Għandek
Minuta?
Nimxu Id F’Id Jannar 2020
Ħarġa Nru. 479 Ħolma li qed isseħħ
Iva kienet ilha ħafna f’qalbna. Issa jidher li wasal iż-żmien li din il-ħolma nwettquha. Wasal iż-żmien li l-fuljett tagħna jieħu bixra iktar moderna. Għażilna li mmorru għall-fuljett bil-kulur. Hekk jixraq lill-messaġġ Nisrani li aħna kull xahar nippruvaw inwasslu. Għażilna x-xahar ta’ Jannar. . . bidu ta’ sena ġdida u għalina bidu ta’ inizjattiva ġdida. Nixtiequ li intom issiru parti minn din il-ħolma għax iktar ma jkollna kontributuri, itjeb ikun il-kontenut. Libsa biex tkun sabiħa trid tintlibes minn ġisem ħaj. Għalhekk tħajru biex tkunu parti minn dawk li jagħmlu l-fuljett tagħna mhux biss isbaħ fid-dehra imma iprem fil-kontenut. Nixtiequ f’din l-okkażjoni ngħidu grazzi lill-Mulej Ġesù li mingħajr l-għajnuna tiegħu ilna li waqafna milli nippubblikaw dan il-fuljett. Ħajr ukoll lill-benefatturi li jgħinu din il-pubblikazzjoni, fosthom il-kontributuri li kull xahar jimlew il-paġni ta’ dan il-fuljett. Grazzi lil dawk li jogħġobhom jirreklamaw fih għax l-għajnuna tagħhom għenitna biex inxiddu din il-libsa ġdida. Ħajr lilkom il-qarrejja li turuna li tapprezzaw dak li aħna nippreżentawlkom. Jalla l-mod modern li bih qed nippreżentaw il-kontenut tal-fuljett tagħna jgħin biex il-paġni tiegħu jinqraw iżjed u hekk il-messaġġ Nisrani jasal aħjar u għand iżjed qlub. Nibqgħu dejjem miftuħin għall-ideat kollha li tħossu li tistgħu twasslulna biex intejbu kemm il-materjal kif ukoll il-lay out tal-fuljett NIMXU ID F’ID li issa ilu jistedinna biex npassu flimkien triq il-ħajja tat-tfulija u taż-żgħożija għall-iktar minn 40 sena.
1
Wirt il-Fundatur Dun Ġorġ ħallielna teżor. . . f’kitbietu
Il-Mexxej tal-Għomja - Dux Cœcorum L-agħma jeħtieġ li jkollu fiduċja f’min imexxih. Int min int, isma’ u studja. . . Sentenzi meħudin minn ktejjeb ta’ Il-qalb tal-bniedem hija marbuta Dun Ġorġ Preca ma’ għajnejh, kif jgħallem il-proverbju: bl-isem
“Bogħod mill-għajn, bogħod mill-qalb.” Dux Cœcorum: Il-Mexxej tal-Għomja Min jibża’ joqgħod attent, u min joqogħod attent ma jiżbaljax. li deher biċċa biċċa fil-Kalendarju Museumin 1953/1957
2
L-ewwel bukkun jiġik tajjeb, u t-tieni inqas tajjeb u fl-aħħar tiddejjaq, għax fin-natura kollox frugħa ta’ mument.
Jiżbalja bl-ikrah min jibdel il-paċi ta’ qalbu ma’ ħwejjeġ oħra.
Stejjer marbuta ma’
Giovanni Battista Montini
San Papa Pawlu VI Kien għadu Arċisqof ta’ Milan. Mary F. Ingoldsby, ġurnalista ta’ ħila, talbet li Montini jagħtiha intervista biex iġġibha fil-ġurnal li miegħu kienet taħdem. Il-Kurja Milaniża wasslet din it-talba lill-Monsinjur Montini li aċċetta bil-qalb. Tul l-intervista l-Arċisqof wieġeb kull mistoqsija li saritlu b’kalma u bi trasparenza. Meta l-ġurnalista temmet il-mistoqsijiet, Montini qalilha: “Qaluli li int Kattolika. Jimporta jekk tingħaqad ftit miegħi u nitolbu flimkien lil omm tagħna tas-sema? Għax mingħajr l-għajnuna tagħha d-djoċesi ta’ Milan ma tistax twassal il-messaġġ ta’ Ġesù.” U kif qal hekk fetaħ it-tieqa u quddiemhom dehret il-figura tal-Madonna li hemm ħdejn id-Duomo. U l-Arċisqof u l-ġurnalista niżlu għarkopptejhom u talbu flimkien u bil-qalb. Mary Ingoldsby baqgħet impressjonata bil-fidi tremenda li rat fl-Arċisqof hu u jitlob lill-Madonna. Xena li hi tgħid li baqgħet f’qalbha u f’moħħha.
Giovanni Battista Montini. . . . . .kien Kardinal Arċisqof ta’ Milan li fil-21 ta’ Ġunju 1963 ġie magħżul bħala l-Papa l-ġdid u ħa l-isem ta’ Pawlu VI. Miet fis-6 t’Awwissu 1978 u ġie ddikjarat qaddis fl-14 t’Ottubru 2018.
3
. . .jikteb Dr. Coronato Grech L-idea ta’ ħin liberu, dak il-ħin li fih tagħmel dak li jogħġbok u ta’ mistrieħ, hija pjuttost ġdida fl-istorja umana. Għal eluf ta’ snin kulħadd, adulti u tfal, kien tant imħabbat bil-bżonnijiet tal-ħajja ta’ kuljum li sempliċiment ftit kien hemm ħin ta’ mistrieħ u wisq inqas ta’ ħin liberu. It-tfal spiss kienu kkunsidrati adulti żgħar u minn kmieni kienu jgħinu fil-familja, fl-għelieqi u l-bqija. U jerġa’, il-kundizzjoni ta’ ħafna, inkluż it-tfal, reġgħet għall-agħar mar-Rivoluzzjoni Industrijali li bdiet primarjament fl-Ingilterra tas-sekli 18 u 19. Hawnhekk f’postijiet bħal fabbriki u mini, barra li x-xogħol kien perikoluż, il-ħaddiema kienu jaħdmu kważi lsiera. Kien mhux qabel is-sena 1870 li ġiet mgħoddija liġi, b’ħafna oppożizzjoni, biex tfal taħt l-għaxar snin ma jaħdmux u erba’ snin wara, liġi oħra biex ġurnata xogħol ma tkunx iktar minn għaxar sigħat. U dan fl-Ingilterra tar-Reġina Vittorja meta l-Gran Brittanja kienet l-ikbar imperu, l-eżempju suprem ta’ progress.
(dan l-artiklu jkompli fil-ħarġa tax-xahar id-dieħel)
4
. . .jikteb Ritchie Grech Il-Bież Il-bież hu tajra tal-priża sabiħa u mill-aktar b’saħħitha. Fil-fatt il-bies l-ewwel jagħti daqqa b’saħħitha b’sidru lill-priża. Din imbagħad tistordi jew taqa’ fejn imbaghad jinżel il-bies u jaqbadha. Il-bież hu wieħed mit-tjur mistkerrah mill-Lhud. Fil-ktieb tal-Levitiku nsibu “Mit-tjur dawn għandkom tistkerrhu, u ma għandkomx tieklu minnhom, għax moqżieża: l-ajkla, il-bugħadam, ilkuċċarda, l-astur, kull xorta ta' bież. . .” [Lev. 11: 13-14]. L-istess liġi nsibuha miktuba fil-ktieb tad-Dewteronomju “Tistgħu tieklu kull għasfur safi. Ma tistgħux tieklu mill-ajkla, il-bugħadam, il-kuċċarda, is-seqer, kull xorta ta' bież. . .” [Dt. 14: 11-14]
ibejjet is-serp u jbid, u jsaħħan u jfaqqas il-bajd; hemm, iva, jiltaqgħu l-isqra, kull wieħed ma seħbitu.” [Is. 34: 16]. Hawn għandna referenza għall-pajjiżi tal-ġnus li kienu għedewwa ta’ Israel. Il-bież jinsab f’ħafna pajjiżi inkluż f’pajjiżna fejn reġa’ beda jbejjed. Fi żmien il-Kavallieri kienu jaqbdu par bież min-Nadur u jagħtuh bħala ħlas lir-Re ta’ Spanja. Ċerti speċi ta’ bież huma monogami, jiġifieri jibqgħu l-istess koppja sal-mewt!
Xi drabi l-bież huwa sinonimu mas-seqer. Fil-ktieb tal-profeta Isaija nsibu “Hemm
5
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima. Kemm aħna aljenati x’waħda din! Fl-ajruport ta’ Heathrow f’Londra l-passiġġieri nsew warajhom bosta oġġetti ta’ ċertu valur fosthom arloġġ Rolex, borża djamanti, mobiles, ipads u ċavetta ta’ karozza Porsche li kollha jiswew ħafna flus. L-għaġla hekk tagħmlilna. . . forsi għalhekk missirijietna ħolqu l-proverbju: “Il-qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel!”
F’Mejju 2013 fi rkant ta’ kitarra li uża John Lennon u George Harrison tal-Beatles inbiegħet għal 317,000 ewro. Id-dilettanti ma jibqgħux jaraw meta jiġu biex jakkwistaw oġġetti li jkunu użaw il-favoriti tagħhom. Ġesù mhux kitarri ħallielna imma ġismu u demmu. Tgħid aħna napprezzawhom daqskemm id-dilettanti japprezzaw l-oġġetti li jkunu użaw il-benjamini tagħhom?
6
Waqt car boot sale kien hemm xi ħadd li ntebaħ li fost l-oġġetti esebiti kien hemm arloġġ speċjali. Għarfu li kien arloġġ li uża James Bond fil-film Thurderball. Kien immarkat 25 lira sterlina (inqas minn 30 ewro). Xtrah u dlonk tefgħu fuq l-ebay. U tiegħu daħħal is-somma fenominali ta’ 70,000 ewro. Min ma japprezzax dak li għandu, jarmih. Bħalma nagħmlu aħna meta nwarrbu quddiesa b’xi skuża banali.
Il-Membri kollha tal-Qasam tas-Subien tan-Nadur jawguraw mimlija ġid, saħħa u hena
lill-qarrejja kollha ta’
Nimxu id f’id 7
Iċ-Ċaqliq Il-Griegi ta' qabel Kristu kienu jaħsbu li l-istat naturali ta' oġġett hu wieqaf. Xi ħaġa miexja b'mod naturali tieqaf.
Illum nispjegaw dan billi ngħidu li hemm forza jgħidulha friction li twaqqaf l-oġġett miexi. Din il-friction taħdem meta żewġt uċuħ iħokku ma' xulxin u dejjem taħdem kontra lejn fejn qed jiċċaqlaq il-wiċċ.
8
Kien Galileo Galilei (1564-1642) li qal li oġġett miexi jibqa' miexi bl-istess rata u fl-istess direzzjoni jekk ma jkunx hemm xi imbuttatura jew ġibda (forza) fuqu. Din illum jgħidulha Newton's First Law of Motion. Jules Verne (1865) jirrakkonta storja fejn familja tmur lejn il-qamar. Kienu qed jivvjaġġaw u mitilhom kelb. Ħarġuh barra mit-tieqa u ħasbu li ħa jaqa' lejn id-dinja. Imma meta fetħu t-tieqa tal-vettura tagħhom li kienet miexja ħafna, ħadu qatgħa għax sabu l-kelb għadu jivvjaġġa magħhom. Billi ma kienx hemm x'jiġbdu 'l isfel baqa' miexi magħhom.
Niktbu bil-Malti tajjeb. . . Mistoqsija: Niktbu żagħżagħ jew żgħażagħ? Liema hija t-tajba?
Tweġiba: Niktbu żagħżugħ skont il-mudell ta’ karkur u l-għ għandha tmur minflok r-r. Jekk insegwu l-mudell ta’ krakar naraw kif għandna niktbu żgħażagħ u mhux żagħżagħ. Tista’ wkoll issegwi l-mudell ta’ żraben u fejn ikun hemm ir-r għandha tiġi l-għ. Ħares lejn l-eżempji t’hawn isfel biex tiftakar kif għandek tikteb żgħażagħ: karkur - żagħżugħ karkura - żagħżugħa krakar - żgħażagħ żarbun - żagħżugħ żarbuna - żagħżugħa żraben - żgħażagħ
Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd.
Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com https://www.facebook.com/pristineworksMT/
Mid-Djarju tal-Qasam Quddiesa għall-Benefatturi Fit-tieni Ħamis ta’ Diċembru għamilna quddiesa fil-Kappella tal-qasam b’suffraġju tal-benefatturi mejtin u għall-ħtiġijiet tal-benefatturi ħajjin tal-qasam tagħna. Kien ukoll mument ta’ preparazzjoni spiritwali għan-novena tal-Milied. Qaddes għalina Mons. Ġużepp Attard.
‘Il-Ktieb Li Saħħar Milied’ Tellajna wkoll il-play bl-isem ‘Il-Ktieb li Saħħar Milied’. Saret darbtejn: nhar is-Sibt 14 ta’ Diċembru fis-7.30pm u l-Ħadd 15 ta’ Diċembru fis-6.00pm. Kellna attendenza sabiħa għaż-żewġ rappreżentazzjonijiet. Ħajr lil kull min ta s-sehem tiegħu biex jitwassal messaġġ Nisrani permezz tal-palk.
In-Novena u l-Premjazzjoni tal-Milied Għamilna wkoll in-novena tal-Milied b’features marbuta mal-istorja tat-twelid ta’ Ġesù. Inkluż kien hemm nofs siegħa Adorazzjoni lil Ġesù fl-Ewkaristija mmexxija minn Dun Noel Debono. U okkażjoni sabiħa kien Jum il-Premjazzjoni meta t-tfal joħorġu ferħanin b’xi grotta jew bambin. Dik tal-kbar imbagħad saret fl-ewwel tas-sena.
10
Il-Presepju Din is-sena seħibna Tonio Grech għamel ġmiel ta’ presepju oriġinali li ntgħoġob ħafna minn dawk li ġew iżuruh. Il-presepju wkoll huwa mezz ieħor li bih titwassal l-istorja tat-twelid ta’ Ġesù. Tonio issa ilu 25 sena jagħmlilna l-presepju u kien għalhekk li għażel li jagħmlu akbar. Sar fis-sala t’isfel b’mod li kull min ġie jarah seta’ jdur miegħu u jifli d-dettalji artistiċi li jaf joħloq Tonio.
Il-Purċissjoni u l-Kunċert tal-Milied F’lejlet il-Milied għamilna l-Purċissjoni tal-Bambin b’pageant bil-personaġġi bibliċi li jirrakkontaw l-istorja tal-fidwa tagħna, akkompanjati mill-Banda Mnarja. Fil-Milied tellajna l-Kunċert fil-knisja bis-sehem tal-kor tas-subien u tal-bniet u kantanti stabbiliti akkompanjati mill-orkestra mmexxiha minn Mro. Antoine Theuma. Il-Kunċert kien jinkludi fih ir-reċtar tal-poeżiji, il-prietka tat-tifel, li din is-sena għamilha Nathan Attard, u l-play Il-Borma tal-Ġara.
Mark Radd il-Ħajr Nuru r-radd ta’ ħajr tagħna lill-kontributuri kollha li kull xahar jgħaddulna artikli siewja u informattivi għal dan il-fuljett. Nirringrazzjaw ħafna lil ħabibna u old boy tagħna Martin Attard li ħadmilna d-disinn tal-qoxra tal-faċċata ta’ dan il-fuljett. Grazzi mill-qalb.
11