It-Torri ta’ Sopu mibni mill-Gran Mastru Nikol Cotoner fl-1667, l-uniku torri li offra reżistenza waqt l-invażjoni tal-Franċiżi fl-1798. Ritratt meħud fit-12 t’April 2020 - Martin A ttard Ritratt tal-faċċata:
Nimxu Id F’Id
Għandek
Mejju 2020
Minuta?
Ħarġa Nru. 483
Kienet kawża importanti ħafna. Kollox kien jiddependi fuq xhieda ta’ tifel. Għax hu kien ra x-xena kollha. L-avukat tal-mixlijin bl-attentat tas-serq ried kieku jfixkel lit-tifel milli jixhed kif suppost. Beda jagħmillu mistoqsija wara l-oħra biex forsi jinqabad f’xi gidba żgħira li ttelliflu l-kredibilità kollha. Iżda ma setax għax it-tifel kien jirrispondi dejjem bl-istess kliem. . . jgħid dejjem l-istess affarijiet. . . jixhed dejjem li ra tliet persuni, ħerġin mill-karozza tagħhom, daħlu fil-banka tal-lottu u wara ftit ħarġu jiġru biex jaħarbu bl-istess karozza li kienu ħarġu minnha. U baqa’ jgħid ukoll li kien dak il-ħin li ġibed ir-ritratt minn fuq il-mobile. Qatt ma qal li kien ċert li t-tliet mixlija huma l-ħallelin. Dak waslu għalih il-pulizija. Fl-aħħar imsaħħan, l-avukat difensur qal lit-tifel: “Għid il-verità. Kien hemm xi ħadd li għallmek kif tixhed? Tigdibx. Kien hemm jew ma kienx hemm xi ħadd li qallek kif għandek tirrispondi?” U t-tifel wieġeb: “Iva għallimni.”
kien
hemm
min
L-avukat ħa r-ruħ. Fil-qorti waqgħet ħedma. “U min kien li għallmek tixhed u x’qallek?” “Qalli tinkwetax u tibżax tgħid il-verità. U dan ix-xi ħadd kien missieri.” Gidba tħottok. Hija l-verità li tibnik.
1
Wirt il-Fundatur Dun Ġorġ ħallielna teżor. . . f’kitbietu
Il-Mexxej tal-Għomja - Dux Cœcorum L-agħma jeħtieġ li jkollu fiduċja f’min imexxih. Int min int, isma’ u studja. . . Sentenzi meħudin minn ktejjeb ta’ Jekk tistudja l-bniedem, issib li n-numru Dun Ġorġ Preca tal-boloh huwa infinit, ma jingħaddx. bl-isem
Dux Cœcorum: Il-Mexxej Il-boloh jirrispettaw fil-bniedem il-libsa tal-Għomja sabiħa tiegħu. li deher biċċa biċċa fil-Kalendarju Museumin 1953/1957
2
Meta tgħid kelma, min jisimgħek dejjem jieħu minnha xi ġid jew xi deni, u turi dejjem lin-nies x’inti int.
Inqas ma titkellem, iktar tkun irrispettat min-nies.
Stejjer marbuta ma’
Giovanni Battista Montini
San Papa Pawlu VI Meta Montini wasal biex jiġi ordnat, ħafna mill-professuri tawh ċertifikat mill-aqwa għax kien student bieżel, intelliġenti, studjuż u ubbidjenti. Ma kienx hemm x’tgħid fih. Iżda fid-dinja dejjem ikun hemm xi eċċezzjoni u wieħed mill-professuri tiegħu oġġezzjona għall-ordinazzjoni ta’ Montini għax qal: “Montini ġuvni dgħajjef f’saħħtu u l-ħajja ta’ qassis titlob ferm iktar saħħa biex ikun jista’ jwettaq ħidma pastorali marbuta mal-vokazzjoni tiegħu.” Din il-kritika waslet f’widnejn l-Isqof Hyacinth Gaggia ta’ Bressia li kellu jordnah u wieġeb hekk: “Mela nordnawh għall-ġenna. Xieraq li jmur il-ġenna bħala qassis la darba tant xtaq u ħadem għal din il-vokazzjoni.” Il-profezija tal-Professur ma tantx seħħet għax fil-fatt Montini għex sa meta kellu 80 sena mhux biss bħala qassis imma bħala Isqof u Papa.
Giovanni Battista Montini. . . . . .kien Kardinal Arċisqof ta’ Milan li fil-21 ta’ Ġunju 1963 ġie magħżul bħala l-Papa l-ġdid u ħa l-isem ta’ Pawlu VI. Miet fis-6 t’Awwissu 1978 u ġie ddikjarat qaddis fl-14 t’Ottubru 2018.
3
. . .jikteb Dr. Coronato Grech (dan l-artiklu jkompli mill-ħarġa tax-xahar t’April) Fost passatempi oħra nistgħu nsibu: Logħob diġitali. Illum hawn ħafna hekk imseħja digital games li fihom bħal qisek tidħol f’dinja virtwali, dinja immaġinarja u finta, imma għalik li qed tilgħab qisha realtà. Ħafna minn dawn huma stejjer fantastiċi u jitolbu attenzjoni kbira u malajr tista’ tidrahom forsi żżejjed, b’riskju li titraskura affarijiet oħra. Riskju ieħor huwa li jista’ jkollhom vjolenza li tista’ malajr tindara. Imma digital games jew aħjar programmi serji, professjonali u akkademiċi jgħinu wkoll ħafna fl-istudju. Vaganzi barra. F enomenu pjuttost riċenti kif tqatta’ ħin liberu huwa li ssiefer għal ftit u tara pajjiżi oħra. Dawn il-vaganzi saru komuni u faċli. U ta’ tant gost: esplorazzjoni, esperjenzi ta’ vjaġġar; ambjenti differenti, nies, ikel, u użanzi differenti; arkitettura, arti, xjenza u l-bqija. Astronomija. Li tkun taf xi ħaġa u tosserva (b’xi teleskopju żgħir, jew anki bl-għajnejn biss) il-qamar, il-pjaneti, il-kwiekeb, il-konstelazzjonijiet, Triq ta’ Sant’Anna, kwiekeb feġġejja, kometi u galassiji, fost oħrajn, huwa passatemp affaxxinanti u perenjali għall-ħin liberu ta’ bil-lejl. U tant tieħu perspettiva tal-kundizzjoni umana. U fl-aħħarnett tista’ tqatta’ ftit mill-ħin liberu billi sempliċiment ma tagħmel xejn! Jew aħjar tirrifletti naqra kemm int xortik tajba li għandek saqaf fuq rasek, ikel bl-abbundanza, saħħa, familja li tieħu ħsiebek, u l-kumditajiet kollha soċjali. Mhumiex affarijiiet żgħar dawn. Ħafna minn dawk ta’ qabilna ma kellhomx din ix-xorti. Napprezzawha u ma nitilfuhiex.
4
. . .jikteb Ritchie Grech Il-Ħuttafa Il-ħuttafa hi għasfur żgħir u ħafif li jimpressjonana meta narawh għaddej qisu riħ baxx mal-art jaqbad l-insetti. Hu għasfur li jgħix qalb in-nies u forsi l-fatt li jbejjed f’razzetti jew djar tan-nies wassal lis-salmista jikteb Salm 84 fejn il-ħeġġa għat-Tempju tal-Mulej juriha anki fl-għasafar li hemm isibu wkoll darhom: “Sal-għasfur isib fejn jgħammar, u l-ħuttafa ssib il-bejta ħdejn l-artali tiegħek;
hemm hi tqiegħed iż-żgħar tagħha, Mulej tal-eżerċti, Sultan u Alla tiegħi!” [Salm 84: 4]. Kważi jgħir għal dawn l-għasafar li lejl u nhar huma tant qrib il-Mulej. Fil-ktieb ta’ Isaija nsibu t-talba ta’ Ħeżeqija meta kien marid u fieq: ‘Bħal ħuttafa npespes, bħal ħamiema nokrob, għajnejja għejew iħarsu 'l fuq. Mulej, jien magħkus, aqbeż għalija!’ [Is. 38: 14]. U fil-ktieb tal-Proverbji nsibu: ‘bħal għasfur maħrub, bħal ħuttafa tittajjar, saħta għal xejn b'xejn ma sseħħx fis-sema’ [Prov. 26: 2]. Anki nsibu lill-profeta Ġeremija jċanfar lill-Lhud għax ma jridux iħallu l-ħażen u jduru lejn Alla. ‘Mqar il-laqlaq tal-ajru jagħraf żmienu; il-gamiema, il-ħuttafa, u l-għarnuq iħarsu ż-żmien tal-passa tagħhom. Imma l-poplu tiegħi ma jagħrafx id-dritt tal-Mulej.’ [Ġer. 8: 8].
5
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.
Kull sena f’Pamplona fix-xahar ta’ Lulju, eluf imorru fit-toroq tal-belt għall-ġirja mal-barrin. U kull sena jkun hemm min jispiċċa ferut gravi. Kultant ikun hemm ukoll il-mejtin. U xorta kull sena jinqalgħu eluf oħra biex ikunu parteċipanti f’din il-ġennata. Sabiħ is-sens ta’ avventura fil-ħajja, imma meta fin-nofs hemm saħħtek jew anki ħajtek irid ikun hemm ftit iktar għaqal. Iżda meta korrispondent staqsa lil xi wieħed mill-parteċipanti li għalih kienet il-ħames sena ta’ parteċipazzjoni dwar din il-ġennata dan wieġbu: “Ħafna nies jafu li pakkett tas-sigaretti jista’ jmarradhom u xorta jpejpuh. Jien niġi hawn niġri mal-barrin. Il-fatt li nista’ nintlaqat hu ferm iktar rari minn dak li jpejjep pakkett sigaretti kuljum.” U telaq biex jibda l-ġirja mal-barrin.
6
F’Lulju 2013, missier, omm u binhom daħlu f’ħanut f’Michigan, ordnaw xi ħaġa tal-ikel li riedu jieħdu magħhom. Ma tantx damu jistennew għax dawn il-postijiet mhux ta’ b’xejn huma msejħa fast food outlets. Ħallsu, ħadu l-borża u ħarġu biex ikomplu triqthom. Iżda meta fetħu l-basket tal-karti flok ikel sabu flus. Bi żball xi ħadd kien bidel il-boroż. Kien hemm iktar minn 3,600 dollaru. Iżda l-familja reġgħet lura, irritornat il-basket tal-flus u ħadu l-basket tagħhom. U hekk ħelset lill-impjegat mill-ikbar qatgħa li kien jieħu meta kien jintebaħ bl-iżball. Fadal nies onesti anki llum.
Il-peer group pressure jwasslek tagħmel kollox. F’Lulju 2013, fl-Awstralja, grupp ta’ żgħażagħ bdew jinċitaw lil seħibhom hux kapaċi jgħum fi xmara miżgħuda bil-kukkudrilli. U dan iż-żagħżugħ qabeż fix-xmara Mary qrib il-belt ta’ Darwin biex juri li ma jibżax u fi ftit sekondi nħataf minn wieħed mill-kukkudrilli li temmlu ħajtu ħesrem fl-età ta’ 25 sena. Meta tħalli lil sħabek jimpikawk tispiċċa fejn ma tixtieqx. . . anki jekk fil-qrib ma jkunx hemm kukkudrilli.
7
Għandi l-Wenza! Hekk hawn min jirreferi b’ċajta għall-influwenza. L-influwenza hi infezzjoni b’virus fin-nifs tagħna: fil-gerżuma u fil-pulmuni u jista’ jkollok deni, tħossok dgħajjef u tħoss uġigħ fil-muskoli, fir-ras u ż-żaqq. Dan il-virus ġej mill-familja Orthomyxoviridae (RNA viruses). Ipoġġuhom f’kategoriji A, B, Ċ u D. Huma tal-kategorija A li l-iktar joħolqu epidemija ta’ influwenza fil-bniedem. Influwenza A jerġgħu jaqsmuha f’subtipi u jerġa’ s-subtipi jaqsmuhom f’razez (strains).
8
Jikklassifikawhom f’subtipi skont x’tip ta’ antigen iġorru fuq il-wiċċ tagħhom. A ntigen hija proteina li ġġorr virus li tintgħaraf miċ-ċelloli bojod tad-demm bħala xi ħaġa barranija. Għalhekk il-ġisem tagħna jattakkaha u hekk jeqred il-virus. Dan l-attakk mill-ġisem għall-virus isejħulu immune response. Eżempji ta’ subtipi ta’ influwenza A huma H1N1, H5N1 u H3N2. Razez (strains) differenti ta’ subtip jingħarfu minn kif inhuma rranġati l-genes. Din hi l-informazzjoni li biha jinbena virus. Issa virus jevolvi b’mod mgħaġġel billi jsiru tibdiliet fil-genes. (Dawn it-tibdiliet fil-genes isejħulhom mutations). Xi kultant virus jieħu ċappa genes minn virus ieħor u joħloq subtip ġdid. U hekk il-ġisem tal-bniedem ma jkunx jista’ jiddefendi lilu nnifsu minn dawn ir-razez ġodda. Jew irid jgħaddi ż-żmien biex jibni d-difiża tiegħu (li jsejħulhom antibodies) jew jingħata vaċċin.
Niktbu bil-Malti tajjeb. . . Għandi bżonn naqta’ qata’ xagħri jew għandi bżonn naqta’ qatgħa xagħri? Liema hija t-tajba? U x’inhi d-differenza bejn qata’ u qatgħa? Hawn min isib diffikultà meta jiġi biex jikteb kliem bħal waqa’/ waqgħa, bela’/belgħa, tela’/telgħa. Kif tista’ tiftakar meta għandek tikteb il-kelma bl-apostrofu jew bl-għ? Jekk il-kelma tkun qed tintuża bħala verb fit-tielet persuna maskil (jiġifieri, hu waqa’, hu tefa’, hu tela’, hu qata’ jew hu bela’), din għandha tinkiteb bl-apostrofu fit-tarf. Iżda jekk il-kelma tkun taqdi rwol ta’ nom femminil, mela allura din għandha tinkiteb bl-għ. Ħares lejn dawn is-sentenzi li ġejjin u ara jekk tinnotax id-differenza: Għalkemm għandu fuq is-sittin sena, tela’ t-Telgħa tal-Kirxa qisu mhux hu! Missieri bela’ belgħa kafè bis-serqa qabel telaq għax-xogħol. Ħija qala’ qalgħa l-kamra ta’ taħt fuq. Dalgħodu waqa’ waqgħa u kważi kiser saqajh.
Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd. Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com
9
Mid-Djarju tal-Qasam Fl-istorja tiegħu, il-Qasam tagħna qatt ma nżamm magħluq fuq perjodu twil. Dejjem miftuħ is-sena kollha, b’mod speċjali fil-Milied u fl-Għid. Min-naħa l-oħra pajjiżna flimkien mal-bqija tad-dinja kollha qatt ma għadda minn esperjenza bħal din, fejn f’temp ta’ ftit ġranet kellhom jinbidlu l-pjanijiet u l-ħsibijiet hekk kiesaħ u biered.
Kellhom jitħassru dawk l-attivitajiet sbieħ li jkollna matul il-Ġimgħa Mqaddsa, il-Programmi, iċ-Ċena tas-Sinjur, it-tqassim tal-figolli lit-tfal u l-Play tal-Għid. Kellha titħassar il-Ġimgħa Marjana u l-Purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tal-Qasam. Kellhom jiġu posposti s-Sagramenti tal-Ewwel Tqarbina għat-tfal u tal-Griżma tal-Isqof għall-adolexxenti. Dawn huma okkażjonijiet li nippreparaw għalihom ta’ kull sena u jsibu posthom fl-albums tar-ritratti tal-Qasam. F’din is-sena kellhom isiru wkoll bosta avvenimenti fid-dinja li wkoll kellhom jitħassru jew għallinqas jiġu posposti, avvenimenti li jiġbdu ħafna interess, anke minna l-istudenti. Kellhom jiġu posposti l-logħbiet tal-futbol tal-Euro 2020 li kellhom jintlagħbu f’bosta bliet Ewropej. Issa hemm il-ħsieb li jsiru s-sena d-dieħla. Kellu jiġi pospost l-logħob Olimpiku li kellu jintlagħab ġewwa Tokjo fil-Ġappun. S’issa l-ħsieb hu li dan il-logħob isir fl-2021.
10
S’issa il-logħbiet tal-kampjonati Ewropej ukoll jinsabu mwaqqfa. Żgur li l-aktar kampjonati segwiti huma dawk tal-Premier League fl-Ingilterra, il-Bundesliga filĠermanja, is-Serie A fl-Italja u La Liga fi Spanja. Dawn x’aktarx jitkomplew lejn l-aħħar ta’ Mejju jew il-bidu ta’ Ġunju u x’aktarx bil-bibien magħluqa. Dawk dilettanti tat-tennis żgur li ser jimmissjaw ilWimbledon Tournament li din is-sena ġie mħassar. It-Tour de France se jiġi pospost għal aktar tard matul din is-sena. Il-Pageant tal-Passjoni ta’ Ġesù li jittella’ kull għaxar snin ġewwa Oberammergau fil-Bavarja l-Ġermanja se jkollu jiġi kkanċellat ukoll. Fil-fatt l-organizzaturi ta’ din l-attrazzjoni li tiġbed viżitaturi mid-dinja kollha diġà ħabbru li dan id-dramm bibliku ser jittella’ fis-sena 2022 bl-ewwel rappreżentazzjonijiet jibdew f’Mejju u jibqgħu sejrin sa Ottubru.
Żgur li anke aħna kellna bosta pjanijiet u li minħabba l-imxija tal-Covid-19 kellhom jitħassru jew jitbiddlu. Imma fiduċjużi li wara l-maltemp jiġi l-bnazzi u fl-istess ħin ninsabu pass eqreb lejn il-jum li fih il-ħajja fil-Qasam tagħna terġa’ lura għan-normal.
Mark 11
Fuljett maħruĥ mill-Museum tas-Subien tan-Nadur