Skip to main content

Il-Hbieb Isejhu - April 2026

Page 1

Il-Ħbieb Isejħu

April 2026

numru 716


Paul Camilleri B. Com Triq David Cocco Palmeri Nadur, Gozo, Malta NDR 2150 Tel: 2155 3352 / 2156 6245 Mob: 7755 0050 / 7956 4861 Email: info@gozoverticals.com


+L-Iben t'Alla sar Bniedem

APRIL 2026 numru 716

Daniel Webster kien avukat ta’ ħila kbira u politiku mfittex peress li kellu kelma ħafifa u kien kapaċi jwassal messaġġi important bi kliem mimli ħeġġa. LAmerikani kienu jħobbuh u għalhekk mhux ta’ b’xejn spiċċa Segretarju tal-Istat… pożizzjoni li kienet tpoġġih it-tieni fis-setgħa wara l-President. F’din il-pożizzjoni kien jiltaqa’ ma’ ħafna nies. Imma Daniel kien isibha diffiċli ħafna li jiftakar l-ismijiet. Malli jara wiċċ ikun jaf li xi darba ltaqgħu imma dwar ismu u dak relatat malpersuna ma kien jiftakar xejn. Dan kien jimbarazzah ħafna l-iktar meta dak li jkun javviċinah u jibda jkellmu b’ċerta kunfidenza. Qishom ħbieb ta’ ġewwa. U Daniel għadu f’dalma perfetta dwar isem din il-persuna u x’tagħmel fil-ħajja. Iżda minkejja dan in-nuqqas ta’ memorja Daniel sab mezz effikaċi biex joħloq diskursata u minnhom mbagħad joħroġ dettalji dwar l-individwu li kien ikun ikellmu. U biex jibda dan id-djalogu kien dejjem jinqeda b’sentenza sempliċi. Kien isaqsi lil dak li jkun, “U dwar dak li tkellimna l-aħħar li ltqajna xi tgħidli? Kont qed tgerger….” U l-ieħor bilġri kien ikompli fejn ħalla qabel. Igerger dwar xi ħaġa u minn dak li kien jingħad Webster kien ikun f’pożizzjoni li jiskopri min hu dak li miegħu qed jitkellem. Webster jgħid li din is-sistema rari jekk qatt fallietlu. Għandu jkun kulħadd u f’kull żmien għandu xi ħaġa li fuqha jgerger ta’ spiss. U ma niskantax jekk aħna nidħlu wkoll ma’ din ilkategorija. Forsi jkun aħjar li flok ingergru napprezzaw il-ħafna tajjeb li għandna fina u madwarna.

1


IL-ĦBIEB IL-ĦBIEB ISEJĦU/ ISEJĦU/April2026 Diċembru2024

Aneddoti mill-ħajja ta’ Frank Caprio (1936-2025) magħruf mal-Amerika bħala l-iktar imħallef baħbuħ tal-pajjiż. Dam imħallef f’Rhode Island l-Istati Uniti għal Il-Preġudizzji iktar minn tletin sena. Xi ħadd Kont ili xi snin naħdem ta’ avukat. ħareġ bl-idea li s-sessjonijiet Kelli klijentela tajba. U kont ksibt li fihom kien jippresedi bħala isem tajjeb ukoll. Ħafna nies kienu jafuni għax missieri kien idur mħallef kellhom jiġu bosta toroq f’Rhode Island ibigħ irrikordjati u trasmessi għax il-frott u l-ħalib u min ma kienx kienu juru ħafna sens komun, jafni personalment kien jaf lil missieri. U l-għajta ħarġet: ħafna rispett u ħafna “It-tifel ta’ Tup (il-laqam tolleranza lejn dawk li kienu ta’ missieri) ħiereg għall-politika. jispiċċaw quddiemu, kollha bi Ser ikun kandidat għall-Attorney General ta’ Rhode Island.” ksur ta’ liġijiet tat-traffiku. U kienu jifirħulu għax wild ilDawn il-programmi televiżivi faqar kien irnexxielu jitla’ mhux saru popolari immens tant li ħażin fl-iskalluni tas-suċċess talħajja. għal 4 snin ġew nominati Ħafna ħbieb kienu jgħinuni għall-Emmy Awards. Matul nsawwar il-kampanja tiegħi. din is-sena ser inġibu siltiet Konna noħorġu fuljetti b’tagħrif minn ħajjet dan il-persunaġġ dwar dak li kont bi ħsiebni nagħmel jekk nikseb il-post ta’ popolari. Attorney General. Kont sinċier fil-

2

wegħdi tiegħi. Ma wegħidtx mirakli. Imma f’qalbi kont ċert li


IL-ĦBIEB ISEJĦU/April2026

dak li qed inwiegħed kien seta’ jitwettaq. B’ġid kbir għal Rhode Island. Konna sejrin tajjeb ħafna u s-sontaġġi bdew jpoġġuni bħala favorit. Imma mbagħad ġrat xi ħaġa li qatt ma stennejt. Il-ħbieb tal-kandidat Repubblikan kienu qed ixerrdu l-malafama marbuta mal-mafja. Kienu qed jiktbu u jxandru li Frank Caprio hu bin emigranti Taljani u għalhekk żgur li għandu konnessjonijiet malkriminali. Ikun għajb, kienu qed jgħidu, li f’Rhode Island indaħħlu dan lelement mafjuż li żgur ikisser il-ħajja kwieta ta’ Rhode Island. Gidba ħoxna. Il-mafjużi żgur ma kinux iqumu kmieni jbigħu l-frott u l-ħalib bħalma kien jagħmel missieri. U wlied il-mafjużi żgur ma kinux jaħdmu bil-lejl biex iħallsu l-miżata skolastika. Jew inkella jaħdmu bi nhar u jattendu l-iskola bil-lejl. Iżda l-gidba xterdet malajr u minkejja li kont quddiem fissondaġġi, tlift l-elezzjoni. Iddispjaċieni ferm li ma ġejtx magħżul iżda iktar iddispjaċieni meta ntbaħt kemm il-preġudizzji jistgħu joħolqu inkwiet u jkunu inġusti. Din il-ġrajja servietni ta’ xogħfa.

Meta sirt imħallef qatt ma ħallejt il-kulur tal-ġilda ta’ min ikun quddiemi, ir-reliġjon li kien iħaddan jew il-flus jew innuqqas tagħhom jinfluwenzawni fid-deċiżjonijiet li kont nasal għalihom. Kont nirrispetta lil kulħadd. Ġej minn liema pajjiż ġej. U f’qalbi kont ngħid, ‘kull deni ħudu b’ġid’.

Il-telfa kienet swietli mitqlu deheb.

3


IL-ĦBIEB ISEJĦU/April2026

DR CORONATO GRECH M.D. jiktbilna dwar:

waħda tas-siment, maħduma milliskultur Wistin Camilleri, fuq disinn ta’ Dun Mikelanġ Apap mix-Xagħra, u li ġiet tiswa 40 lira. Dan Dun Mikelanġ, li kien ukoll għalliem tal-Arti fl-iskola sekondarja tar-Rabat, ħa ħsieb jiżbogħha kemm-il darba, u anke kiteb poeżija sabiħa lil din listatwa. Fuq il-pedestall ta’ din listatwa hemm lapida li tgħid:

L-Istatwa tal-Madonna. Din listatwa tal-Madonna saret fil1881, fil-post fejn kien hemm torri żgħir, u fil-fatt xi ġebel minnu għadhom jidhru ma’ ġenb il-pedestall. L-idea kienet ta’ Ġanni Gauci mix-Xagħra li kien wieħed mill-aħħar Polizia Marinara stazzjonat ir-Ramla. IlMadonna hija dik tal-Isperanza. Maż-żmien l-istawa oriġinali, esposta kif inhi għall-elementi, ittieklet sew speċjalment ilBambin u idejn il-Madonna. Għalhekk fil-1966 tpoġġiet

4

‘Mons Pace, Isqof ta’ Għawdex jagħti 100 jum indulġenza lil kull min jgħid Salve Regina quddiem din ix-xbieha talMadonna tar-Ramla. 15 ta’ Awwissu 1954 Sena Marjana.’ Il-pedestall kellu wkoll fanal fuq quddiem fil-faċċata, u sas-snin sebgħin dan kien jiġi mixgħul kull filgħaxija minn wieħed jgħix fil-qrib. Kuljum kien imur iġorr sellum sabiex jilħaq il-fanal.


IL-ĦBIEB ISEJĦU/April2026

Satiru (raġel-mogħża) li sfortunatament intilfet. Xi fdalijiet minn din il-villa jinsabu fil-Mużew Nazzjonali tal-Belt Valletta.

Il-Villa Rumana. Fil-1910 tfaċċa xi ġebel kbir maħdum fil-bajja tar-Ramla n-naħa tal-lvant talBatterija li kienu għamlu lKavallieri u li għadhom jidhru fdalijiet tagħha fuq daqsxejn ta’ ħotba. Fis-sentejn ta’ wara sar tħaffir, taħt id-direzzjoni ta’, fost l-oħrajn, Sir Temi Zammit (1864-

1935), fuq dik li baqgħet magħrufa bħala ‘l-Villa Rumana’. Għalkemm mhix kompluta, imma tidher li kienet kbira sew, b’dsatax-il kamra skavati. U bħala villa tipikament Rumana, lenfasi kbira kienet fuq l-iġjene ilma, misħun, banjijiet u drenaġġ. Xi ċangatura tal-art kienet ikkulurita, kien hemm anke mużajk u ħafna biċċiet tal-fuħħar u ċaqquf. Insabet anke statwa ta’

Meta nstabet saru studji u pjanti dettaljati ta’din il-villa. Però inkredibbilment, wara dak ttħaffir u studju ta’ sejba arkeoloġika bħal dik, din il-Villa Rumana ġiet mirduma. Għaliex? Tgħid għad terġa’ tara d-dawl tax-xemx? F’xi maltempati qawwija ta’ dan l-aħħar, bħal fl2010, u fl-2012, xi ġebel kbir rettangulari minn din il-villa nkixef fir-ramel u għadu jidher sal-lum. Jidher li bir-ramel jerġa’ lura, il-baħar iktar qed joqrob lejha. Sienja. Sal-bidu tas-sittinijiet firRamla, fejn illum hemm l-għassa tal-pulizija, kien għad hemm ilfdalijiet ta’ sienja pjuttost kbira li fi żmienha tidher li kienet pittoreska ħafna. (Dr Grech ikompli dan l-artiklu filħarġa ta’ Mejju)

5


L-onestà

Jaf x’jgħid Gandhi ma tantx kien dilettant tal-ħwejjeġ. Ħafna drabi kien ikun liebes bħala Ħindu. Ċarruta ma’ qaddu u biċċa drapp ħoxna jew irqiqa, skont l-istaġun, biex tgħattih.

Darba kellu laqgħa mar-Re Ġorġ V tal-Ingilterra u meta spiċċat xi ħadd staqsa lill-mexxej Indjan, “X’qallek ir-Re meta dħalt fejnu xxidd tant ftit ħwejjeġ fuqek?” “Il-maestà tiegħu r-Re ma qalli xejn dwar ħwejġi. Forsi għax fehem li hu fuqu kellu ħwejjeġ biżżejjed biex ilibbes tnejn... lilu u lili!”

6

Fl-Amerika ta’ bosta snin ilu, lisem J C Penney kien popolari ferm għax dan kien is-sid ta’ ħafna ħwienet imsejħa department stores. Ħanut donnu kien inebbet ieħor f’xi stat ieħor kull ftit taż-żmien. Kien miljunarju għal bosta drabi. Meta xi ħadd staqsieh dwar il-bidu ta’ dan is-suċċess qalilhom storja: “Kont naħdem f’ħanut talmerċa. Is-sid kien iqarraq billi jħallat dqiq ħażin ma’ dak bnin. L-inbid tajjeb kien iżidu b’inbid nofs kedda. Imma l-prezz li kienu jħallsu l-klijenti kien tat-tajjeb. Darba għedt b’dan lil missieri li dlonk qalli biex ma nibqax immur naħdem f’dak il-ħanut għax kont ser nitlef il-prinċipji kollha li kien sawwar fija fi trobbiti. Smajt minnu. Bdejt negozju żgħir għal rasi u bil-mod il-mod kabbart sakemm ftaħt l-ewwel department store u mbagħad infetħu oħrajn. Li ma kienx missieri kont nispiċċa salesman f’ħanut talmerċa.” L-antiki kienu jgħidulna, ‘l-onestà l-aħjar triq.’


IL-ĦBIEB ISEJĦU/April2026

Ir-raġuni I C Bose kien għalliem Indjan li qatta’ ħafna snin jistudja xXjenza lIngilterra. Meta rritorna f’pajjiżu mar jgħallem f’Università msemmija ħafna mmexxija dak iżżmien minn amministraturi Ingliżi. Dawn fehmu li kellhom f’idejhom għalliem ċelebri imma peress li kien Indjan offrewlu salarju ferm inqas minn dak li kienu jieħdu għalliema Ingliżi. Bose pprotesta u qalilhom: “Jew tħallsuni daqs lIngliżi jew inkella naħdem b’xejn.” U għal xi xhur kompla jgħallem bla ma jirċievi paga. Iżda b’riżultat forsi aħjar minn ta’ min kien jitħallas ħafna iktar milli offrew lilu. Sakemm l-awtoritajiet ma setgħux jibqgħu jiġġeldulu għax fehmu li la darba kien qed jagħmel l-istess xogħol tal-Ingliżi kellu dritt għall-istess paga. Hekk kienet tgħid il-loġika. U quddiem il-liġi kien jirbħilhom il-każ. U għalhekk ma kellhomx għażla oħra ħlief li jibdew iħallsuh daqs l-għalliema loħra. U tawh ukoll dak kollu li kien tilef. Argument ma tirbħux bl-għajjat u ttheddid iżda bil-kalma u bir-raġuni. Għalhekk il-qawl jgħid, ‘ir-raġuni ma tridx forza.’

Kritika li għenet Alfredo Quinones Hinojosa kien żagħżugħ Messikan. Ftit ra futur f’pajjiżu u għalhekk iddeċieda li jemigra lejn l-Istati Uniti. Hemm billi bilkemm kien jaf jgħid sentenza bl-Ingliż sabha diffiċli jkompli l-iskola u iktar li jsib xogħol diċenti. Anzi ħassu xxurtjat li sid ta’ stabbiliment talikel offrielu xogħol ta’ bidillu. Darba kellu xi jgħid ma’ sieħbu Amerikan u dan biex joffrendih qallu, “Ġejt f’pajjiżi biex tkun bidillu. U bidillu trid tmut!” Alfredo ħassha ferm din il-kritika iżda flok kissritu imbuttatu biex ma jibqax f’dak ix-xogħol. Beda jieħu lezzjonijiet fl-Ingliż u lgħalliema ntebħu li hu intelliġenti. Inkoraġġuh biex ikompli jistudja. Hekk għamel u rnexxielu jikseb scholarship li bih daħal flUniveristà ta’ Berkley f’Kalifornja. U wara kompla jistudja f’Harvard, Università famuża mad-dinja. Illum Alfredo hu magħruf bħala wieħed mill-iktar speċjalisti magħrufa fid-dinja fil-qasam tanneurosurgery. Il-kritika flok qerditu xprunatu biex jirnexxi fiddinja.

7


IL-LAQGĦA TA’ MARZU Peress li konna fi żmien ir-Randan kien jixraq li nagħmlu suġġett relatat ma’ dan il-perjodu partikulari fis-sena liturġika. Il-ħabib tagħna Daniel Meilak għamlilna lezzjoni interessanti dwar ‘Xbihat Devozzjonali marbuta mal-Passjoni flistorja tal-Parroċċa’. Għamlilna introduzzjoni ta’ kif il-Knisja bdiet tħares lejn l-opri tal-Arti wara li l-Protestanti nqatgħu mill-Knisja Kattolika. Beda żmien ilBarokk li ta importanza kbira lill-emozzjonijiet f’dak li jirraffigura. Żamm ma’ opri tal-arti marbuta mat-tmintax u dsatax-il seklu sabiex ma tkunx ġirja ma’ dak kollu li nsibu fil-knisja tagħna. Beda b’pittura ta’ kurċifiss li għal żmien twil kienet fis-sagristija ta’ Nofsinhar. Saret f’nofs is-seklu sbatax u l-korp ta’ Kristu huwa mmudellat fuq kurċifiss li jinsab fil-knisja ta’ Santa Katerina l-

8

Belt Valletta. Għandu wkoll mill-kurċifiss, meqjus mirakoluż, li hemm fil-knisja ta’ Ġieżu l-Belt skolpit minn Frate Umile da Petralia. Fissrilna kif il-Via Sagra l-Antika tanNadur kienet lewwel waħda li saret b’digriet talIsqof fost ilparroċċi ta’ Għawdex fl-1778. Huma magħmula minn tal-inqas tliet artisti għax il-livell bejn stazzjonijiet ivarja ħafna. Daniel tana informazzjoni dwar il-bust talEcce Homo li bħalissa jinsab fis-sagristija tatTramuntana. Sar minn Saverio Laferla li miet fl-1761. Kien inħareg fl-ewwel purċissjoni tal-


Ġimgħa lKbira li saret fin-Nadur fl1913. Listatwa tadDuluri li għadha tintuża filpurcissjoni n-Nadur saret f’nofs is-seklu dsatax. Sarulha xi tibdil l-aktar f’wiċċ il-Madonna. L-istallett talfidda li jinfed lil qalbha għandu ddata tat-23 ta’ Marzu 1863. U għalhekk l-istatwa tiġi datata għal snin qabel. Fil-kollezzjoni talparroċċa nsibu wkoll pittura tadDuluri tal-artist Klement Busuttil. Il-ħlas tagħha sar nhar l-10 ta’ April 1866. Kienu interessanti ħafna wkoll l-irċevuti talmembri tal-fratellanza tad-Duluri u Daniel fissrilna wkoll kemm kienu importanti u x’sehem kellhom dawn il-fratellanzi fil-ħajja tal-parroċċa. L-attenzjoni ta’ dawk kollha preżenti wriet kemm intlaqgħet tajjeb din illaqgħa. Konna qed nisimgħu x’għamlu u x’patrimonju ħallewlna l-għeżież tagħna li ġew qabilna. Nirringrazzjaw lil Daniel Meilak ta’ din il-laqgħa sabiħa li għamlilna.

IL-ĦBIEB ISEJĦU/April2026

għal-laqgħa ta’ April Peress li l-ewwel Sibt ser ikun Sibt il-Għid, il-laqgħa ser issir fit-tieni Sibt 11 ta’ April fit8.00p.m. billi nkunu qlibna għall-ħin tas-Sajf. Stedinna lil Dr Michael Galea PhD (Clinical Psychologist) u ser ikellimna dwar l-importanza li l-Psikoloġija moderna qed tagħti lill-ispiritwalità u kemm din tgħin fil-benesseri talindividwu. Mela ħabib ħalli dan il-ħin f’din id-data liberu minn impenji oħra u ejja isma’ xi ħaġa li tagħmillek il-ġid... isSibt 11 ta’ April fit-8.00p.m.

9


IL-ĦBIEB ISEJĦU/April2026

“Naf ngħix fil-għaks u fil-ġid. Jien imdorri f’kollox u għal kollox, fix-xeba’ u fil-ġuħ, fil-ġid u fil-għaks.” Filippin 4: 12 Robert Bruce kien miexi fi triq kollha nies. F’daqqa waħda sema’ lil xi ħadd ikanta. Ikanta b’mod kwiet, donnu għalih innifsu. Ġietu kurżità min kien. Idur u ma setax jemmen lil għajnejh. Kien żagħżugħ f’siġġu tar-roti, idawwar ir-roti tas-siġġu bir-ritmu tal-kanzunetta.

#

X’iżommni milli nitgħallem is-sigriet li jsemmi wkoll San Pawl? Jidher li dan is-sigriet kien magħruf miż-żagħżugħ fis-siġġu tar-roti.

10

“…hekk qal il-Mulej,… La tibżax għax jien fdejtek, ...imqar jekk tgħaddi mill-ilma, Jien inkun miegħek…” Isaija 43: 1-2


IL-ĦBIEB ISEJĦU/April2026

jikteb DANIEL MEILAK Ta’ Ħida

għasafar apprezzati ħafna filMedju Evu u l-perjodu Modern Bikri, tant li l-Kavallieri ta’ San Ġwann kienu jagħtu falkun lillViċi-Re ta’ Sqallija kull sena nhar il-festa tal-Qaddisin Kollha. Lewwel darba li nafu bl-isem ta’ Ħida huwa fis-sena 1534 meta din il-kontrada tissemma f’att notarili.

Fil-antik, l-isem ta’ Ħida kien isem ta’ kontrada, jew ta’ biċċa art kbira li kienet tiġbor fiha nħawi oħrajn iżgħar bħalma hu tad-Duru, tal-Ħanaq u tal-Ħali. Lisem proprju ġej minn Malti lantik li tfisser ‘il-bejta tas-seqer’. Aktarx li hawnhekk kienu jbejtu l-isqra jew il-falkuni li kienu Imbagħad bejn is-sekli sittax u sbatax insibu li f’Ta’ Ħida kienet ġiet toqgħod il-familja D’Anastasio li kienet ġiet minn Rodi mal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann fl-1530. Dr Gabriele D’Anastasio kien imħallef u kellu l-qorti tiegħu proprju f’Ta’ Ħida fin-Nadur. Din il-familja kienet fost l-aktar importanti u għonja tal-gżejjer Maltin. Diversi membri tagħha kienu ġurati flUniversità ta’ Għawdex (il-gvern

11


IL-ĦBIEB ISEJĦU/April2026

lokali sa mis-seklu erbatax) bejn is-seklu sbatax u tmintax. Għal xi żmien kienu anke prokuraturi wkoll tal-kappella ta’ San Ġwann Battista li kien hemm fl-inħawi.

Fiż-żmien li Malta kienet immexxija mill-Ordni talKavallieri ta’ San Ġwann, il-Gran Mastru Fra Alof de Wignacourt kien irriserva spazji f’Ta’ Ħida għall-kaċċa tiegħu u ta’ madwaru. Ħadd min-nies tal-lokal ma seta’ jidħol hemm armat bl-ixkubetti, klieb, xbieki jew nemes. Min jinqabad kien jeħel tliet snin qdif fuq ix-xwieni tal-Ordni jekk kien bniedem komuni, inkella 40 uqija tad-deheb jekk kien persuna

12

għolja. F’każ li l-persuna tkun membru tal-kleru kienet tiġi tturufnata sakemm jogħġbu lGran Mastru. Dettall interessanti huwa dwar lisem tat-triq li tibda minn fejn hemm il-knisja tal-Qalb ta’ Ġesù u tasal sa salib it-toroq ma’ Triq ir-Rabat. Fl-antik, għal dawk li kienu jgħixu fil-Lvant tar-raħal u fiċ-ċentru, din kienet ukoll tissejjaħ Triq ta’ Ħida, waqt li għan-nies ta’ Ħida u dawk li jiġu minn barra r-raħal kienu jsejħulha

Triq il-Knisja għax twasslek salknisja parrokkjali. Għad fadal nies anzjani li jsejħulha Triq ta’ Ħida u sa ftit snin ilu meta kien għadu jsir il-Korteo bit-tebut qabel il-funeral, fis-sagristija talBażilika kienet tiddendel nota għas-saċerdoti u l-abbatini biex tindika n-naħa minn fejn se jibda l-korteo, skont minn fejn ikun ilmejjet. Kien ikun hemm miktub ‘Via Ħida’ għal meta l-korteo jkun se jibda minn Triq il-Knisja, salib it-toroq ma’ Triq Xandriku, Triq Lazzru Pisani u Triq F.S. Sciortino.


This space is sponsored by

J. Debrincat Ltd


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Il-Hbieb Isejhu - April 2026 by Michael Debono - Issuu