Ritratt tal-faċċata: Il-Bajja ta’ San Blas - Mimlija bir-ramel ħamrani kif
kienet sa ftit snin ilu qabel il-maltempata tat-23 ta’ Frar 2019 li kaxkret ħafna mir-ramel. Ritratt meħud fit-12 ta’ Ġunju 2005 - Martin A ttard
Nimxu Id F’Id
Għandek
Awwissu 2020
Minuta?
Ħarġa Nru. 486
Ġrajja orjentali tirrakkonta li darba tfajjel sab portafoll li kien fih 20 munita tad-deheb. Ferħan ferħan telaq jiġri fejn ommu li malli rat il-muniti, għad li kienet fqira qalet lil binha: “Ibni dawk mhux tagħna. Mur fejn sibthom u ara ssibx lil sidhom.” “Kif huma?”
ser insib ta’
min
“Mur iġri fejn sibthom. Aktarx li min tilifhom għadu jfittixhom. Fil-każ staqsih x’kulur hu l-portafoll u kemm kellu fih. Jekk jgħidlek il-kulur u l-ammont ta’ muniti, agħtihulu.” It-tifel obda u meta mar is-suq fejn kien sab il-portafoll ra raġel iħuf u jfittex ’l hawn u ’l hemm. It-tfajjel staqsieh x’qed ifittex. “Portafoll.” “X’kulur hu u kemm kellek fih?” Ir-raġel intebaħ li t-tfajjel kien sabu u f’qalbu ħaseb li ser ikollu jagħtih xi żewġ muniti bħala ħlas. Għalhekk gideb u qal: “Tletin munita.” “Mela dak li sibt mhux tiegħek għax tiegħi kellu fih 20 munita u mhux tletin.” U telaq jiġri lejn ħdejn ommu. Ir-raġel mar fejn il-Kalif tal-belt u rrapporta lit-tifel. Meta sabuh u ġabuh quddiem il-Kalif, it-tifel qallu l-istorja kollha. U l-Kalif qal lir-raġel: “Il-portafoll mhux tiegħek għax f’tiegħek kien hemm tletin u f’dan kien hemm għoxrin. U la f’dan iż-żmien ma ġie ħadd jgħid li tilef portafoll, nordna li l-portafoll u flusu jżommhom it-tifel.” L-antiki kienu jgħidu: “L-Onestà l-aħjar triq.”
1
Wirt il-Fundatur Dun Ġorġ ħallielna teżor. . . f’kitbietu
Il-Mexxej tal-Għomja - Dux Cœcorum L-agħma jeħtieġ li jkollu fiduċja f’min imexxih. Int min int, isma’ u studja. . . Sentenzi meħudin minn ktejjeb ta’ Dun Ġorġ Preca bl-isem
Aħjar fama tajba minn ħafna flus.
Dux Cœcorum: Il-bniedem, għall-kwiet ta’ moħħu, għandu Il-Mexxej jżomm bniedem ieħor għaqli bħala gwida tiegħu tal-Għomja li miegħu jiftaħ qalbu fid-diffikultajiet tal-ħajja. li deher biċċa biċċa fil-Kalendarju Museumin 1953/1957
2
Min irodd il-ġid bid-deni, id-deni ma jwarrabx minn daru.
Il-bniedem jista’ jrid kollox, iżda ma jistax itemm dejjem dak li jrid.
Stejjer marbuta ma’
Giovanni Battista Montini
San Papa Pawlu VI Ftit xhur wara li Montini laħaq Papa xtaq ħafna li jmur iżur il-priġunieri tal-ħabs ta’ Regina Coeli f’Ruma. Hekk ukoll kien għamel il-Papa ta’ qablu, Ġwanni XXIII. L-istess bħal Papa Ġwanni, Montini ried jurihom li huma jinsabu f’qalbu. Qalilhom: “Anki jekk ħaddieħor jinsiekom u forsi jikkundannakom nixtieqkom tiftakru li jien ħabibkom, ġejt ħdejkom għax għalija intom għeżież. Nitlobkom biex tibżgħu biss minn kelma waħda. . . disperazzjoni. Irridkom tibqgħu tittamaw għax għamiltu x’għamiltu intom tibqgħu ħbiebi u tibqgħu għeżież għalija u għall-Mulej.” Ħafna priġunieri bdew jibku jisimgħu l-Papa jsejħilhom ħbieb u għeżież.
Giovanni Battista Montini. . . . . .kien Kardinal Arċisqof ta’ Milan li fil-21 ta’ Ġunju 1963 ġie magħżul bħala l-Papa l-ġdid u ħa l-isem ta’ Pawlu VI. Miet fis-6 t’Awwissu 1978 u ġie ddikjarat qaddis fl-14 t’Ottubru 2018.
3
. . .jikteb Dr. Coronato Grech Għaliex id-duħħan jitla’ ’l fuq? U għaliex jinbaram? It-tweġiba għal din il-mistoqsija tinvolvi studji ta’ sħana, ta’ gassijiet u d-dinja silenzjuża u panoramika tal-blalen tal-ajru. Kull ħaġa solida, likwida jew gass, meta tisħon, tespandi, imma l-gass huwa l-iktar li jespandi. U meta gass jespandi, id-densità tonqos, jeħfief u allura jitla’ ’l fuq. Għalhekk id-duħħan, li huwa arja sħuna mimlija partiċelli żgħar skuri u mhux maħruqa tal-ħaġa li qed tinħaraq, jitla’ ’l fuq. Ir-raġuni għaliex jinbaram hija li mhux kull parti tisħon u tespandi bl-istess ammont u fil-movimenti biex l-arja sħuna u eħfef titla’ ’l fuq tgħaddi minn u madwar partijiet oħra mhux daqshekk sħan u ħfief u allura dak it-tidwir. Finalment imma d-duħħan jitla’ ’l fuq biżżejjed biex jitbiegħed mis-sors tas-sħana u jiksaħ, jiċkien, iżid fid-densità, jitqal u jinżel bil-mod ’l isfel. Fost il-ħafna li studjaw kif jaġixxu l-gassijiet f’kundizzjonijiet differenti nsibu l-Irlandiż Robert Boyle (1627-97) li minn esperimenti li għamel sab li l-volum ta’ gass ivarja inverżjonalment mal-pressa, jiġifieri jekk, pereżempju, il-pressa tirdoppja, il-volum jonqos bin-nofs, u viċi versa. Però dejjem jekk iżomm l-istess temperatura. Pijunier ieħor kien l-Franċiż Jacques Charles (1746-1823) li sab li jekk issaħħan gass u żżomm dejjem l-istess pressa, il-volum jespandi proporzjonalment direttament mat-temperatura. Ftit wara, Franċiż ieħor, Joseph Guy-Lussac (1778-1850) wera li jekk isaħħan gass u żżomm dejjem l-istess volum (ma tħallihx jespandi) il-pressa tvarja proporzjonalment dirett mat-temperatura. Bejniethom dawn it-tlieta skoprew il-liġijiet bażiċi ta’ kif jaġixxi gass taħt kundizzjonijiet differenti, u dan sewwa jekk f’forma ta’ petrol evaporat f’magna ta’ karozza, jew fil-ġettijiet ta’ arjuplan jew fil-blalen tal-arja. L-ewwel ballun tal-arja msaħħan min-nar taħtu kienu għamluh l-aħwa Franċiżi Montgolfier li għall-ewwel ġarr xi annimali u ftit wara nies. Illum nies avventurużi marru minn kontinent għal ieħor u anki daru kompletament id-dinja f’ballun tal-arja.
4
. . .jikteb Ritchie Grech It-Tiġieġa Tal-Ilma
wkoll fil-ktieb tad-Dewteronomju:
It-tiġieġa tal-ilma (jew talbaħar kif insibuha fil-Bibbja) blIngliż insibuha bħala water-hen jew common moorhen. Din it-tajra tinstab fejn hemm għadajjar tal-ilma jew xmajjar bilveġitazzjoni. Hi tajra mhux rari f’pajjiżna fejn anki tbejjed f’diversi widien bil-qasab u riservi naturali. Fl-Art Imqaddsa kienet tajra komuni wkoll.
“Tistgħu tieklu kull għasfur safi... Ma tistgħux tieklu il-qwaqq, it-tiġieġa tal-baħar. . .” [Dt. 14: 17]. Fil-kumplament tal-Bibbja ma nsibux referenzi oħra għal din ittajra tal-ilma, x’aktarx għax kienet meqjusa bħala tajra mniġġsa u għalhekk ma kinitx tittiekel.
Però t-tiġieġa tal-ilma ma setgħetx tittiekel mil-Lhud minħabba l-kodiċi li fiha lista ta’ tajr projbit għal-Lhud għax kienu jqisuhom ‘mniġġsa’! L-ewwel referenza nsibuha fil-ktieb talLevitiku “Mit-tjur dawn għandkom tistkerrhu, u ma għandkomx tieklu minnhom, għax moqżieża. . . il-kwakk, il-pellikan, it-tiġieġa talbaħar” [Lev. 11: 18]. Din il-lista ta’ tajr ‘moqżież’ insibuha ripetuta
It-tiġieġa tal-ilma għandha kulur iswed u abjad taħt denbha. Tbid minn ħames sa tmien bajdiet. Għandha saqajha sofor u fuq munqara għandha dabra ħamra distintiva. Tiekol ħxejjex u insetti li ssib fl-ilma.
5
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima. F’Lulju 2013 twieled baby giraffe fiz-zoo ta’ Londra. Rari li dan iseħħ fiz-zoo. Il-baby giraffe jibda ħajtu b’tisbita għax ma’ twelidu jaqa’ iktar minn 6 piedi. . . minn żaqq ommu għall-art U jitwieled diġà kbir mhux ħażin tant li fuq saqajh ikun iktar minn 6 piedi għoli. Fi ftit sigħat ikun jista’ jitlaq jiġri. U allaħares le għax fil-ġungla minn jaf kemm ikun hemm iljuni u tigri lesti biex jaħtfuh jekk joqgħod jitlajja fejn ikunu huma. Meta jikber il-baby giraffe jkun kapaċi jilħaq għoli ta’ 18-il pied. . . kważi żewġ sulari.
Min ikun dilettant ikun. U lest li jħallas tal-passatemp tiegħu. F’Lulju 2013 ġakketta li kienet tintlibes minn John Lennon tal-Beatles inbiegħet għall-prezz ta’ iktar minn 8,000 ewro. Għad li kienet ftit imkabra u kellha wkoll tiċrita żgħira.
6
F’Lulju 2013 kien hemm xena li rari jekk qatt ġrat. Seħħet f’qorti fil-Messiku meta kawża kellha tiġi sospiża għax l-imħallfin li kienu qed imexxuha spiċċaw jagħtu bejniethom. Wieħed għajjar lil ieħor stupidu u dan tal-aħħar qam minn postu u ħebb għal sieħbu li kien offendieh. U addio kawża li kienu qed jisimgħu. Il-mixli baqa’ skantat b’dak li kien qed jara quddiemu u miegħu skantaw ukoll dawk li inzertaw fl-awla tal-qorti. Meta titlef l-erre issir oġġett tad-daħk. . . anki jekk tkun imħallef.
F’Lulju 2013 fl-Iskozja, ġebla daqs gallettina nbiegħet għas-somma fenominali ta’ 9,000 ewro għax saru jafu li kienet meteorite. . . ġebla li ġejja mill-ispazju. Kien sabha ċertu Rob Elliott meta kien mixja ma’ martu fl-2005. Meta sabha ma kienx jaf eżatt x’tiswa imma billi raha ta’ kulur sewdieni fost ġebel ta’ kulur ieħor ġabarha “għal li jista’ jkun”. U swielu għax bla ma jaf kien ġabar fortuna żgħira.
7
Iż-Żoni Blu Iż-Żoni Blu huma postijiet fid-dinja fejn in-nies jgħixu ħajja twila u din tkun waħda ta’ kwalità. Jiġifieri dawn in-nies ma jqattgħux ħajjithom fis-sodda għalkemm ikollhom mitt sena jew iktar. Jissejħu żoni blu għax meta l-istudjużi mmarkaw il-mappa ta’ Sardinja biex juru fejn kien hemm nies jgħixu ħajja twila ta’ kwalità, użaw marker blu! Barra f’Sardinja, żoni blu oħra huma l-peninsula Nikoya fil-Costa Rica, il-gżejjer Okinawa fil-Ġappun u l-gżira ta’ Ikarja fil-baħar Eġew fil-Mediterran bejn il-Greċja u t-Turkija. Hawn min jaħseb li x’tiret jaffettwa kemm tgħix. Bil-Malti jgħidu għandu/ha għadma tajba. Imma l-istudji wrew li dan jaffettwa biss xi 10 sa 20 fil-mija ta’ min jgħix ħajja twila ta’
8
kwalità. Biex tgawdi ħajja twila, dan li ġej jista’ jgħinek. Iċċaqlaq: ħajja fejn timxi, tagħmel eżerċizzju, tħaddem il-muskoli mingħajr ma tissalvaġġja u tagħmel ħsara lill-ġogi. Li jkollok raġuni biex tgħix: ikollok skop f’ħajtek. Għalhekk il-motivazzjoni, il-passatempi, li f’ċertu sens ma tirtira qatt mix-xogħol, ilkoll jgħinu biex tgħix ħajja ta’ kwalità.
L-ikel li tiekol: naqqas mil-laħam aħmar. Jiswa lilek u lill-ambjent. Tikolx ikel ipproċessat.
Niktbu bil-Malti tajjeb. . . Kont taf li fil-Malti nittraduċu ‘laryngitis’ bħala ‘larinġite’? Meta pazjent ikun qed ibati minn infjammazzjoni tal-larinġi, ngħidu li dan ikollu ‘laryngitis’, bil-Malti ‘larinġite’.
U l-‘larinġi’ xi jkunu? F’dan il-każ m’għandhomx x’jaqsmu mal-larinġ li nieklu jew li nagħsru biex nagħmlu l-orange juice (bil-Malti: meraq tal-larinġ) iżda huma dak l-organu muskolari vojt li jifforma l-passaġġi tal-arja għallpulmun u għandu l-kordi vokali, li bl-Ingliż insejħulu wkoll ‘voice box’. Jiġifieri jekk ikollok ‘larinġite’, stenna li ser tkun maħnuq! U skont informazzjoni medika u kontra dak li jaħsbu ħafna, jekk tixrob il-meraq tal-larinġ mhux tajjeb għal-larinġite!
Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd. Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com
9
Mid-Djarju tal-Qasam Il-Qasam tagħna dejjem emmen f’diversi mezzi biex iwassal it-tagħlim. Bħalma rajna x-xahar li għadda, juża l-palk biex iwassal messaġġi tajbin għax jemmen li l-palk huwa pulptu modern ta’ żmienna. Jemmen ukoll fil-kelma stampata u matul is-snin ħareġ diversi fuljetti u pubblikazzjonijiet li jaslu fi djarna, frott ta’ ħafna xogħol u dedikazzjoni.
L-ewwel fuljett li beda joħroġ mill-Qasam tagħna, u li għadu joħroġ sal-lum, huwa dak iddedikat lill-ġuvintur – Il-Ħbieb Isejħu. L-ewwel fuljett ħareġ f’Ottubru tal-1966 u kien jikkonsisti mhux biss fi stedina għal-laqgħa tal-Ewwel Sibt imma ħafna tagħrif u aħbarijiet interessanti għaż-żgħażagħ. Ma setgħux jonqsu l-istejjer żgħar, stejjer li maż-żmien bdew jidhru fil-kotba Il-Ħbieb Isejħu bl-Isejjer, sitt kotba li jiġbru fihom 500 storja kull wieħed. Il-Ħbieb Isejħu huwa wieħed mill-ftit pubblikazzjonijiet mensili Għawdxin li ilu joħroġ għal aktar minn 50 sena. Fuljett mensini ieħor li joħroġ mill-Qasam huwa bla dubju dak li għandkom f’idejkom bħalissa – Nimxu Id F’Id. Dan il-fuljett beda l-ħajja tiegħu fi Frar tal-1979. Huwa l-fuljett tal-istudenti, li jiġbor fih mhux biss tagħrif utli għalikom l-istudenti imma anki kronaka ta’ x’ikun ġara fil-Qasam tagħna minn xahar għal ieħor.
10
Għandna wkoll newsletter immirat għall-ġenituri tat-tfal u adolexxenti li jattendu l-Qasam tagħna bl-isem Nibnu Flimkien. . . il-Karattru ta’ Wliedkom u toħroġ xi erba’ darbiet matul is-sena. L-ewwel ħarġa ta’ din in-newsletter tmur lura lejn Marzu tal-1987. Ikun fiha ħafna tagħrif tal-attivitajiet marbuta mal-klassijiet tagħna, laqgħat u attivitajiet oħra li jsiru matul is-sena. Għandna mbagħad pubblikazzjoni li titqassam fid-djar kollha tar-raħal tagħna u li ġġib l-isem ta’ Lill-Benefatturi. Din tiġbor fiha ringrazzjamenti, tagħrif dwar attivitajiet li norganizzaw għal kulħadd, tagħrif ieħor dwar x’ikun għaddej fil-qasam b’mod speċjali xi proġett li jkun għaddej fil-Qasam. Dan ilu joħroġ minn Marzu tal-1967 u x’aktarx li qablu kienet titqassam xi ittra b’tagħrif dwar il-bini li kien għaddej biex tlesta l-parti t’isfel tal-Qasam fl-1965. Ma jonqsux ukoll pubblikazzjonijiet oħra li ħarġu biex jikkommemoraw xi data importanti. Kellna tliet pubblikazzjonijiet marbuta mal-10 sena u l-25 sena mill-ftuħ tal-Museum il-ġdid u s-60 sena mill-ftuħ tal-Qasam tan-Nadur li ħabtet fl-istess sena tal-Ewwel Ċentinarju mit-twaqqif tal-Museum. Kellna żewġ pubblikazzjonijiet marbuta maċ-Ċena tas-Sinjur, dik tal-10 sena u l-25 sena. Hemm imbagħad pubblikazzjonijiet marbuta malMusicals li ttellgħu fil-qasam tagħna u l-Kunċert tal-Milied li jittella’ ta’ kull sena fil-Knisja nhar il-Milied. Bħala qasam aħna ngħożżu dan il-wirt letterarju li għandna f’idejna u nħeġġu lilkom studenti biex tagħmlu użu tajjeb mill-kelma stampata t-tajba.
Mark Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur
11
Fuljett maħruġ mill-Museum tas-Subien tan-Nadur Għal forma diġitali żur: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur