Ritratt tal-faċċata: Il-Knisja tan-Nadur fiż-żerniq meħud mill-inħawi ta’
Wied Binġemma fis-26 ta’ Frar 2020 - Martin A ttard
Għandek
Minuta?
Nimxu Id F’Id April 2020
Ħarġa Nru. 482
Ħrafa Taljana tirrakkonta l-istorja tat-tajra li tlewmu fuqha dawk li kienu relatati magħha. Qal il-qafas tat-tajra: “Allaħares ma kontx jien għax kieku t-tajra qatt ma ttir.” Iżda d-denb wieġeb: “Mhux hekk tgħid. Li ma kontx jien, it-tajra titla’ u terġa’ lura b’sabta lejn l-art. Huwa jien li nżomm il-bilanċ.” Tkellem imbagħad l-ispag li sostna li kieku ma kienx hu t-tajra tintilef fil-beraħ tas-sema u malajr tispiċċa mqattgħa x’imkien. Ir-riħ ħa għalih u qalilhom li kieku ma kienx hu t-tajra ma ttirx tant li f’jum ta’ kalma rari tara tajra. Fl-aħħar tkellem it-tifel li tant kien jieħu gost itajjar it-tajra. Dan qalilhom li ma kienx hu t-tajra ma kinitx ittir għax irid ikun hu li jġibha fil-beraħ tal-kampanja, hu li jżomm l-ispaga, hu li jikkontrollaha fir-riħ li jkun jonfoħ. L-għaref tar-raħal semagħhom jitlewmu u qallhom: “Ilkoll intom importanti għax jekk ikun hemm xi ħadd minnkom nieqes it-tajra ma ttirx sewwa.”
Bħal fil-ħajja. Ilkoll aħna importanti. Qisna skorfini f’magna jew roti f’arloġġ. Mela ejja napprezzaw lil kulħadd għax kulħadd għandu xi ħaġa x’joffri u ħadd mhu għar-rimi. Il-Mulej jagħti talenti diversi iżda ma jagħti qatt it-talenti kollha lil xi ħadd biex ħadd ma jħossu li m’għandux bżonn l-oħrajn.
1
Wirt il-Fundatur Dun Ġorġ ħallielna teżor. . . f’kitbietu
Il-Mexxej tal-Għomja - Dux Cœcorum L-agħma jeħtieġ li jkollu fiduċja f’min imexxih. Int min int, isma’ u studja. . . Sentenzi meħudin minn ktejjeb ta’ Kulħadd jagħti milli għandu: bniedem ħażin Dun Ġorġ Preca immela evitah, għax ma jistax jagħtik ħlief deni. bl-isem
Dux Cœcorum: Il-Mexxej X’inhu li għandek li ma rċevejtux b’xejn? tal-Għomja Forsi stajt inti tagħmel idejk? Allura m’għandekx raġun li titkabbar. li deher biċċa biċċa fil-Kalendarju Museumin 1953/1957
2
Qatt la tgħid li m’għandek bżonn ħadd għax aħna aħwa u għandna bżonn l-għajnuna wieħed tal-ieħor.
Prezzjuż huwa ż-żmien, u min ma jibżax għalih ma jsibux meta jfittxu.
Stejjer marbuta ma’
Giovanni Battista Montini
San Papa Pawlu VI Giovanni Battista Montini twieled fi Bressia u allura kien dejjem viċin il-belt il-kbira ta’ Milan. Għalhekk meta l-Papa Piju XII innominah Arċisqof ta’ din il-belt hu kien diġà jafha sew. Meta telaq minn Ruma biex jibda l-ħidma tiegħu bħala Arċisqof f’Milan talab lix-xufier biex jieqaf eżatt fejn tibda d-djoċesi ta’ din il-belt. Malli waslu fil-post talab lix-xufier jieqaf u wara li qal xi talb mas-segretarju tiegħu niżel mill-karozza, qagħad għarkopptejh u bies l-art li issa kienet saret tagħmel parti minn ħidmietu. U l-ewwel darba li daħal fiċ-ċentru tal-belt biex jingħata l-unur ta’ Arċisqof ta’ Milan ried li jkun riekeb karozza miftuħa. Iżda kienet qed traxxax ix-xita u ta’ madwaru tawh parir biex jinsa l-karozza miftuħa u jidħol fil-katidral fuq karozza magħluqa biex ma jixxarrabx iżda Montini weġibhom: “In-nies li hemm fit-triq qegħdin fix-xita wkoll. Ma nara xejn ħażin li jien inkun fix-xita bħalhom.”
U mgħotti b’inċirata ħafifa wasal sa quddiem il-katidral għaċ-ċapċip tan-nies li kienu marru biex jilqgħuh. Lis-segretarju tiegħu qallu: “Żgur li matul l-episkopat tiegħi għad ngħaddi minn tempesti ferm eħrex minn din.”
Giovanni Battista Montini. . . . . .kien Kardinal Arċisqof ta’ Milan li fil-21 ta’ Ġunju 1963 ġie magħżul bħala l-Papa l-ġdid u ħa l-isem ta’ Pawlu VI. Miet fis-6 t’Awwissu 1978 u ġie ddikjarat qaddis fl-14 t’Ottubru 2018.
3
. . .jikteb Dr. Coronato Grech (dan l-artiklu jkompli mill-ħarġa tax-xahar ta’ Marzu) Il-qari huwa (tal-inqas skont l-awtur) l-aħjar possibbli kif tqatta’ l-ħin liberu. U tal-inqas ukoll dejjem jekk huwa qari magħżul u serju. Bi ftit ewro kapaċi tixtri ktieb li jiftaħlek id-dinja affaxxinanti tax-xjenza u tivvjaġġa mill-iċken quark sal-ibgħad quasar, jew tidħol fid-dinja tal-arti, pittura, arkitettura, mużika u l-bqija; jew id-dinja letterarja, b’tant xogħlijet klassiċi fittizji u mhumiex. Imbagħad hemm l-istorja b’tant ċiviltajiet, popli, użanzi, twemmin u ideat differenti. Mhumiex affarijiet żgħar dawn. U kollox bejn il-qoxra ta’ ktieb u int komdu bilqiegħda! U mal-qari norbot passatemp ieħor li huwa ta’ profitt kbir, dak li tesplora dokumentarji fuq xi DVD fuq kull suġġett imma partikolarment interessanti u informattivi u viżwalment stupendi hemm dawk fuq in-natura preżentati minn David Attenborough.
(dan l-artiklu jkompli fil-ħarġa tax-xahar id-dieħel)
4
. . .jikteb Ritchie Grech Il-Ħamiema Il-ħamiema daħlet fil-ħafna liġijiet ta’ offerti li għandhom il-Lhud fosthom: “U fit-tmien jum jieħu... par bċieċen tal-ħamiem, u jmur quddiem il-Mulej, ...u jagħtihom lill-qassis. U l-qassis il-wieħed joffrih sagrifiċċju għallpurifikazzjoni, u l-ieħor sagrifiċċju tal-ħruq, u hekk il-qassis jagħmel espjazzjoni għalih quddiem il-Mulej għat-tinxija tiegħu” [Lev. 15: 14-15] u wara 40 jum għallpreżentazzjoni fit-Tempju. Issinjuri kienu joffru ħaruf u l-fqar par ħamiem. Dan juri li Ġużeppi u Marija kienu fqar għax hekk offrew “u biex joffru b'sagrifiċċju żewġ
bċieċen” [Lq. 2: 24]. Insibu lillħamiema tittajjar mit-tieqa tal-arka ta’ Noè u bil-fergħa ta’ żebbuġa f’ħalqha saret is-simbolu tal-paċi: “U l-ħamiema reġgħet lura filgħaxija b'werqa friska taż-żebbuġ f'munqarha” [Ġen. 8: 11]. Fil-magħmudija ta’ Ġesù: “U niżel l-Ispirtu s-Santu u deher fuqu fis-sura ta' ħamiema” [Lq. 3: 22]. Fit-Tempju: “U lill-bejjiegħa tal-ħamiem qalilhom: "Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju!" [Ġw. 2: 16].
Tissemma fil-patt ma’ Abraham [Ġen. 15: 9] u meta waqa’ ġuħ kbir fis-Samarija saret tiswa ħafna flus “u r-raba' waħda ta' kâb ħmieġ tal-ħamiem ħames xwiekel tal-fidda” [2 Slat. 6: 25]. Kienet ukoll simbolu tal-imħabba: “Ħamiema tiegħi ġewwa x-xquq tal-blat” [Għan. 2: 14], simbolu tat-tbatija: “bħal ħamiema nokrob” [Is. 38: 14] u simbolu tal-bluha: “Efrajm sar qisu ħamiema, belha u bla għaqal” [Hos. 7: 11].
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima. Chris Bonnett ħoloq idea ġdida għall-ħwienet tal-kafè bħal dak li għandu hu f’Belfast fl-Irlanda ta’ fuq. Min imur jieħu kafè għandu ma jħallas xejn iżda fuq il-counter hemm kaxxa li hu sejjaħ “kaxxa tal-onestà” u l-parruċċani tiegħu huma mitluba li jitfgħu xi ħaġa fiha skont kemm jaħsbu li ħaqqu s-servizz li jagħtihom. Qal li r-rota qed iddur sewwa għax qed jaqlagħha tajjeb. Nisimgħu ħafna dwar serq u qerq iżda fadal ħafna li huma onesti fid-dinja tagħna.
F’Ġunju 2013 mietet fi Spanja soru li kellha 105 snin. Kienet meqjusa l-ixjeħ soru tad-dinja. Għexet fil-kunvent għal iktar minn 86 sena. Sister Buenafuente del Sistal. Fl-aħħar intervista li kellha qalet li meta tħares lura tara ħajja mimlija sodisfazzjon qaddis minkejja li bħal kull persuna oħra kellha żminijiet ta’ ferħ u żminijiet ta’ xi niket, żminijiet ta’ saħħa u oħrajn ta’ mard. Iżda f’qalbha kellha dejjem paċi u sliem għax dawn ma jinkisbux bil-flus u s-suċċessi iżda jagħtihom il-Mulej lil dawk li jfittxuh.
6
Mick Jagger – illum Sir – famuż mad-dinja għax ħoloq il-grupp Rolling Stones u għal iktar minn 40 sena kellu suċċess wara ieħor, stqarr li aktarx li fil-ħajja kien ikun iktar kuntent kieku kellu jiddedika għomru għat-tagħlim. Qal: “Kieku sirt għalliem naħseb li kont inkun iktar feliċi.” Mur ifhimha d-dinja. Tant suċċessi u ħallewh jixxennaq għal xi ħaġa oħra. Mijiet ta’ snin ilu qaddis għaref jismu Wistin kien stqarr: “Mulej int ħlaqtna għalik u qalbna ma tistrieħx qabel ma tistrieħ fik.”
L-ewwel nies li inzertaw iħarsu lejn il-bajja ta’ Charmouth l-Ingilterra f’Lulju 2013, ħadu l-qatgħa ta’ ħajjithom meta fuq ir-ramel raw skeletru kbir li huma ħasbuh kien xi dinosawru li kien twassal bil-mewġ li kien għamel fil-jiem ta’ qabel. Resqu lejh b’ċertu biża’ u ċemplu mill-ewwel l-emergenza. Imma fil-fatt l-iskeletru kien tal-plastik u kien tpoġġa hemm minn kumpanija tal-films li kienet ser tiġbed xi xeni għal film Game of Thrones.
7
Biex Tbiddel il-Momentum Momentum ta' oġġett hu kemm jiżen multiplikat b'kemm hu miexi. (Momentum = massa tal-oġġett x veloċità tal-oġġett). Mela oġġett wieqaf m'għandu xejn momentum. Jekk timbotta jew tiġbed oġġett, tbiddillu l-momentum. Mhux hekk? Għax jew iżżidlu jew tnaqqaslu b'kemm hu miexi. Jekk ikun wieqaf jibda miexi. Jekk miexi taf tgħinu jew ittellfu jew tbiddillu d-direzzjoni.
8
Issa jekk ikollok oġġett fraġli, jekk tħabbtu ma’ xi mkien hemm ċans kbir jinkiser. Għax xħin jaħbat jinbidillu l-momentum għax jieqaf. U biex jieqaf xi ħadd iridu jimbuttah u dik l-imbuttatura tkisser lill-oġġett. Imma hemm mod kif tħabbat lill-oġġett jew twaqqgħu mingħajr ma tkissru. Dan tagħmlu billi żżidlu l-ħin biex l-oġġett jieqaf. Mela jekk twaqqa' tazza u tkun imdawra f'xi ħaġa ratba, iktar hemm ċans li ssalvaha. U jekk wiċċek jaħbat mal-airbag minfuħa meta taħbat karozza, inqas hemm ċans li tweġġa'. U meta taqbeż u tiġi ġol-baħar ma tweġġax għax iddum biex tieqaf imma jekk tiġi fuq il-blat hemm ċans kbir li ssofri xi ksur.
Niktbu bil-Malti tajjeb. . . Kont taf li l-kelma inequity tiġi tradotta bħala nuqqas ta’ ġustizzja fil-Malti? Iżda xi tfisser verament u meta għandek tużaha? U għandha xi tifsira differenti minn inugwaljanza? Inequity tista’ tiġi mfissra bħala inġustizzja jew nuqqas ta’ imparzjalità. Wieħed jista’ wkoll jittraduċiha fil-Malti bħala nuqqas ta’ ħaqq, inġustizzja jew inekwità, u ġeneralment tfisser li jkun hemm nuqqas ta’ imparzjalità, ekwità jew ġustizzja. F’kuntest legali, nużaw il-kelma inekwità jekk inkunu rridu nirreferu għal sitwazzjoni fejn ma tkunx seħħet ġustizzja. Pereżempju, nistgħu nużaw inekwità biex niddeskrivu sentenza inġusta li tkun ingħatat mill-Qorti, jew meta din tal-aħħar tagħti piena inġusta. Noqogħdu attenti li ma nfixklux il-kelma inequity ma’ inequality! Filwaqt li inekwità (inequity) normalment tintuża biex nissuġġerixxu li qed isseħħ inġustizzja jew li hemm nuqqas ta’ imparzjalità, inugwaljanza (inequality) normalment timplika li hemm nuqqas ta’ ugwaljanza jew xi tip ta’ disparità jew żbilanċ. Ejja nieħdu bħala eżempju dik li nsejħulha gender inequality - din nużawha biex nirreferu għan-nuqqas ta’ ugwaljanza ekonomika u soċjali bejn l-irġiel u n-nisa. Ta’ min jinnota li fejn ikun hemm każ ta’ inugwaljanza, ħafna drabi nsibu li din twassal għal sitwazzjoni fejn ikun hemm inekwità jew inġustizzja. Għalkemm id-distinzjoni bejn iż-żewġ kelmiet taf ma tkunx daqshekk ċara u ta’ spiss dawn jintużaw waħda b’oħra, xorta għandna nagħmlu distinzjoni ċara bejniethom. U x’inhi l-kelma għal inequality fil-Malti? Fil-Malti, nużaw il-kliem inugwaljanza jew nuqqas ta’ ugwaljanza biex infissru inequality.
Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd. Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com
9
Mid-Djarju tal-Qasam Il-Passiġġati Żgur li ħadd minna ma kien se jbassar x’kellu merfugħ Marzu għalina. Bdejna x-xahar bil-passiġġata tal-Ħadd, mixja li ħaditna ’l ġewwa mill-inħawi ta’ Santu Pietru fix-xaqliba tal-Għarb, mixja li jkolli nistqarr li qatt ma kont għamiltha qabel. Stajna ngawdu s-sabiħ tal-kampanja Għawdxija u ma kienx jonqos li nilagħbu xi logħba noli wkoll. Wara waqafna r-Rabat biex nieħdu xi ħaġa tajba flimkien.
L-Ewwel Qrara Il-Ħamis 5 ta’ Marzu kellna l-Ewwel Qrara għat-tfal tat-tielet sena li din is-sena, jekk Alla jrid, ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina f’Ġunju ta’ din is-sena.
10
Fil-bidu ta’ din iċ-ċelebrazzjoni sabiħa kellna mument ta’ talb flimkien fil-Knisja u wara t-tfal ħadu ssagrament tal-qrar għallewwel darba. Imbagħad wara sar festin għat-tfal fil-Qasam tal-Bniet.
Waqfa bla mistennija Tkompla wkoll ix-xogħol marbut maċ-Ċena tas-Sinjur kif ukoll mal-Play tal-Għid bl-isem Ir-Rigal tan-Nannu, tħejjijiet li kellhom jieqfu ħesrem nhar il-Ħamis 12 ta’ Marzu, meta l-Oqsma tagħna kollha kellhom jagħlqu l-bibien tagħhom biex jobdu wkoll id-direttivi tal-Ministeru tas-Saħħa kontra l-imxija tal-Covid-19.
Nitolbu lill-Mulej biex dan iż-żmien diffiċli ma jdumx ma jgħaddi minn fuqna b’fiduċja li fil-futur mhux imbiegħed, il-Qasam tagħna jkun jista’ jerġa’ jiftaħ il-bibien tiegħu beraħ u nerġgħu għall-ħajja sabiħa ta’ qabel. Żgur li meta negħlbu din l-esperjenza diffiċli se napprezzaw iktar dawk l-affarijiet li qabel forsi konna neħduhom ‘for granted’, bħall-iskola, il-logħob, it-tagħlim fil-Museum u fuq kollox il-ħbiberiji ta’ bejnietna.
Mark 11