi kien jgħidilha bi tbissima, “Qalbi, mur int u lill-Mulej għidlu li qed tattendi f’ismi wkoll.” Iżda darba ħolom li miet u spiċċa ħdejn bieb il-ġenna ma’ martu. San Pietru daħħal lil martu imma lilu ħallieh barra u meta r-raġel ipprotesta qallu, “Ħabib martek kienet tagħmel dmirha f’isimha u f’ismek. Issa wasal iż-żmien li tgawdi f’isimha u f’ismek ukoll.” Qam b’ħasda u għall-ewwel darba f’ħafna snin mar ma’ martu għallquddiesa. Meta din staqsiet dwar kif kien biddel fehemtu qalilha biss, “Ma ridtekx tgawdi waħdek!” Ma fehmet xejn imma l-importanti għaliha li kien sejjer magħha u ma’ wliedha għall-quddiesa tal-Ħadd. Il-ħrafa tispiċċa bil-kliem, ‘Ħbieb, il-ġenna hi premju kbir li mhux imwiegħed lill-għażżenin.’ U jekk l-istedina għal dak li hu tajjeb tgħodd għas-sena kollha tgħodd iżjed f’dan ix-xahar tal-Milied. Jalla din il-festa tkun għalina okkażjoni biex aħna wkoll naħdmu għal dan il-premju kbir. Hekk Ġesù fil-festa ta’ twelidu jkun tana direzzjoni li tnissel fina ħafna sodisfazzjon qaddis... issa u fil-ħajja ’l hemm mill-qabar.
1
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Diċembru2025 IL-ĦBIEB ISEJĦU/ Diċembru2024
kien awtur prolifiku u kelliem magħruf sew f’nofs is-seklu l-ieħor. Kiteb ħafna kotba miżgħuda bi stejjer qosra li jwasslu messaġġi pożittivi u jistgħu jservuna ta’ gwida għal ħajjitna. Fil-ħarġa ta’ dan ix-xahar ser nirrakkontaw fi kliemna l-ġrajja ta’… It-tifla li tat kollox biex tferraħ lil oħtha
Pete Wakefield kellu ħanut żgħir b’vetrina fil-faċċata fi triq imbiegħda ftit miċ-ċentru ta’ New York. F’din il-vetrina Peter kien jesebixxi l-iktar oġġetti mfittxija mill-klijenti li kellu. Kien ilu jara daqsxejn ta’ tifla tieqaf ħdejn il-vetrina u tħares lejn xi oġġett partikulari. Tħares u titlaq b’ġirja. Iżda darba, ftit qabel il-Milied, din it-tifla daħlet ġewwa ferħana u qalet lil Pete, “Jekk jogħġbok ġibli dik ilkatina li hemm fil-vetrina.” U donk uriet lil Pete fejn kienet ilkatina. Ma kinitx katina rħisa iżda lanqas xi waħda li tiswa mijiet ta’ dollari. Katina ta’ ftit għexieren ta’ dollari.
2
Pete staqsieha, “Imma għandek flus biex tħallasha?” “Iva għandi. Ġibt il-karus u ara kemm għandi!” U pronta ħarġet il-karus u ferret ilflus kollha li kellha fih fuq ilmejda tal-ħanut. Pete ntebaħ li l-ħafna muniti żgħar, issa mxerrda fuq il-mejda, ma kinux iġibu għajr ftit dollari. Żgur ħafna inqas mill-prezz talkatina. Imma ma riedx jiksrilha qalbha. Staqsieha biss, “X’jismek u għal min tridha din il-katina?” “Jisimni Barbara May u rridha għal oħti li jien ngħidilha mummy għax hi qiegħda tieħu ħsiebi kemm ilha li mietet ilmummy vera. U issa li wasal ilMilied irrid nixtrilha rigal. Jien naf li l-mummy il-ġdida ser tieħu ħafna pjaċir b’din il-katina.”
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Diċembru2025
Pete qabad il-katina, poġġieha b’kura ġo kaxxa żgħira, geżwirha b’karta kkulurita u qallha, “Ibża’ għaliha! Ara titlifha!” U t-tifla ħarġet tiġri ferħana bilkarus vojt imma qalbha mimlija hena għax fil-but tal-ġakketta kellha l-katina li tant xtaqet. Għaddew biss jumejn u Pete reġa’ ra lil din it-tifla u magħha kellha xi ħadd jixbahha ħafna imma ta’ età ikbar. Meta daħlu fil-ħanut, ixxebba qalet lil Pete, “Oħti qalet li xtrat din ilkatina mingħandek.” “Hekk hu. Oħtok qaltlek tajjeb.” “Imma oħti żgur ma kellhiex
flus biżżejjed biex tħallas għal din il-katina.” “Oħtok kellha flus biżżejjed għax tatni dak kollu li kellha. Issa morru u iffesteġġjaw il-Milied flimkien. U jalla limħabba ta’ bejnietkom tibqa’ sħiħa bħalma hi llum.”
Fulton Oursler kien jispiċċa rrakkont bil-kliem, ‘Peter Wakefield kien iħobb jgħid li dan kien wieħed mill-isbaħ Milied għalih. Kien ferraħ familja u hu stess iddakkar minn dan il-ferħ tant li baqa’ jiftakar għal bosta snin il-ġrajja tat-tifla li tat kollox biex tara lil oħtha ferħana.
3
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Diċembru2025
DR CORNATO GRECH M.D. jiktbilna artiklu dwar:
L-GĦAĠEB TAL-PRESEPJU Wieħed mill-pasturi l-iktar interessanti fil-presepju huwa dak li jidher skantat u mbellah b’dak kollu li qed jara jseħħ quddiemu. U donnu dan ħa isem daqsxejn ħażin għax anke sal-lum xi ħadd li jistagħġeb iżżejjed ġieli jgħidlu, “Qisek l-għaġeb tal-presepju!” Imma għal xi ħadd li qed jara dawk il-ġrajjiet li hemm miktuba li seħħew, dan l-istagħġib tal‘għaġeb tal-presepju’ altru li huwa f’postu. Il-pasturi l-oħra, kalmi, ma jimpressjonahom xejn, u ma jistagħġbu b’xejn li huma listrambi. Għalkemm fil-ħajja ta’ kuljum ma tantx huwa probabbli li niltaqgħu ma’ mirakli bħal dawk bibliċi, però aħna mdawrin b’tant affarijiet meraviljużi, jekk almenu mhux mirakolużi. Hawnhekk irridu niddistingwu tajjeb bejn affarijiet meraviljużi u affarijiet mirakolużi. Xi ħaġa hija meraviljuża jekk tnissel sens ta’ stagħġib u anke misteru, imma li
ma tiksirx illiġijiet tannatura. Eżempju ta’ dawn huma qawsalla fis-sema (l-iktar qabel ma nstabet spjegazzjoni xjentifika); jew xi farfett sabiħ fuq fjura daqstant sabiħa. Meraviljużi ħafna imma mhux mirakolużi. Miraklu, min-naħa l-oħra jinvolvi fenomeni li veru jiksru l-liġijiet tan-natura, li sal-lum nafu li jaħdmu dejjem u kullimkien listess. Dawn huma l-mirakli bibliċi (jew dawk tal-qaddisin jew ta’ reliġjonijiet oħra). Eżempju ta’ miraklu huwa żiemel itir. Hija esperjenza komuni li żiemel jiġri kemm jiġri ma jtirx. Sempliċement ġismu ma fihx dik il-kapaċità. Issa jekk xi ħadd jiġi jgħid (anke sinċerament ħafna) li ra żiemel itir1, probabbli li ħadd ma jemmnu, anzi jfittxu xi spjegazzjoni naturali: ħolma, delużjoni, ġenn, alkoħol eċċ.
1. Bħal fil-każ taż-żiemel Pegasus tal-Mitoloġija Griega, jew Buraq, iż-żiemel li fuqu jingħad li Muħammed tela’ s-sema.
4
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Diċembru2025 Għax miraklu tant huwa inkredibbli u improbabbli li spjegazzjonijiet oħra naturali huma ferm iktar probabbli. Intant, x’inhuma l-għeġubijiet (mhux mirakolużi) ta’ madwarna? Minn fejn tibda?! Għanqbuta bittaqtir tan-nida fuqha qishom djamanti fiddawl tax-xemx; siġra kbira b’tant friegħi mimlija weraq iħaddru fix-xemx; xita; sħab b’tant forom u kuluri; il-balena blù; dudu mużbieħ il-lejl; bebbuxu; għasfur itir; muntanji għoljin; ilwesgħa enormi ta’ ilma blù li huwa l-baħar; kristalli tar-ramel; sema iswed mimli kwiekeb; ilħsejjes ta’ ċafċifa fiċ-ċagħak ta’ xtajta; beraq; ragħad; sulfarin jaqbad; il-ġisem uman; jew ilmeravilja stupenda tad-dehra ta’ omm u t-tarbija tagħha jħarsu f’għajnejn xulxin u jitbissmu. U tant u tant oħra!! Hija l-anestesija tal-familjarità li dawn l-affarijiet ma jgħaġġbuniex daqshekk. Ħares lejn it-tfal bin-
nuqqas ta’ familjarità u l-maġija tat-tfulija, jaraw kollox interessanti, maġiku u ta’ stagħġib. Inkella xi ħadd li ilu agħma u issa beda jara; kemm jara affarijiet meraviljużi!
Għal xi wħud imbagħad, lesperjenza ta’ stagħġib u meravilja tant tkun intensa li tiġi qisha esperjenza spiritwali. Kif darba qal (bilĠermaniż) Albert Einstein (18791955) “The most beautiful things we can experience is the mysterious... this is the centre of true religiousness.” Ħafna poeti u artisti donnhom żammew dan is-sens ta’ meravilja u ta’ maġija ta’ kuljum. Forsi laħjar kwotazzjoni hija tal-artist, poeta u mistiku Ingliż William Blake (1757-1827) li jibda lAuguries of Innocence: To see the world in a grain of sand, And heaven in a wild flower, Hold infinity in the palm of your hand, And eternity in an hour.
5
Pariri għall-ħajja
Harry James kien qed jagħti parir lil neputih. Qallu, “Fil-ħajja tliet ħwejjeġ huma importanti: li tkun ħanin mal-oħrajn, li tkun ħanin mal-oħrajn u li tkun ħanin maloħrajn.” Naħseb li neputih ħadha ttagħlima li ried iwassal zijuh.
Il-ġid ta’ din id-dinja
L-artista famuża Sophia Loren tgħidx kemm bkiet meta saret taf li kienu serqulha xi ġojjelli middar tagħha. Uħud minnhom kellhom valur sentimentali u oħrajn kienet xtrathom hi għax veru għoġbuha. Meta raha tibki ddirettur Vittorio de Sica taha parir imprezzabbli, “Għażiża Sophia, qatt tibki fuq xi ħaġa li ma tistax tibki lura fuqek!”
6
Kapulavur mużikali bi ħsieb Meta Handel ippreżenta lkapolavur mużikali tiegħu Messiah, l-udjenza f’Londra ċapċpet bil-qalb għal partijiet minnha u f’punt partikulari qamet bilwieqfa biex turi lapprezzament u l-approvazzjoni tagħha. Meta xi ħadd kellem lil Handel dwar dan, il-kompożitur wieġeb, “Barra li nagħtihom gost mużikali xtaqt ferm li permezz tal-mużika jitħajru jsiru ftit aħjar spiritwalment. Xtaqthom joqorbu ftit lejn tagħlim in-Nazzarenu.” Handel xtaq iwasslilhom messaġġ ’l hemm mill-mużika. Jekk irnexxiex fil-ħsieb tiegħu ma nafux iżda żgur li l-Mulej jippremjah għax Dan ma jħallasx skont ir-riżultat imma jippremja anki x-xewqat.
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Diċembru2025
Għerf f’ċurkett
It-tarbija fil-maxtura Tim Gustafson jirrakkonta l-fatt talomm li ħalliet lil binha ta’ ftit ġranet fil-maxtura ta’ presepju fi knisja Kattolika fi New York ftit ġranet qabel il-festa tal-Milied tassena 2015. Il-parruċċani nqatgħu meta raw it-tarbija fil-maxtura għax il-Milied kien għadu ma wasalx u għax it-tarbija kienet qed tibki u titħarrek. Kien hemm ħafna li akkużaw lillomm li abbandunat lil binha iżda żgur li kien diffiċli għaliha sabiex setgħet issib post iktar sikur millmaxtura. U Gustafson, li hu stess hu tifel adottat, jispiċċa l-ġrajja hekk: ‘Meta jikber ikun jista’ jgħid bħali: Ommi tatni l-ħajja u ommi li adottatni tat ħajjitha biex jien ikolli kollox!’
L-istess għamel Ġesù. Ta ħajtu biex aħna jkollna kollox.
Ħrafa Lhudija tirrakkonta li darba Salamun sema’ seftur tiegħu jiftaħar li hu kapaċi jaqdi lis-sultan f’dak kollu li jixtieq. Biex jippruvah, Salamun qallu, “Mur ġibli ċurkett li min jilbsu jinbidel. Jekk ikun ferħan jiftakar li jiemu mhux kollha ser ikunu hekk u jekk ikun imdejjaq jifhem li ħafna drabi f’tarf mina mudlama hemm xaqq ta’ dawl.” Is-seftur dar u ġera u fl-aħħar iltaqa’ ma’ xiħ li meta rah qisu ras maqtugħa u sar jaf x’biċċa xogħol iebsa kellu f’idejh qallu, “Aqbad ċurkett u fuqu ikteb il-kliem: ‘Anke din għad tgħaddi’.” Hekk għamel u Salamun meta ra ċ-ċurkett u qara l-kliem faħħar lisseftur għax il-kliem kien ipoġġi lil kulħadd f’postu. Meta inti ferħan ħafna trid tiftakar li l-ħajja mhux dejjem ward u żahar u meta tkun imdejjaq tiftakar li wara l-maltemp hemm il-bnazzi. Żmien Salamun ilu li għadda imma din il-verità ma teqdiem qatt.
7
IL-LAQGĦA TA’ NOVEMBRU Bħalma għamilna fl-aħħar snin illaqgħa ta’ Novembru kienet tikkonsisti f’quddiesa. Kien l-1 ta’ Novembru festa talqaddisin kollha u lejlet il-festa tal-mejtin. Konna għadna nibdew ix-xahar li fih niftakru b’mod speċjali f’dawk li telqu qabilna. Mons Ġużepp Attard li qaddsilna għaqqad dawn iż-żewġ festi. Lomelija għamilha b’mod djalogat li jistaqsi u wara xi suġġerimenti minn dawk preżenti, jagħtina t-tweġiba talKnisja. Pereżempju, “Min hemm il-Ġenna?” “Hemm il-midinbin maħfura.” U “Min hemm linfern?” “Lanqas il-Knisja ma tgħidilna għaliex tiddikjara lqaddisin imma qatt ma qalet li hemm xi ħadd l-infern.” L-idea li għandna aħna tal-purgatorju huwa fjamma b’persuna ġo fiha, immaġni komuni marbuta maċċimiterji tagħna. Din ix-xbieha
8
ġejja minn kliem Kristu li xebbah mal-Ġehenna, post fil-wied ta’ biswit Ġerusalemm fejn il-Lhud kienu jarmu ż-żibel tagħhom u hemm in-nar kien dejjem jaqbad, ma jintefiex. Alla ħalaq linfern għall-anġli ribelli li ma ridux jibqgħu fidili lejh u mhux għall-bnedmin. “X’hemm fil-Ġenna?” “Tgawdija ta’ Alla … dak li ma hemmx b’mod sħiħ filpurgatorju u xejn minnu fl-infern.” Fejn ma hemmx Alla ma jistax ikun hemm paċi u tgawdija. Għandna nħossuna qrib l-għeżież tagħna li telqu qabilna. Għalhekk noffrulhom il-quddies u t-talb tagħna. Imma nħallu kollox f’idejn Alla għaliex ma jagħmilx sens jekk ngħidu li l-ġenna jitla’ min isib min jitlob għalih. U allura min ma jsibx min jitlob għalih jibqa’ jistenna? Inħallu kollox f’id l-ħniena enormi ta’ Alla. Permezz tat-talb inħossuna qrib tagħhom, konvinti li qegħdin fi ħdan Alla, missier perfett li
jħobb b’imħabba perfetta lil uliedu.
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Diċembru2025
Nirringrazzjaw lil Mons Ġużepp Attard li ġie jqaddsilna u dawk kollha li ġew għal din il-quddiesa. Ħadna gost li magħna ngħaqdu familjari ta’ dawk li s-soltu jkunu għal-laqgħa mensili tagħna.
għal-laqgħa ta’ Diċembru Għal din il-laqgħa stedinna lil Mons Daniel Xerri, Arċipriet tal-parroċċa taxXewkija. Peress li tkun laħħar laqgħa qabel il-Milied ser ikellimna dwar ‘Nipprepraw lilna nfusna għall-miġja ta’ Ġesù.’ IlMilied hu festa Nisranija u għalhekk jixraq li nippreparaw għalih b’mod spiritwali. Mela ħabib narawk nhar isSibt 6 ta’ Diċembru fis7.30p.m. Ejja int u ħajjar lil ħbiebek jattendu wkoll.
Nixtiequ l-Milied it-tajjeb lilkom u lill-għeżież kollha tagħkom. Jalla t-Tarbija ta’ Betlem titwieled f’nofskom u tagħtikom il-paċi smewwi tagħha.
Il-Bord Editorjali 9
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Diċembru2025 ‘U mtliet Elisabet blIspirtu s-Santu, u għajtet b’leħen għoli u qalet [lil Marija], “Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott ta’ ġufek!”’ Luqa 1, 41-42
#
Tifel kien jippolixxja ż-żraben fl-istazzjon ta’ New York. Kellu medalja mirakoluża ma’ għonqu li bdiet tħabbat maż-żarbun tal-klijent. Ir-raġel staqsieh, “Dak x’għandek m’għonqok?” “Hija domna ta’ omm Ġesù.” wieġbu t-tifel. “Għaliex domna tagħha? X’għandha speċjali iktar minn ommok?” “Jista’ jkun,” wieġbu t-tifel, “imma hemm differenza kbira bejn binha u jien!”
10
Id-devozzjoni tat-tifel lejn ilMadonna jġagħalni nistaqsi, “X’post għandha Marija f’ħajti? Kif nista’ nkabbar din iddevozzjoni?” Ave Maria... mara twajba... ħamiema tal-paċi, għallimna l-għerf, urina l-imħabba. CAROL LANDRY
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Diċembru2025
LOURDES Lourdes mhux xi belt kbira. Żgur li ma tistax tqabbilha ma’ xi Pariġi jew Londra. Iżda dan limkien Marjan jilqa’ fih iktar minn 5 miljun turist fis-sena u billi Lourdes hu popolari magħna l-Għawdxin u l-Maltin ħassejna li sewwa nagħtu ftit tagħrif dwar din il-belt. Lourdes kien raħal ħdejn il-muntanji Pirinej li jifirdu lil Franza minn Spanja. Mhux xi raħal famuż iżda fih kien hemm kastell li juri li llokal kellu ċerta importanza. Kien qisu jħares lirħula tal-madwar minn xi attakk tal-għadu. Iżda dan kollu nbidel meta fil-11 ta’ Frar 1858 seħħet id-dehra li rat Bernardette Soubirous. Bernardette kienet tfajla ta’ 14-il sena. Bint familja fqira ħafna. Fil-jum imsemmi omm Bernardette bagħtet lilha, lil oħtha u ħabiba talfamilja lejn l-imkien magħruf bħala ‘Massabielle’ biex jiġbru xi ħatab. Dan kien jintuża sabiex isajru fuqu u jsaħħnu d-dar bih ukoll. Malli waslu ħdejn l-għar Bernardette ma setgħetx tibqa’ sejra ma’ oħtha u ħabibthom għax riedu jaqsmu nixxiegħa żgħira u kellhom bilfors jinżgħu ż-żarbun minħabba l-ilma li kien għaddej. Bernardette, li kienet tbati bl-asthma, allura ħasset li aħjar ma titfax riġlejha fl-ilma. Waqt li kienet weħidha quddiem l-għar, ħasset żiffa ġejja minn ġewwa u dlonk rat mara sabiħa, liebsa l-abjad, b’faxxa kaħla u bi fjuri fuq riġlejha. Bernardette ssummat tħares 11 lejn din il-mara li tbissmitilha u fil-pront
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Diċembru2025 waslu oħtha u ħabibthom u ddehra sfumat.
uħud minnhom mhumiex Kattoliċi.
Għall-bidu Bernardette ma riedet tgħid xejn lil ħadd iżda oħtha intebħet li ġrat xi ħaġa u Bernardette kellha tgħidilha x’rat. U hekk il-ġrajja ġriet ma’ Lourdes kollu.
Min imur Lourdes jirrakkonta li għex esperjenza sabiħa li tibqa’ f’qalbu għal ħajtu. Jirrakkonta dwar ilpurċissjoni bis-sagrament li ssir fis-serati tas-sajf. Wara jkun hemm purċissjoni Marjana fejn eluf ta’ pellegrini, bix-xemgħa f’idejhom, jingħaqdu u jitolbu r-rużarju b’lingwi differenti. Jolqothom ukoll il-fatt li jaraw ħafna żgħażagħ iġorru l-morda, jeħduhom ħdejn l-għar jew inkella ħdejn il-banjijiet u jipprovdulhom kull għajnuna. Żgħażagħ li flok jieħdu vaganza f’xi belt kbira u sabiħa jagħżlu li jqattgħu s-sajf tagħhom iseftru lil dawn il-morda. U jolqothom ukoll il-fatt li jaraw ħafna pellegrini f’ħinijiet differenti tal-jum u anke bil-lejl jitolbu b’devozzjoni fil-għar fejn Bernardette rat dik li sejħet lilha nnifsha ‘l-Immakulata Konċizzjoni’.
Ħafna ma emmnuhiex lil Bernardette fosthom anke l-istess ġenituri. Lanqas il-kappillan ma emminha u s-sindku hedded lilha u lil missierha b’konsegwenzi ħorox jekk tibqa’ ssostni din id-dehra. Imma ddehriet tkomplew u Bernardette rat lil din is-sinjura 18-il darba fi żmien ftit xhur. U l-ġrajja ta’ Lourdes xterdet l-ewwel ma’ Franza u mbagħad ma’ pajjiżi oħra. L-iktar għaliex bdew jirrakkontaw ħafna ġrajjiet ta’ fejqan. Illum il-ġrajja ta’ Lourdes xterdet mad-dinja u ħafna eluf jirrakkontaw fejqan mirakoluż. Iżda l-Knisja żżomm bħala mirakli inqas minn sebgħin minn dawn il-ġrajjiet. Madwar 2 mirakli kull ħames snin. U dawn il-mirakli jgħadduhom minn analiżi iebsa u dettaljata ħafna u jkollha l-firma ta’ bosta tobba,
12
Lourdes hu mkien li jħajrek titlob. Tħoss il-preżenza tal-Mulej u ta’ ommu Marija. Għalhekk okkażjoni li wieħed iżur din il-belt m’għandhiex tintilef. Tkun esperjenza li kull pellegrin jibqa’ jgħożż ħajtu kollha.