Ritratt tal-faċċata: Dettall tal-presepju esebit fil-Museum Subien Nadur matul żmien il-Milied tal-2018. Xogħol artistiku ta’ Tonio Grech. Ritratt meħud fil-23 ta’ Diċembru 2018 - Martin A ttard
Għandek
Minuta?
Nimxu Id F’Id Diċembru 2020
Ħarġa Nru. 490
F’Diċembru ħafna jitkellmu dwar il-Milied imma forsi jinsew li din hi l-festa tal-birthday ta’ ĠESÙ. Anke jekk ma tkunx Nisrani xorta jolqtok il-fatt. . . . . .li għalkemm dan il-persunaġġ qatt ma kiteb ktieb iżda tul is-snin ma kien hemm ħadd li fuqu inkitbu kotba daqskemm inkitbu fuq dan l-Imgħallem ta’ Nazaret . . .li għalkemm dan il-persunaġġ qatt ma qabad pinżell biex ipitter iżda tul is-snin kienu ħafna l-pitturi ċelebri, bħal Michelangelo, Raffaello u Leonardo da Vinci fost l-oħrajn - li ġew ispirati minn mumenti fil-ħajja ta’ dan ir-Rabbi Lhudi li għaġġeb in-nies ta’ żmienu u ta’ warajh. . . .li għalkemm dan il-persunaġġ qatt ma kkompona mużika iżda tul is-snin, kompożituri bħal Haydn, Handel, Beethoven u Mendelssohn ħallew warajhom biċċiet mużikali li ġew komposti apposta biex ifaħħru jew ifakkru xi ġrajja ta’ dan il-benefattur ewlieni tal-bnedmin. . . .li għalkemm dan il-persunaġġ qatt ma kiteb poeżiji, iżda poeti famużi bħal Dante u Milton iddedikaw poemi ta’ eluf ta’ versi lilu b’omaġġ għalih, għal kliemu u għal għemilu. . . .li għalkemm dan il-persunaġġ għallem biss għal tliet snin, tagħlimu baqa’ ħaj għal iktar minn 2,000 sena u xtered ferm iktar minn tagħlim ta’ filosfi kbar bħal Aristotle, Plato u Socrates li bejniethom kellhom perjodu ta’ 130 sena tagħlim. . . .li għalkemm dan il-persunaġġ qatt ma ġġieled ġlieda waħda xorta ismu hu ferm iktar magħruf minn ta’ ġenerali kbar bħal Ċesare, Alessandru, Annibale u Napuljun li tqabdu f’għexieren ta’ battalji. U r-rebħa tiegħu fuq id-dinja hi ferm iktar kbira għax tkopri l-kontinenti kollha. Dan hu ĠESÙ li tiegħu fil-Milied nagħmlu l-Birthday. Persunaġġ uniku, universali u għalliem ta’ kull żmien u ta’ kull poplu. Jalla aħna wkoll nifirħu li għażilna LILU biex ikun l-mexxej tagħna.
1
Wirt il-Fundatur Dun Ġorġ ħallielna teżor. . . f’kitbietu
Il-Mexxej tal-Għomja - Dux Cœcorum L-agħma jeħtieġ li jkollu fiduċja f’min imexxih. Int min int, isma’ u studja. . . Sentenzi meħudin minn ktejjeb ta’ Fil-bżonn tiegħek inti tirrikorri għand min Dun Ġorġ Preca għandu qalb tajba u għandu l-ġid ukoll: ittama bl-isem
mmela f’Alla, għax hu għandu qalbu Dux Cœcorum: essenzjalment tajba u rikkezzi bla tarf, u l-hena Il-Mexxej tiegħu hija li wliedu jittamaw fih. tal-Għomja li deher biċċa biċċa fil-Kalendarju Museumin 1953/1957
Alla huwa pront biex jagħti l-grazzja tiegħu lil min jitlobhielu għax hija volontà tiegħu li kulħadd isalva.
Alla qatt ma ċaħad u lanqas jiċħad talba ta’ qalb umli, għax l-umiltà tagħfsu bis-sħiħ.
2
Nimxu Id F’Id - Diċembru 2020
Stejjer marbuta ma’
Giovanni Battista Montini
San Papa Pawlu VI F’Ġunju 1964 grupp ta’ nies mir-raħal ta’ Concesio talab li jkollu udjenza mal-Papa. Il-Papa laqa’ din it-talba b’ferħ kbir għax Concesio kien ir-raħal fejn twieled u għex Giovanni Battista Montini. U meta ltaqgħu flimkien il-Papa deher daħkan u qallhom: “Ħbieb tiegħi, ippermettuli jekk jogħġobkom ninsa għal ftit minuti li jien il-Papa u nerġa’ nsir ċittadin ta’ Concesio.” U dlonk beda jkellimhom bid-djalett ta’ Concesio. Il-grupp kien qisu qiegħed il-ġenna tal-art jisma’ l-Papa jitkellem bi djalett li huma rari kienu jismgħu barra l-konfini ta’ raħalhom. U Montini beda jsaqsihom dwar ħbieb tiegħu li xi darba kienu jakkompanjawh fi tfulitu u għalhekk tgħidx kemm għannaq bil-qalb wieħed mill-grupp - ċertu Alessandro Bertoloni - li fil-fatt kien biss sentejn ikbar minnu u kemm-il darba lagħbu l-ballun flimkien. Kienet qisha tgħanniqa ta’ żewġ aħwa li ilhom snin kbar ma jaraw lil xulxin. Din il-laqgħa ssawret biex saret waħda mill-itwal udjenzi li qatt kellu l-Papa Montini.
Giovanni Battista Montini. . . . . .kien Kardinal Arċisqof ta’ Milan li fil-21 ta’ Ġunju 1963 ġie magħżul bħala l-Papa l-ġdid u ħa l-isem ta’ Pawlu VI. Miet fis-6 t’Awwissu 1978 u ġie ddikjarat qaddis fl-14 t’Ottubru 2018. Nimxu Id F’Id - Diċembru 2020
3
. . .jikteb Dr. Coronato Grech Għaliex is-sema bil-lejl huwa iswed? Mhux ovvju! Għax x-xemx tkun niżlet u ma jkunx hemm iktar dawl. Imma bi ftit ħsieb l-affarijiet ma jibqgħux daqshekk sempliċi. L-astronomu Ġermaniż Heinrich Olbers (1758-1840) ħaseb fuq din il-mistoqsija u ddeċieda li jista’ jkun jaf jekk l-univers hux infinit jew le. Olbers irraġuna li jekk l-univers huwa infinit fid-daqs, kieku f’kull direzzjoni jkun hemm kewkba. U li kieku l-univers huwa infinit fiż-żmien kieku kien hemm żmien biżżejjed biex jasal id-dawl minn kull kewkba. U allura jekk l-univers huwa infinit kieku s-sema ta’ bil-lejl għandu jkun mdawwal iktar minn bi nhar. Dan jissejjaħ il-‘paradoss ta’ Olbers’ għax dak iż-żmien kien maħsub li l-univers huwa infinit. Illum hemm xhieda tajba li l-univers kellu bidu madwar 15-il biljun sena ilu. U aħna nistgħu naraw sa kważi daqshekk light years bogħod. Intant, f’dawn l-aħħar ħarġiet ta’ dan il-fuljett staqsejna diversi mistoqsijiet li għall-ewwel donnhom forsi kienu jidhru żejda. Ovvjament mhumiex hekk. Bihom sirna nafu iktar kif jaħdem l-univers u kif nużaw teknoloġija ġdida. Dan barra mill-gost u l-affaxxinazzjoni li tkun taf xi ħaġa interessanti li qabel ma kontx taf. Mhumiex affarijiet żgħar dawn.
4
Nimxu Id F’Id - Diċembru 2020
. . .jikteb Ritchie Grech Il-Kappun
pellikan kitbu kappun.
Il-kappun jagħmel parti minn grupp ta’ għasafar tal-ilma talfamilja tal-agrett. Hu tajra li jħobb ikun solitarju u jinstab l-aktar fejn hemm l-ilma biex jaqbad ħut, insetti, rettili u żrinġijiet. Hu għasfur ‘mistħi’ u jħobb jinħeba qalb il-qasab u ħaxix twil ieħor. Għalhekk l-għajta qawwija tiegħu kienet taħsad lil min ikun għaddej minn ħdejh bla ma jarah. Bil-lejl din l-għajta tiegħu kienet tinstema’ sew u kienu jqabbluha ma’ stat ikrah ta’ deżolazzjoni.
Anki f’Isaija nsibu dan “Jirtuha l-pellikan u l-qanfud” [Is. 34,11] u f’Sofonija “sal-pellikan u sal-qanfud jgħammru fil-kapitelli tagħha” [Sof:2:14].
Il-Lhud għandhom ħafna kodiċi ta’ liġijiet ta’ kif għandhom jgħixu fosthom dwar l-annimali u tajr li jistgħu jieklu għax huma safjin u oħrajn li huma mniġġsin għalihom għalhekk ma jistgħux jittieklu “il-kwakk, il-pellikan, it-tiġieġa tal-baħar” [Lev. 11,18]. Hemm xi traduzjonijiet li flok Nimxu Id F’Id - Diċembru 2020
Bil-Malti ġie mogħti l-isem ta’ kappun għall-forma ta’ kappun tal-ilbies ta’ kif joqgħod meta jkun mistoħbi. Meta jtir il-kappun iżomm għonqu magħluq mhux imtawwal bħal tal-kwakk.
5
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.
Pajjiżi fl-Ewropa, iżgħar minn Malta fid-daqs u li huma indipendenti
San Marino għandu daqs ta’ 24 mil kwadru waqt li Malta u Għawdex huma 122 mil kwadru. Għawdex waħdu huwa 26 mil kwadru. Mitluf ġol-kampanja Taljana dan il-post, fil-għoli u mdawwar bi fruntiera li taqtgħu għalih, jiftaħar li ilu indipendenti mis-sena 301. Fil-fatt kien il-qaddis San Marino li waqqaf kunvent fuq l-għolja Titano u minn din il-komunità twieled dan il-pajjiż li b’sens ta’ gratitudni ħa l-isem tal-qaddis innifsu. Tul is-snin San Marino kien kemm-il darba mirbuħ iżda kull darba n-nies tal-post jerġgħu jitqabdu u jissieltu biex pajjiżhom jikseb mill-ġdid il-ħelsien. Illum f’San Marino jgħixu madwar 34,000 ruħ. Jitkellmu bit-Taljan għad li wħud għadhom jużaw il-lingwa oriġinali tal-post li tissejjaħ Romagnola.
6
Nimxu Id F’Id - Diċembru 2020
Il-belt kapitali tissejjaħ Città di San Marino imma l-post fejn l-iktar joqogħdu nies hu Dogana. In-nies li jaqsmu l-fruntiera, jafu li ser ikunu deħlin ġo pajjiż indipendenti, b’regolamenti u użanzi li mhumiex dawk Taljani għad li l-pajjiż hu ċirkundat minn art Taljana.
San Marino hu pajjiż Kattoliku. Il-motto tal-pajjiż hu Libertas li tfisser Ħelsien. Hu pajjiż sinjur ħafna u jiddependi mit-turiżmu, finanzi u servizzi.
Il-Bord Editorjali jawgura lill-qarrejja tal-fuljett NIMXU ID F’ID Milied qaddis u s-sena l-ġdida 2021 mimlija ġid u barka mill-Mulej
Nimxu Id F’Id - Diċembru 2020
7
Aċidi u Alkali Il-meraq tal-lumi huwa aċiduż u qares. Anki l-ħall huwa aċiduż. Dawn huma aċidi li nikluhom. Aċidi oħra huma perikolużi tmisshom jew tiblagħhom.
Fl-istonku għandna aċidu qawwi jismu hydrochloric acid. Tant hu qawwi li 40 fil-mija tal-piż ta’ stonku vojt hu protezzjoni kontra dan l-aċidu. Hydrochloric A cid hu l-ispirtu tal-melħ. L-aċidu talbatterija tal-karozza hu Sulfuric Acid.
prodotti biex inaddfu l-kċina u l-fran fihom alkali fihom. Alkali jattakka x-xaħam tal-ġilda tiegħek. Għalhekk trid tilbes l-ingwanti. U trid toqgħod attent/a li ma tmissx għajnejk bih.
Il-ġir ukoll hu alkali u għalhekk itaqqablek il-ġilda u jaħarqek meta jmiss ma’ għajnejk. Meta tmiss alkali u togħrku bejn subgħajk, tħoss bħal sapun, għax l-alkali jirreaġixxi max-xaħam u jipproduċi s-sapun. Dan hu l-mod kif isir is-sapun: alkali u xaħam.
Meta titniggeż minn xi pjanta jew brama jew insett, jista’ jkun li tkun tefgħetlek xi aċidu. Jew jista’ jkun li jkun daħal fil-ġilda tiegħek materjal jgħidulu alkali. U dan jaf jaħarqek ukoll. Meta tħallat aċidu ma’ alkali, jirreaġixxu flimkien u joqtlu lil xulxin u jinnewtralizzaw lil xulxin. Għalhekk meta jaħarqek il-ħurrieq, uża ftit bikarbonat tas-soda li hu ftit alkali biex tistrieħ. Alkali jirreaġixxi max-xaħam. Għalhekk
8
Nimxu Id F’Id - Diċembru 2020
Niktbu bil-Malti tajjeb. . . Kont taf li nittraduċu ‘Fair trade’ bħala ‘Kummerċ ġust’ bil-Malti? U x’inhi d-differenza bejn ‘Fair trade’ (bil-Malti: Kummerċ ġust) u ‘Free trade’ (bil-Malti: Kummerċ ħieles)? ‘Fair trade’ jista’ jiġi mfisser bħala sħubija jew ftehim kummerċjali li għandu l-għan li jiżgura li jkun hemm aktar ugwalità fil-kummerċ internazzjonali u joħloq opportunitajiet għal produtturi emarġinati biex itejbu l-kundizzjonijiet tagħhom. Il-‘Fair trade’, li fil-Malti nittraduċuha bħala ‘Kummerċ ġust’, huwa forma ta’ kummerċ sostenibbli li joffri appoġġ lil produtturi emarġinati li jipproduċu fuq skala żgħira. Dan jiżgura li jkun hemm prezzijiet aħjar, termini u ftehim tal-kummerċ aktar ġusti, u kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti biex jipproteġu lill-bdiewa u ħaddiema f’pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw minn prattiċi konvenzjonali inġusti li jiddominaw il-kummerċ dinji. Mill-banda l-oħra, il-‘Free trade’ (bil-Malti: Kummerċ ħieles) ineħħi t-tariffi, il-kwoti u r-restrizzjonijiet fuq affarijiet importati u esportati. F’suq fejn jiġi mħaddem il-kummerċ ħieles, ma nsibux sussidji u projbizzjonijiet fuq prodotti u servizzi, u s-salvagwardji għall-ħaddiema, bħal pagi minimi, ma jeżistux. Filwaqt li huwa minnu li l-kummerċ ħieles jikkontribwixxi biex l-ekonomija ta’ pajjiż tkompli tikber, ifisser ukoll li huma l-ħaddiema li jmorru minn taħt għax id-dħul tagħhom jonqos.
Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd. Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com Nimxu Id F’Id - Diċembru 2020
9
Mid-Djarju tal-Qasam F’Novembru tħabbret il-mewt ta’ Oliver Friggieri, ġgant talletteratura Maltija li għadda ħajtu jgħallem bil-kelma u bil-kitba. Kiteb għexieren ta’ kotba li jħaddnu novelli, stejjer, bijografiji, poeżiji, studji kritiċi, filosofija u branki oħra tal-lingwa tagħna. Dan barra l-mijiet ta’ artikli li dehru fil-ġurnali tagħna tul ħajtu kollha. U għerfu xandru wkoll f’pubblikazzjonijiet barranin f’lingwi differenti li għamlu ġieħ lil pajjiżna.
Eluf ta’ studenti jafu lilu bħala s-surmast tagħhom li mexxiehom fi triq il-Malti u għallimhom mhux biss jiktbuh tajjeb imma wkoll li jħobbuh bħala l-lingwa ta’ pajjiżna li tagħtina dinjità u identità. U miegħu jħobbu wkoll dawk il-Maltin li ħabbew il-lingwa tagħna anki meta kien hemm min ma kienx japprezzaha u ħallew ħsibijiethom, ġrajjiethom u l-versi tagħhom b’xhieda ta’ din l-imħabba. Oliver għandu rabta mal-qasam tagħna għax f’Diċembru 2000 kien ġie fostna u kellem lill-adolexxenti tagħna dwar il-Malti u dwar kemm hu importanti li mhux biss inkunu nafu niktbuh sew imma li ndaħħluh f’qalbna għax hu jsawwar in-nazzjon tagħna. Konna stedinnieh fl-okkażjoni tal-250 ħarġa tal-fuljett NIMXU ID F’ID u minkejja l-ħafna impenji tiegħu aċċetta bil-qalb. Wara mbagħad qagħad ikellem ftit lilna l-kbar u semma ż-żmien meta hu kien imur fil-qasam tal-Furjana u kemm kien għad fadallu memorji sbieħ ta’ żmien tfulitu u żgħożitu f’dan
10
Nimxu Id F’Id - Diċembru 2020
l-ambjent Museumin. Tgħidx kemm għamlilna kuraġġ biex inkomplu dak li beda Dun Ġorġ: li nwasslu kelma ta’ ġid lil dawk kollha li jmissu ma’ dal-post ta’ talb u tagħlim. Kien xtaq idur ftit il-qasam tagħna u billi konna f’Diċembru seta’ jara r-rigali li konna ħejjejna għat-tfal u l-adolexxenti tagħna. Ħa gost jara tant rigali u xtaq li hu wkoll jieħu grotta għax qal li din tibqa’ tfakkru fil-Museum u fis-snin li qatta’ marbut mas-soċjetà tagħna. Tiskanta kif bniedem ta’ għerf straordinarju kellu fih qalb ta’ tfajjel li jaf jifraħ b’affarijiet żgħar. Xtaq ukoll li aħna nibqgħu nibagħtulu l-fuljetti tagħna NIMXU ID F’ID u IL-HBIEB ISEJĦU. Xi ħaġa li aħna għamilna bil-qalb. Ngħożżu ħafna s-sentenza li kitbilna fil-Visitors’ Book tagħna:
B’radd il-ħajr lill-Museum, il-grazzja l-kbira t’Alla lil Malta u Għawdex. 15 ta’ Diċembru 2000 Turi l-imħabba tiegħu lejn il-Fundatur tagħna Dun Ġorġ u lejn il-ħidma li wettqet u għadha twettaq is-Soċjetà tiegħu.
Grazzi benefattur kbir ta’ pajjiżna u jalla l-ideat tiegħek ma jibqgħux ideali imma jsiru realtà. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur Nimxu Id F’Id - Diċembru 2020
11
Fuljett maħruġ mill-Museum tas-Subien tan-Nadur Għal forma diġitali żur: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur