Ritratt tal-faċċata: Iċ-Ċimiterju tal-Ħniena Divina, in-Nadur. Ritratt meħud fil-11 t’Ottubru 2020 - Martin A ttard
Għandek
Nimxu Id F’Id Novembru 2020
Minuta?
Ħarġa Nru. 489
Fis-sajf tas-sena 1986 ġrat traġedja fil-Baħar l-Aħmar li kienet toffri tagħlima għall-ħajja. Żewġ vapuri dehru resqin lejn xulxin, qishom mexjin apposta biex jaħbtu. L-arja ma kinitx tant ċara iżda l-baħrin u l-passiġġiera taż-żewġ vapuri donnhom intebħu li qed jiġri xi ħaġa mhux tas-soltu. Fi ftit sekondi l-ħabta saret u ż-żewġ vapuri bdew jixorbu ħafna ilma li għamilha impossibbli għalihom li jibqgħu jgħumu fil-wiċċ. Mijiet ta’ passiġġiera ntefgħu fl-ilma bit-tama li jsalvaw. Tama fiergħa għal ħafna għexieren minnhom għax minkejja li kien is-sajf l-ilma kien kiesaħ u ħafna sabuha diffiċli li jibqgħu għal ħafna ħin fih. Qalbhom ma felħitx għal dik il-kesħa. Meta saret inkjesta dwar il-ħabta nstab li din kienet ħtija tar-ras iebsa taż-żewġ kaptana li minkejja li ntebħu li kienu resqin lejn xulxin għax kienu fuq l-istess rotta ħadd minnhom ma ried jagħmel wisa’ lill-ieħor għax it-tnejn baqgħu jsostnu li huma qegħdin fuq ir-rotta t-tajba u ppretendew li jkun il-kaptan l-ieħor li joħroġ mir-rotta u jmur fuq ir-rotta tiegħu. U minkejja li kienu jafu x’jista’ jiġri baqgħu jsostnu l-pożizzjoni tagħhom sakemm ġara dak li ġara. Anki fil-ħajja, li tkun pikuż aktarx iwasslek fejn ma tkunx tixtieq. Timpika mal-ġenituri biex tgħaddi dejjem tiegħek. Timpika ma’ sħabek biex isir dejjem kif trid int. Timpika mal-għalliema u mingħalik biex tinkihom la tistudja u lanqas tagħmel homework. Ħafna drabi tkun qed iġġib ġebla kbira fuq saqajk. Eżatt bħalma għamlu ż-żewġ kaptana li spiċċaw responsabbli ta’ bosta għexieren ta’ mwiet barra l-ħsara materjali bl-għarqien taż-żewġ vapuri. Ejja nwarrbu l-pika u naħdmu flimkien. Il-koperazzjoni tħaffef il-piż, iżżid il-produzzjoni u toħloq klima sabiħa fejn wieħed jgħix, jaħdem u jiddeverti.
1
Wirt il-Fundatur Dun Ġorġ ħallielna teżor. . . f’kitbietu
Il-Mexxej tal-Għomja - Dux Cœcorum L-agħma jeħtieġ li jkollu fiduċja f’min imexxih. Int min int, isma’ u studja. . . Sentenzi meħudin minn ktejjeb ta’ X’tagħmel il-mewt? Il-mewt, bil-kesħa Dun Ġorġ Preca tagħha, tneħħi l-ksuħat tan-nies. bl-isem
Dux Cœcorum: Il-Mexxej X’tieħu bis-sħanat tiegħek għal ħaġa tal-Għomja magħmula? Għaref hu min jieħu paċenzja. li deher biċċa biċċa fil-Kalendarju Museumin 1953/1957
Min japprova opra tajba bis-sinċerità jkollu l-mertu ta’ dik l-opra tajba quddiem Alla.
Is-sigħat jgħaddu u kull wieħed ikollu jwieġeb bilfors kif impjegahom.
2
Stejjer marbuta ma’
Giovanni Battista Montini
San Papa Pawlu VI Darba f’Milan ġara inċident ġo fabbrika li ħalla ħaddiem mejjet. It-tebut tiegħu tqiegħed fl-istess fabbrika għal lejl sħiħ biex il-ħaddiema sħabu jkunu jistgħu jagħtuh l-aħħar tislima qabel jeħduh il-knisja. Fost dawk li żaruh kien hemm l-Arċisqof Montini li mar u qagħad għal ħin mhux ħażin ħdejn it-tebut jitlob u jagħmel kuraġġ lill-ħaddiema sħabu u lin-nies. Imbagħad qabel telaq qalilhom:
“Nixtieq inqatta’ l-lejl kollu magħkom imma fadalli xi ftit xogħol li rrid inlestih illejla. Ħa nħallilkom is-salib tiegħi pettorali biex tkunu tafu li jien magħkom bl-ispirtu tiegħi.”
Għall-familjari u għal ħbiebu din il-preżenza kienet tfisser ħafna.
Giovanni Battista Montini. . . . . .kien Kardinal Arċisqof ta’ Milan li fil-21 ta’ Ġunju 1963 ġie magħżul bħala l-Papa l-ġdid u ħa l-isem ta’ Pawlu VI. Miet fis-6 t’Awwissu 1978 u ġie ddikjarat qaddis fl-14 t’Ottubru 2018.
3
. . .jikteb Dr. Coronato Grech Kemm hu għoli s-sema? U. . . issa x’se taqla’!! (. . .ikompli mill-ħarġa tax-xahar t’ Ottubru)
Għal kejl ta’ distanzi ta’ galassiji jew gruppi ta’ galassiji li huma ferm iktar bogħod jintuża studju tad-dawl ta’ kwiekeb li jesplodu, supernovae, jew anki d-dawl ta’ galassiji sħaħ. B’hekk illum l-astronomi jikkalkulaw li l-ibgħad galassiji huma madwar 10 biljun (10,000,000,000) light years. Fi kliem ieħor, daqshekk hu għoli s-sema! U dik hija r-risposta (daqsxejn tentattiva) għal dik il-mistoqsija forsi daqsxejn irritanti: kemm hu għoli s-sema? U din ir-risposta twassalna biex nistaqsu mistoqsija oħra: Għaliex is-sema huwa iswed?
billejl
Mhux ovvju! Għax meta x-xemx tkun niżlet u ma jkunx hemm iktar dawl. Imma bi ftit ħsieb l-affarijiet ma jibqgħux daqshekk sempliċi. Imma tweġiba fid-dettall għal din il-mistoqsija nagħtihielkom fil-ħarġa tax-xahar id-dieħel.
4
. . .jikteb Ritchie Grech L-Ibis L-Ibis hu tajra tal-ilma u għall-Eġizzjani kien meqjus bħala sagru bl-isem Grieg ta’ Thoth, alla Eġizzjan tat-tagħlim, tal-ħin, talqies, tal-qamar u tal-maġija. Thoth kien ikun impitter jew imnaqqax bħala raġel b’ras ta’ Ibis u qed jikteb. Li hemm l-Eġittu hi l-ispeċi Sacred African Ibis u fl-arkeoloġija nstabu miljun u nofs minn din ittajra mumifikata fl-oqbra Eġizzjani. Interessanti li fil-Bibbja nsibu referenza għal din it-tajra bħala Thot fil-ktieb ta’ Ġob: “Min
nissel f'Thot l-għerf?” [Ġob 38: 36], anke marbut mal-għerf. Saydon jikteb ibis f’din is-silta. F’siltiet oħra nsibu referenza għal din it-tajra bħala Ibis fl-Ingliż. U għalkemm bil-Malti għandu l-isem ta’ Ibis ukoll, fil-Bibbja Maltija, anki ta’ Saydon, insibu l-kelma żinna: “il-barbaġann, ilmargun, iż-żinna,”[Lev. 11: 17]. Hawn qiegħed fil-lista tat-tajr li ma jistax jittiekel mil-Lhud. Silta oħra nsibuha fl-istess lista ta’ tajr moqżież għal-Lhud imma fil-ktieb tad-Dewteronomju: “il-barbaġann, omm is-sibjien, iż-żinna;” [Dt. 14: 16]. Żgur li ċ-ċkejken Mosè meta kien moħbi fil-papiru tax-xmara Nil kien imdawwar b’din it-tajra hekk sabiħa. U anki t-tfal Lhud ta’ qabel l-Eżilju kienet xena komuni li jaraw din it-tajra matul ix-xmara Nil.
5
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.
Ftit tagħrif dwar. . .
Pariġi
Pont Neuf, li tfisser il-Pont il-Ġdid fil-fatt hu l-eqdem pont li jaqsam ix-xmara Seine. Illum hemm bosta pontijiet li naturalment huma iġded minnu. Inbena bejn is-snin 1578 u 1607 u tgħidx kemm kien popolari għall-Pariġini biex f’xi passiġġata jaqsmu x-xmara minn fuqu. F’pajjiżna għandna wkoll ir-Raħal il-Ġdid (Paola) li fil-fatt mhux ġdid xejn għax għandu mijiet ta’ snin. Imma baqa’ jġorr l-isem oriġinali mogħti mill-poplu. Bħalma ġralu dan il-pont Pariġin.
Il-Motto tal-belt ta’ Pariġi bil-Latin hu dan: FLUCTUAT NEC MERGITUR li jfisser
imħabbta mill-mewġ iva, imma negħreq le. Belt li għaddiet minn bosta sfidi iżda qatt ma qatgħet jiesha. Motto li jgħodd ukoll għal ħajjitna.
6
Pariġi kienet imwaqqfa bħala post residenzjali iktar minn 300 sena qabel Kristu u kienet tissejjah Lutetia. L-isem ta’ Pariġi ngħata lil dan il-post fir-raba’ seklu wara Kristu, aktarx b’tifkira tal-poplu mlaqqam Parisii li oriġinarjament waqqaf il-belt.
Pariġi kienet waħda millewwel bliet li kellha dawl artifiċjali fit-toroq tagħha. Sa mis-sena 1318, quddiem il-Grand Châtelet kien hemm lanterna b’xemgħa fiha biex turi t-triq matul il-lejl. Fis-sena 1829 fi Place du Carrousel kien hemm diġà lampa tal-gass u sas-sena 1900 il-belt kienet imdawla b’xejn inqas minn 50,000 lampa. Jiġifieri Pariġi ilha l-belt tad-dawl.
It-torri Eiffel, wieħed mill-monumenti ewlenin tal-belt, għandu 1,665 tarġa u l-atleta Pollakk Piotr Lobodzinski telgħu f’inqas minn 8 minuti.
7
Ir-Radjazzjoni Hemm ħafna konfużjoni fuq x’inhi r-radjazzjoni u x’effetti tħalli fuqna. Meta nitkellmu fuq ir-radjazzjoni li toħrog minn mobile jew mill-arials tagħhom, qed nirreferu għall-microwaves. Dawn direttament ma jistgħux ibiddlu ċellola ta’ ġisimna u jibdluha f’ċellola ta’ kanċer. Imma jistgħu joħolqu kurrenti elettriċi fina jew effetti manjetiċi jew joħolqu sħana. Għalhekk hemm il-parir biex tfal żgħar ma jiġux esposti għalihom u aħna ma noqogħdux meta l-qawwa tagħhom tkun kbira. Imma dwar jekk
8
jikkawżax mard, hemm dibattitu sħiħ għaddej. Ir-radjazzjoni ta’ microwave oven ma jistgħux joħorġu minn ġo fih, għax il-bieba tal-forn fiha xibka tal-ħadid. U l-microwaves ma jibqgħux fl-ikel; ma jħallu xejn warajhom għax xħin jinxtorbu mill-ilma ta’ ġol-ikel, jinbidlu fi sħana. Ir-radjazzjoni nukleari hi gamma waves. Dawn huma qawwijin iktar mill-X-rays u jistgħu jaħarqu l-ġilda u l-laħam u anki jikkawżaw kanċer. Ir-raġġi tax-xemx fihom id-dawl, il-UV u l-infrared. Il-UV (ultraviolet waves, raġġi ultravjola) u l-infrared (infrarossi) huma inviżibbli għal għajnejna. Il-UV għandna bżonnu biex issir il-vitamina D f’ġisimna. Ftit minuti darbtejn jew tliet darbiet fil-ġimgħa bix-xemx fuq idejna u wiċċna huma biżżejjed biex dan iseħħ. Il-UV tista’ tagħmel ħsara lil għajnejna. Tista’ wkoll tagħmel ħsara lill-ġilda. Għalhekk irridu noqogħdu ħafna attenti. L-electric arc tal-welding tipproduci l-UV.
Niktbu bil-Malti tajjeb. . . Il-lejla se mmur niekol ma’ sħabi jew Illejla se mmur niekol ma’ sħabi
Liema hija t-tajba f’dan il-każ u x’inhi d-differenza bejn illejla u l-lejla? Jekk inkun qed nirreferi għal-lejla li tkun ġejja (jiġifieri ‘this evening’), mela allura nikteb ‘illejla’. Ngħid ‘il-lejla’ jekk irrid nirreferi għal xi lejla partikolari, eżempju ‘Il-Lejla Sajfija’. U ftakar: jekk trid tawgura l-lejl it-tajjeb lil xi ħadd, għandek tgħid ‘il-lejla t-tajba’. Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd. Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com
9
Mid-Djarju tal-Qasam Matul Ottubru estendejna t-tagħlim għall-klassijiet tal-Primarja filwaqt li dawk tas-Sekondarja li kienu jattendu matul is-sajf telgħu fi klassijiet ġodda. Qegħdin ngħixu f’normalità ġdida li qatt ma konna naħsbu li se ngħaddu minnha qabel. Biex nibqgħu konformi mal-miżuri marbuta mal-Covid-19, it-tagħlim qed isir fiż-żewġ swali tal-Museum u fil-librerija li huma kmamar akbar mill-klassijiet u fejn tista’ tinżamm mingħajr ebda diffikultà d-distanza soċjali. Issa drajna nidħlu l-Qasam fejn tittieħed it-temperatura u jintuża l-hand sanitizer. Ix-xift tal-Primarja inqasam f’żewġ gruppi fejn il-klassijiet tal-Year 1, 3 u 5 jattendu kull nhar ta’ Tnejn u Ħamis u dawk ta’ Year 2, 4 u 6 jattendu kull nhar ta’ Tlieta u Ġimgħa. Anke ż-żgħar draw jgħixu f’dawn ilmiżuri li qed ikollna ngħixu bihom fosthom l-ilbies tal-maskra kemm fuq ġewwa kif ukoll fuq barra minbarra waqt illogħob tal-futbol filgrawnd.
10
Il-proġett tal-bini baqa’ għaddej matul Ottubru wkoll. Issa li tlestew il-bjut u nqala’ l-armar, il-bini huwa lest. Issa beda wkoll it-tikħil fuq barra kif ukoll l-installazzjoni tad-dawl fil-kantini u fil-bitħa. Dan ix-xogħol għandu jibqa’ għaddej matul il-ġimgħat li ġejjin. Din is-sena se jkollna Milied differenti ħafna minn tas-soltu. Bħal-lum konna nkunu ġa bdejna naħsbu għall-Play tal-Milied, il-Purċissjoni u l-Kunċert tal-Milied. Għalkemm dawn l-attivitajiet din is-sena ma jistgħux jittellgħu qegħdin naħsbu biex xorta waħda nkunu nistgħu niċċelebraw il-festa tat-twelid ta’ Ġesù xi ftit differenti minn dak tas-soltu. Nagħlaq billi nħeġġeġ lil dawn kollha li s’issa ma rajniehomx biex filwaqt li jżommu lkoll u nobdu l-miżuri li hemm fis-seħħ, insibu ħin biex nattendu għat-tagħlim li, kif kien iħobb jgħid il-Fundatur, huwa l-għajn ta’ kull ġid!
Mark Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur
11
Fuljett maħruġ mill-Museum tas-Subien tan-Nadur Għal forma diġitali żur: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur