Il-Ħbieb Isejħu
Awwissu 2026
numru 720
Paul Camilleri B. Com Triq David Cocco Palmeri Nadur, Gozo, Malta NDR 2150 Tel: 2155 3352 / 2156 6245 Mob: 7755 0050 / 7956 4861 Email: info@gozoverticals.com
+L-Iben t'Alla sar Bniedem
AWWISSU 2026 numru 720
Doug Meland kien missjunarju Ewropew qalb il-Fulnio Indians tal-Brażil. Fl-ewwel xhur in-nies tal-post kienu jirreferu għalih bħala ‘r-raġel l-abjad’. Ma tantx kien isem sabiħ għax għalihom irraġel abjad kien sfruttahom u seraqhom. Ta’ qablu kienu ħallew isem ħażin u billi dan kellu ġilda bajda bħal tagħhom ħasbuh li hu tal-istess pezza. Għalhekk kienu għassa fuqu daqs seqer biex jaraw x’inhu l-iskop aħħari ta’ ħidmietu. Għaddew xi snin u l-Indjani talBrażil raw li Doug kien bniedem ġeneruż. Ma ried xejn mingħand il-Fulnio Indians. Xewqtu kienet li jgħinhom mingħajr ma jfittex ħlas għal ħidmietu. Meta lkapijiet Indjani raw kemm ġid kien qed jagħmel mal-poplu tagħhom permezz tal-mediċini u tal-kura li kien jieħu tagħhom bdew jirreferu għalih bħala ‘r-raġel abjad ta’ qalb tajba’. Meta għaddew iktar snin u l-Indjani Brażiljani ġieli raw lil Doug isir qisu wieħed minnhom billi ħa d-drawwiet tagħhom – jilbes u jiekol bħalhom – bdew isejħulu ‘l-Indjan abjad’. Aċċettawh bħala parti mit-tribù tagħhom għad li kellu kulur differenti tal-ġilda. U meta kien ilu ħafna fosthom u kienu jarawh jaħsel riġlejn il-pazjenti Indjani bdew isejħulu ‘r-rigal li bagħtilna Alla’. Għax qatt qabel ma raw raġel abjad jagħmel xogħol li soltu jsir mill-membri l-iktar baxxi tat-tribù. U kienu jagħmluh bi ħlas. Dan Doug kien qed jagħmlu b’xejn. Għalhekk raw fih rigal mibgħut minn Alla. L-imġiba tagħna hi prietka weħidha. Niesna ta’ dari kienu ħolqu l-qawl: il-kelma tqanqal imma l-eżempju jkaxkar.
1
IL-ĦBIEB IL-ĦBIEB ISEJĦU/Awwissu2026 ISEJĦU/Diċembru2024
Aneddoti mill-ħajja ta’ Frank Caprio (1936-2025) magħruf mal-Amerika bħala l-iktar imħallef baħbuħ tal-pajjiż. Dam imħallef f’Rhode Island l-Istati Uniti għal Xilja dwar sewqan perikoluż iktar minn tletin sena. Xi ħadd Ngħid il-verità skantajt bil-kbir ħareġ bl-idea li s-sessjonijiet meta quddiemi deher Victor li fihom kien jippresedi bħala Cotella, raġel ta’ 96 sena, mixli li kien qed isuq b’mod eċċessiv mħallef kellhom jiġu f’żona ta’ skola. Dan kien abbuż irrikordjati u trasmessi għax serju u kien iġorr miegħu multi kienu juru ħafna sens komun, kbar. Li ssuq b’mod eċċessiv hu dejjem ħażin imma li ssuq hekk ħafna rispett u ħafna fejn ikun hemm miġbura t-tfal hu tolleranza lejn dawk li kienu agħar u agħar. Għalhekk ħallejt lil jispiċċaw quddiemu, kollha bi Victor jgħid l-istorja kollha u jipprova jiddefendi ruħu. U Victor ksur ta’ liġijiet tat-traffiku. b’vuċi mriegħda qalli, Dawn il-programmi televiżivi “Sur imħallef, nistqarr u nammetti saru popolari immens tant li li kont qed insuq ftit iktar milli suppost f’żona ta’ skola. Imma għal 4 snin ġew nominati dakinhar kienet vaganza u ma għall-Emmy Awards. Matul kienx hemm tfal. U jien ma kontx din is-sena ser inġibu siltiet qed insuq hekk bi ksuħat imma bi bżonn. minn ħajjet dan il-persunaġġ “Jien għandi ibni ħandikappat u popolari. jsofri minn marda marbuta mad-
2
demm. Kull ħmistax ikolli mmur bih l-isptar għall-kura. Imma
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Awwissu2026
kultant tinqala’ emerġenza u jkolli niġri lejn l-isptar għax kull minuta tista’ tfisser ħajja u mewt għal ibni. Kien għalhekk li bil-fixla biex inwassal lil ibni fil-ħin ksirt illimitu tas-sewqan. Għalija s-sewqan sar martirju. Rari noħroġha lkarozza imma minħabba lkundizzjoni ta’ ibni jkolli nżommha biex inkun pront inwasslu għallkura meta jkun jeħtieġha ta’ malajr.” Lanqas ridt nemmen li bniedem ta’ dik l-età kien għadu jieħu ħsieb ibnu. Żgur li ma stajtx inwaħħlu lpiena marbuta mar-reat. Ħassejt li dan għajnuna jrid u mhux multi. Fil-fatt ħfirtlu l-multi kollha u tlabtu jgħidli fejn joqgħod għax ridt insir ħabib tiegħu. Ridt niltaqa’ ma’ ibnu u ngħidlu kemm hu xxurtjat li għandu missier bħal dan. U hekk bdiet ħbiberija ma’ dan irraġel b’qalb tad-deheb. Mort għandu kemm-il darba. Neħodlu xi kejk jew ftit ikel. U Victor kien juri apprezzament kbir għal kull tentufa għajnuna li kont nagħtih. U kont preżenti wkoll għall-festa li għamillu s-sindku f’din l-okkażjoni sabiħa ta’ meta għalaq il-mitt sena. U ħadt gost nara lil Victor, għalkemm kien qed jimxi blgħajnuna ta’ bastun, idur minn mistieden għall-ieħor, ferħan ser itir, ikellem lil kulħadd.
bħal din timtela qilla. Imma wara l-ġrajja kien hemm storja mimlija mħabba. U din limħabba ħassret kull ħtija.
Ix-xilja kienet sewqan perikoluż f’żona ta’ skola. Malli tisma’ xilja
Grazzi Victor. Ġrajjietek għallmuni ħafna.
3
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Awwissu2026
DR CORONATO GRECH M.D. jiktbilna dwar:
Fin-natura l-annimali huma kważi l-ħin kollu f’kompetizzjoni kontinwa, anke fatali, għall-ikel fejn jgħixu u biex jirriproduċu. Madankollu n-natura mhix dejjem, kif qal il-poeta Ingliż Alfred Tennyson (1809-92) “red in tooth and claw”. Kultant issib xi annimali, kemm tal-istess speċi jew ta’ speċi differenti li jgħixu f’armonija ma’ xulxin, fil-fatt ħbieb ta’xulxin. Fost dawn insibu: Annimali ta’ speċi differenti
Għasafar u Kukkudrilli. Ma’ ġenb ix-xmajjar fejn hemm ilkukkudrilli, dawn spiss jidhru jixxemmxu b’ħalqhom miftuħ beraħ1 u ċerti speċi ta’ għasafar
iduru magħhom u anke jidħlu ġo ħalqhom. Dawn ikunu jieklu biċċiet tal-ikel u dud u b’hekk inaddfulhom ħalqhom. U lkukkudrilli qatt ma jigdmuhom.
Għasafar u Ġiraffi. Fuq ġiraffi jirgħaw bi kwiethom spiss jidhru għasafar iduru u jimxu fuqhom, anke meta l-ġiraffi jkunu mexjin, u l-ħin kollu jnaqqru u jieklu dud u parassiti. B’hekk l-għasafar jieklu u l-ġiraffi jkollhom ġilda iktar b’saħħitha u nadifa.
Għasafar u Fkieren. Fil-gżejjer Galapagos fil-Paċifiku hemm fkieren tal-art, kbar ħafna (iktar minn metru u nofs), li meta taħthom iħossu parassiti u dud idejquhom, jogħlew fuq saqajhom bħala stedina għal ċerti għasafar li jiġu jekluhom u b’hekk inaddfuhom u jserrħuhom.
1. Raġuni oħra għal ħalq miftuħ hija biex jirregolaw it-temperatura.
4
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Awwissu2026
dahru. Peress li dawn għandhom ħjut iniggżu, huwa jkun protett minn predaturi (bħal xi qarnita) waqt li l-anemoni jlaqqtu millfrak tal-ikel tal-granċ.
Xadini u Ċriev. F’xi foresti flIndja, ċerti xadini jgħaddu jieklu frott li jkun hemm fis-siġar filgħoli, u fl-istess ħin iwaqqgħu frott u weraq ’l isfel. Taħthom dejjem ikunu akkumpanjati minn ċerti ċriev, li dawn, kieku mhux għax-xadini qatt ma jieklu l-frott u l-weraq ta’ fuq tas-siġar. Iċċriev għadhom vista tajba iktar mix-xadini u mal-ewwel sinjal ta’ periklu (minn pereżempju xi tigra jew seqer) malajr javżaw lix-xadini u lill-merħla tagħhom. Ħut u Ħut. Hemm ħafna speċi ta’ ħut kbir, inkluż anke klieb ilbaħar, li jersqu fuq xi sikka, ġeneralment koralla f’ibħra tropikali, fejn ikun hemm qtajja’ ta’ ħut żgħir li jduru magħhom jieklu dud u parassiti li jkollhom fil-qxur tal-ġilda. B’hekk il-ħut iż-żgħir jiekol u l-ħut il-kbir jitnaddaf u tonqoslu l-irritazzjoni. U ġeneralment il-ħut il-kbir joqgħod bil-paċenzja fil-kju jistenna għal xħin imisshom! Granċ u Anemona. F’ibħra tropikali hemm ċertu granċ li jpoġġi anemoni (tipi ta’ bram) fuq
Bram u Ħut. Ċertu ħut żgħir isib kenn u jgħix fil-ħjut iniggżu ta’ bram kbir, li imma lilhom ilbram ma jagħmlilhom xejn. Min-naħa l-oħra dan il-ħut spiss joqgħod jitperreċ u jidher u meta xi ħuta tagħmel għalih dan malajr jidħol bejn il-ħjut velenużi tal-brama u din aktarx taqbad il-ħuta. Gamblu u Ħuta. F’ħafna ibħra hemm speċi ta’ gamblu u speċi ta’ ħuta (gobi) li jgħixu flimkien fl-istess dar jew toqba. Il-gamblu kważi l-ħin kollu jħaffer, ikabbar id-dar u jaqla’ r-ramel; u l-gobi isib fejn joqgħod u x’jiekol. Imma l-gamblu huwa prattikament għami u joqgħod fuq il-viżta tajba tal-ħuta biex jevita l-periklu. Anke jekk jinfirdu xi ftit, il-ħuta tersaq lejh, tmisslu l-antenni u hu jerġa’ jħossu mħares mill-periklu. (Dr Grech itemm dan l-artiklu fil-ħarġa ta’ Settembru)
5
Bis-sunnara kurjuża Pellegrini fl-Art Imqaddsa raw raġel jistad fil-Baħar il-Mejjet li assolutament ma fihx ħajja. Ilkarozza waqfet biex jaraw ir-raġel għalxiex kien qiegħed jistad. “Ngħidilkom ...jekk tħallsuni!” U xi turisti offrew xi dollari. “Qiegħed nistad għal turisti kurjużi bħalkom. Intom ittielet grupp li qbadt dalgħodu!” U telaq iħaffef biex imur jistad x’imkien ieħor... imma dejjem minn fejn jgħaddu l-karozzi tatturisti.
6
Parir għaref Xi ħadd mar ħdejn Budda (ilfundatur tal-Buddiżmu) u qallu, “Jien irrid il-ferħ!” U l-Budda qallu, “Neħħi l-jien għax dak lego... frott ħafna egoiżmu. Neħħi l-irrid għax dawn huma xewqat. U jibqagħlek il-ferħ.” Fil-ħajja meta nneħħu l-ħafna egoiżu u l-ħafna xewqat tiskanta kemm inkunu ferħanin. Ferħan mhux min għandu ħafna iżda min jixtieq ftit.
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Awwissu2026
Dettalji
Biex tidħol fil-belt bl-isem ta’ San Ġwann (St John) fl-Istati Uniti hemm triq sabiħa dritta li donnha tħajrek iżżid il-veloċità tal-vettura li tkun issuq. Imma fit-tabella li turi l-isem tal-belt hemm l-avviż li jolqtok. Jgħid hekk, ‘Suq bil-mod. Mietu ħafna f’din it-triq ħtija ta’ sewqan żejjed. Aħjar tara lil San Ġwann milli lil San Pietru.’
Meta xi ħadd mar fejn l-artist ċelebri Michelangelo waqt li kien ipitter il-Kappella Sistina, osserva kemm kien qed jagħti importanza lil dettalji żgħar fil-fjuri li żgur minn isfel ħadd ma kien jarahom. Għalhekk qallu, “Ħabib, minn hemm isfel min taħseb li jista’ jarahom dawn id-dettalji żgħar?” “Il-Mulej u jien. Nistħi mill-Mulej jekk npinġilu nofs kedda s-sabiħ tan-natura u nistħi minni nnifsi jekk inkun naf kemm għamilt xogħol ta’ kafkaf għad li ħadd ma jkun jaf bih.
Forsi mhux kulħadd jifhem ilmessaġġ imma aħna għandna nifhmuh bla tbatija.
Mhux ta’ xejn li ċerti artisti jibqgħu magħrufin għallkapolavuri tagħhom
Bejn żewġ qaddisin
7
IL-LAQGĦA TA’ LULJU
Fl-10 ta’ Ġunju, il-Papa Ljun XIV kien Barċellona u bierek ilkampnar imsemmi għal Sidna Ġesù Kristu tal-bażilika Sagrada Familia. Din il-knisja hija l-aktar sit popolari fi Spanja mat-turisti. Ilu jinbena kważi 150 sena u matul l-aħħar għexieren ta’ snin ix-xogħol baqa’ għaddej b’ritmu mgħaġġel u fi ftit snin oħra għandu jkun lest. Interessanti ħafna l-istorja tal-perit ta’ din ilbażilika... Antoni Gaudi li lKnisja Kattolika qiegħda tistudja l-ħajja tiegħu fi triqtu lejn ilkanonizzazzjoni. Twieled fil-25 ta’ Ġunju 1852 fil-Katalonja, Spanja. Meta laħaq perit dak li kien imexxi l-gradwazzjoni qal li għandhom quddiemhom jew bniedem miġnun inkella ġenju... iż-żmien kellu jagħtihom parir. U tahulhom għaliex hemm seba’ kostruzzjonijiet tiegħu li llum huma World Heritage Sites. Ilpjanti oriġinali tiegħu kisbulu ammiraturi sinjuri li tawh kummissjonijiet kbar. Barċellona hija meqjusa l-belt tiegħu għaliex
8
fiha nsibu l-aqwa xogħlijiet tiegħu u meta fl-aħħar snin ta’ ħajtu nxteħet b’ruħu u ġismu għat-tkomplija tal-bażilika tasSagrada Familia warrab kull kummissjoni oħra li ngħatatlu. Ried li kull ħaġa f’din il-knisja jkollha simboli reliġjużi. Fiha 18-il kampnar... 12 tal-appostli, 4 tal-Evanġelisti, tal-Madonna u ta’ Ġesù Kristu b’dan tal-aħħar litwal struttura f’kull knisja fiddinja 172.5 metri għoli imma xorta ried jagħmlu ftit iktar baxx mill-għolja Montjuïc. Kien jemmen li xogħol il-bniedem iridu jkun dejjem aktar ’l isfel minn dak ta’ Alla. Fis-7 ta’ Ġunju
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Awwissu2026
għal-laqgħa ta’ Awwissu
1926 hu u sejjer iqerr intlaqat minn tram u ħasbuh xi fqajjar tallab tattoroq kemm kien imċerċer. Miet tliet ijiem wara. Ingħata funeral kbir u ndifen fil-kripta tas-Sagrada Familia, l-unika post li kien tlesta. Ħasra li matul il-Gwerra Ċivili Spanjola għamlu ħerba mid-disinni u l-mudelli li kien ħalla u għalhekk bosta periti matul is-snin kellhom jimxu fuq l-ideat tiegħu aktar milli fuq id-disinni oriġinali. Kien fissnin ħamsin tas-seklu l-ieħor li permezz tal-artist Salvador Dalì u lperit Joseph Lluis Sert beda jqum linteress fix-xogħol tiegħu u esibizzjoni dwaru li daret id-dinja qajment interess dinji. Illum sar ilġawhra tal-belt ta’ Barċellona. IlKnisja Kattolika qed tistudja l-ħajja devota tiegħu għaliex għex b’mod erojku l-virtujiet Insara.
Ser issir nhar is-Sibt 1 ta’ Awwissu bħala bidu talĠimgħa Museumina. Stedinna lis-soċju żagħżugħ Joseph Mizzi sabiex ikellemna fuq is-Soċjetà tagħna tal-Museum b’mod speċjali fl-esteru. Joseph kellu x-xorti li jżur l-oqsma Museumini fil-Perù u filKenja. Bħala parti millformazzjoni tas-soċji dawn iżuru oqsma oħra talMuseum li ma jkunux trabbew fihom kif ukoll esperjenza f’oqsma ’l barra minn xtutna. Żgur li għandu esperjenzi sbieħ x’jirrakkonta u jagħti stampa oħra sabiħa tasSoċjetà Museumina tagħna. Mela ħabib ħalli dan il-ħin f’din id-data liberu minn impenji oħra u ejja isma’ xi ħaġa li tagħmillek il-ġid... is-Sibt 1 ta’ Awwissu fit-8.00p.m.
9
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Awwissu2026
‘Għax dak li hu bluha ta’ Alla hu egħref mill-bnedmin, u dak li hu dgħufija ta’ Alla hu aqwa mill-bnedmin.’ 1 Kor 1:25 L-għalliema ta’ San Ġwann Maria Vianney ma kinux iqisuh intelliġenti. Għalqu għajnejhom fl-istudji tiegħu. Meta wasal fl-ewwel parroċċa l-kappillan ma afdahx jipprietka. Imma l-Isqof deher li jaf waħda aktar. Bagħtu fir-raħal żgħir ta’ Ars. Tant għamel xogħlu sew li nies minn Franza kollha kienu jmorru jisimgħuh jipprietka u jqerru għandu. Il-Knisja ddikjaratu qaddis fl-1925 u għamlitu l-protettur tal-kappillani.
#
Liema qassis inħoss li għamel effett kbir fuqi? Għaliex?
10
Għax daqskemm huma ogħla s-smewwiet mill-art hekk huma ogħla treqati minn treqatkom u ħsibijieti ogħla minn ħsibijietkom. Isaija 55:9
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Awwissu2026
jikteb DANIEL MEILAK San Blas
Dan il-qaddis kien tabib u isqof ta’ Sebaste f’dik li llum hija lArmenja. Għex fis-sekli 3 u 4 u miet martri fis-sena A.D. 316. Patrun tan-nisa li se jwelldu u talmard tal-griżmejn u l-festa tiegħu hija ċċelebrata fir-rit Latin nhar it-3 ta’ Frar u f’dak Orjentali nhar il-11 ta’ Frar. Il-kult tiegħu xtered ħafna fil-Medju Evu u f’Malta aktarx daħal mal-ħakma Aragoniża (1282-1530) u fil-fatt anke l-Ispanjoli jsejħulu San Blas (xhieda ta’ dan hija li bil-Malti żammejna din aktar milli San Biagio mit-Taljan).
Bħal f’Malta, fejn insibu knisja oħra ta’ San Blas fil-limiti tasSiġġiewi, f’Għawdex ukoll daħal dan il-kult u kienet teżisti kappella ddedikata lil San Blas qrib il-bajja li mbagħad bdiet iġġib ismu. San Blas, kemm bħala kontrada u kemm bħala bajja, jissemma għall-ewwel darba fissena 1534 f’att notarili u kien mimli ġonna u għejun ta’ ilma ġieri proprjetà ta’ nies nobbli li kienu jinsabu f’dawn l-inħawi li jinkludu fihom Wied Binġemma u Wied is-Sibti. Sal-lum għadek issib kwantità ta’ ċitru mill-aqwa li jitkabbar hemm. Il-bajja kienet tissejjaħ ‘Ramola di San Biagio’ f’kitbiet bit-Taljan li tfisser irRamla ta’ San Blas peress li fiha ramel sabiħ daqs, jekk mhux iktar minn tar-Ramla l-Ħamra.
Sa meta kiteb Agius De Soldanis
11
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Awwissu2026
lejn nofs is-seklu tmintax kien għad fadal il-pedamenti tagħha jidhru. Illum ma’ fadal xejn għajr l-isem tal-bajja u tat-triq. Iżda fisseklu li għadda kienet inbniet niċċa ħelwa f’kantuniera ta’ dar li tmiss ma’ Triq Għajn Berta u li turi ’l dan il-qaddis. Ħasra li tinsab fi stat ħażin. Minn xi snin ilu ’l hawn fl-eqreb Ħadd tat-3 ta’ Frar bdiet issir il-festa ta’ San Blas ukoll u minbarra l-wirjiet li jkun hemm, ikun hemm il-banda ddoqq u ssir quddiesa li fiha jkun hemm ittberik tal-griżmejn assoċjat ma’ San Blas. Aktarx Triq San Blas hija l-itwal triq abitata fin-Nadur u lpopolazzjoni tagħha u tat-toroq li jmissu magħha hija akbar millirħula ta’ Għawdex iż-
12
żgħar bħall-Għasri. L-aktar kunjom li jispikka fost l-abitanti ta’ din it-triq huwa Muscat, għalkemm illum in-nies qed jitbiddlu u jitħalltu aktar. Fl-antik, bħal f’inħawi oħrajn San Blas kien kollu rziezet imdawrin birraba’, illum l-iżvilupp għolla rasu wkoll u huwa saħansitra magħqud mal-bqija tas-sistema tat-trasport pubbliku permezz ta’ rotta li tieħdok l-Imġarr jew ir-Rabat.
This space is sponsored by
J. Debrincat Ltd