Skip to main content

NIMXU ID F'ID - Ġunju 2020

Page 1

Ritratt tal-faċċata: Il-Bajjiet ta’ San Filep u ta’ Daħlet Qorrot Jingħad li

fl-imgħoddi l-irġiel biss kienu jgħumu f’Daħlet Qorrot waqt li f’San Filep kienu jgħumu n-nisa. Ritratt meħud fit-22 ta’ Mejju 2020 - Martin A ttard


Għandek

Minuta?

Nimxu Id F’Id Ġunju 2020

Ħarġa Nru. 484

Kienet ġurnata mill-isbaħ wara jiem ta’ xita u maltemp u Tom, raġel agħma, intasab bħas-soltu fuq il-bankina fi triq imfixxija ħafna mix-xerrejja fi New York. Ħdejh kellu tabella bil-kliem: “Jien agħma.” Mijiet kienu jgħaddu jħokku miegħu iżda tgħoddhom fuq is-swaba’ ta’ id waħda dawk li kienu jieqfu u jpoġġu xi ftit ċenteżmi fil-kaxxa li l-agħma kien iżomm ħdejn idejh. Min jagħmel ta’ bir-ruħu li ma rahx, min jgħid lilu nnifsu li hu mgħaġġel, min iġib l-iskuża li ma għandux flus żgħar u min jippretendi li għandu jkun l-istat li jgħin nies bħal dawn. U sadanittant, Tom kien jibqa’ hemm il-jum kollu biex forsi jkollu biex jitrejjaq u jħallas il-kera. Iżda xebba li inzertat għaddejja minn hemm waqfet ħdejh u qaltlu: “Ippermettili nżid xi ħaġa mal-kliem li għandek fuq it-tabella. Illejla ngħaddi u nerġa’ nieqaf inkellmek.” Tom aċċetta bil-qalb għad li ma kellux idea x’kienet żiedet. Għal mument ħaseb li setgħet forsi kitbet xi ħaġa li kienet tirredikolah. Iżda wara ftit minuti ntebaħ li l-muniti fil-kaxxa ta’ quddiemu kienu neżlin b’iktar frekwenza. Kien ġabar ħafna iktar minn ġranet oħra. Stenna b’anzjetà lill-benefattriċi misterjuża ħalli jirringrazzjaha u jistaqsiha x’kienet żiedet. It-tfajla żammet kelmitha u ħadet gost immens meta wara li raddilha ħajr qallha li kien daħħal ferm iżjed mis-soltu. U staqsieha: “Xi ktibtli, mela, fuq it-tabella?” Żidtlek ftit kliem biex it-tabella issa taqra hekk: “Illum jum mill-isbaħ imma jien agħma.” In-nies setgħu jifhmu iktar it-tbatija tar-raġel agħma u għenuh ferm iktar bil-qalb biex ikun jista’ jgħix ħajtu minkejja l-iżvantaġġ fiżiku li kellu. Il-kliem miżjud kien biddel l-attitudni ta’ dawk li qabel kienu ġabu mitt skuża biex ma jiqfux jagħtuh xi ħaġa. Tiskanta x’differenza tagħmel kelma fl-imġiba tagħna mal-oħrajn.

1


Wirt il-Fundatur Dun Ġorġ ħallielna teżor. . . f’kitbietu

Il-Mexxej tal-Għomja - Dux Cœcorum L-agħma jeħtieġ li jkollu fiduċja f’min imexxih. Int min int, isma’ u studja. . . Sentenzi meħudin minn ktejjeb ta’  Dun Ġorġ Preca bl-isem

Pass serju qatt tagħmlu mingħajr parir.

Dux Cœcorum:  Il-veri ħbieb jaqsmu flimkien il-ferħ u Il-Mexxej l-biki, il-għana u l-faqar. tal-Għomja li deher biċċa biċċa fil-Kalendarju Museumin 1953/1957

2

Raġel għani miet, u mingħajr ma ried ħalla ġidu għal ħaddieħor, u dan tal-aħħar feraħ flok ma beka għall-mewt tiegħu: din hija verità għal kulħadd. 

La taħdimx biex tistagħna, għax il-feliċità tal-ħajja qiegħda fil-moderazzjoni. Ġunju


Stejjer marbuta ma’

Giovanni Battista Montini

San Papa Pawlu VI Forsi għax hu ma tantx kien ta natural b’saħħtu li Montini kellu mħabba kbira lejn il-morda. Tant li għamilha drawwa qaddisa li kull nhar ta’ Ġimgħa, meta ħidmietu kienet tippermetti, kien iħalli siegħa biex iżur xi sptar f’Milan.

Il-morda kienu jieħdu pjaċir jaraw l-Arċisqof ta’ belthom qrib tagħhom f’dawk il-mumenti diffiċli. Tant li meta laħaq Papa xi ħadd minnhom qal: “Issa ma iktar iżurna.”

jiġix

Għalihom din iż-żjara kienet tfisser kuraġġ ġdid u aċċettazzjoni b’sabar Nisrani taċ-ċirkostanzi iebsa ta’ ħajjithom.

Giovanni Battista Montini. . . . . .kien Kardinal Arċisqof ta’ Milan li fil-21 ta’ Ġunju 1963 ġie magħżul bħala l-Papa l-ġdid u ħa l-isem ta’ Pawlu VI. Miet fis-6 t’Awwissu 1978 u ġie ddikjarat qaddis fl-14 t’Ottubru 2018.

Ġunju

3


. . .jikteb Dr. Coronato Grech Hemm ħafna mistoqsijiet li t-tfal (jew adulti studjużi) jistaqsu, mistoqsijiet li donnhom jidhru żejda għax t-tweġiba hija apparentament ovvja. Imma fost dawn il-mistoqsijiet, suppost żejda u bla interess, insibu xi wħud li t-tweġiba għalihom, b’sorpriża, mhux talli mhix ovvja u ta’ ebda interess, imma li tinvolvi ħsibijiet, riċerki u skoperti profondi li jiftħu tieqa kif jaħdem l-univers. U magħhom jerġgħu jġibu mistoqsijiet oħra daqstant affaxxinanti.

Fost dawn il-mistoqsjijiet insibu: Għaliex il-qamar hu tond? Għaliex mhux kwadru jew triangolari? Għal tweġiba sħiħa ta’ din il-mistoqsija kellu jkun moħħ ta’ ġenju bħal Isaac Newton (1643-1727) li sab tweġiba u fetaħ ruxxmata ta’ mistoqsijiet oħra għal ta’ warajh. Newton sab li kull biċċa materja tiġbed biċċa materja oħra, il-forza tal-gravità. Skopra l-liġijiet matematiċi u preċiżi kif taħdem din il-forza, liġijiet li, sa fejn nafu, qatt ma jitbiddlu mal-univers kollu. Issa l-qamar għandu materja biżżejjed (jiġifieri huwa kbir biżżejjed) biex il-forza tal-gravità fiċ-ċentru tiġbed il-materja kollha lejha, jiġifieri għaċ-ċentru, bir-riżultat li l-għamla tispiċċa sferikali, tonda, l-iktar għamla stabbli. Inċidentalment, din hija wkoll r-raġuni għaliex il-pjaneti u l-kwiekeb huma sferikali, waqt li oġġetti inqas kbar, bħal asterojdi, huma irregulari. U minn studji oħra tal-gravità llum nafu ħafna iktar fuq l-istruttura tal-univers, pereżempju l-orbiti tal-pjaneti, l-għamla tal-galassiji, l-espansjoni tal-univers u l-bqija.

4

Ġunju


. . .jikteb Ritchie Grech Il-Pagun Il-pagun hu tajra kbira u sabiħa li oriġina mill-Indja u l-Asja. Hu magħruf għall-imrewħa ta’ denbu li meta jiftaħha jkun verament sabiħ. Il-pagun jgħix għal ħafna snin u daħal ukoll fil-qwiel bħal: il-pagun jiftaħar b’rixu! Il-pagun hu tajra eżotika u b’rix rikk ħafna fil-kuluri. Ma kienx jinstab il-Palestina imma jissemma wkoll fil-Bibbja b’rabta mar-rejiet. Fil-fatt hu marbut mar-re għaref u għani Salamun. Dan ir-re hu magħruf għan-negozju kbir li kien jagħmel ma’ pajjiżi oħra: “Għax is-sultan kellu ġfien ta' Tarsis fuq il-baħar mal-iġfien ta' Ħiram; darba kull tliet snin dawn l-iġfien ta' Tarsis kienu jmorru u jġibu deheb u fidda, avorju u Ġunju

xadini, u paguni” [1 Slat. 10: 22]. L-istess ġrajja nsibuha fit-tieni ktieb tal-Kronaki [Ara 2 Kron. 9:21].

Salamun kien maħbub ħafna minn niesu għax bnielhom l-ewwel tempju li kien meravilja. Imma

kellu ħafna nisa li ma kinux jemmnu fl-istess Alla tiegħu u għalhekk qalbu tbiegħdet minn Alla.

5


Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.

Tagħrif dwar it-tigri li jista’ jinteressak. . . 

Għalkemm l-iljun hu meqjus bħala r-re tal-foresta, it-tigra hi ikbar minnu u tiżen iktar ukoll. 

Jekk tħares ċass f’għajnejn it-tigra rari tattakkak għax it-tigra tħobb tattakka bla ma l-vittma tintebaħ bl-attakk. Forsi għalhekk l-Indjani li jkunu fil-foresta jilbsu maskra b’għajnejn foloz u jpoġġuha n-naħa ta’ wara ta’ rashom biex b’hekk it-tigra taħseb li jkunu diġà rawha u għalhekk ma tattakkahomx. 

Fl-ewwel ġimgħa tagħha, tigra tat-twelid tkun għamja għal kollox. Bħal ma jkun ferħ ta’ qattusa.

It-tigri għandhom dabra tonda fuq in-naħa ta’ wara ta’ widnejhom.

Ilsien it-tigra fih l-antiseptiku u għalhekk taraha tilgħaq lill-frieħ tagħha jew lilha nfisha meta jkun hemm xi ferita. In-natura għallmitha li hekk tkun qed tikkuraha biex tfejjaqha.

6

Ġunju


It-tigra tħobb tagħmel il-kaċċa u tgħix weħidha. Mhux bħall-iljuni li ssibhom f’numru mdaqqas jgħixu viċin xulxin. It-tigra għalhekk meqjusa bħala annimal solitarju.

It-tigri ġieli jispiċċaw qrib xulxin jiġru wara l-istess priża. Iżda rari jkun hemm ġlied bejniethom waqt l-ikel tal-istess priża. Qisu kulħadd jistenna meta jmissu jitrejjaq. U dlonk iwarrab biex jitrejjaq ta’ warajhom. L-iljun jiġġieled biex il-priża tibqa’ kollha tiegħu. U jkun biss meta jkun xeba’ u mar jistrieħ li xi ljun ieħor jazzarda jersaq qrib fejn ikun hemm il-priża.

It-tigra ma tħobbx tattakka lill-bniedem ħlief meta tkun bil-ġuħ ħafna jew meta l-bniedem jersaq lejn it-territorju tagħha. L-iktar jekk f’dan it-territorju jkollha l-frieħ.

It-tigra tħobb ħafna l-ilma u tqatta’ ħin tgħum mhux biss biex taqbad xi ħuta iżda wkoll għax għawma togħġobha.

Ħafna razez tat-tigri llum spiċċaw meqruda mill-bniedem l-iktar minħabba l-libsa sabiħa li jġorru. Fil-fatt fl-aħħar 80 sena ġew estinti tliet razez ta’ tigri mid-disgħa li konna nafu bihom. Jekk din il-qerda ma tiġix imrażżna l-bniedem ta’ tmiem is-seklu 21 ma jkunx jista’ jara tigri ħlief forsi f’xi zoo. Ġunju

7


Pandemiji ta’ Influwenza Virus jevolvi b’mod mgħaġġel billi jsiru tibdiliet fil-genes. Dan it-tibdil fil-virus isir iktar ħafif għax dawn jgħixu ġol-annimali u l-għasafar. U xħin annimal ikollu iktar minn tip ta’ virus wieħed, dawn jagħtu l-genes lil xulxin u hekk jinħolqu razez ġodda ta’ virus. U l-bniedem ma jkunx ippreparat għalih u għalhekk tfaqqa’ pandemija. L-influwenza magħrufa bħala dik Spanjola kienet ikkawżata mill-Influwenza A H1N1. Bdiet Kansas fl-Amerika u nġabet l-Ewropa minn suldati Amerikani. Mietu 50 sa 100 miljun ruħ. Il-pandemija tal-1957 ġiet ikkawżata mill-Influwenza A

8

H2N2. Bdiet fl-Asja u qatlet xi żewġ miljuni. Fl-1968, daħal fix-xena H3N2 subtip tal-Influwenza A u din kienet it-tielet pandemija tas-seklu 20. Qatlet xi 4 miljun ruħ. Fl-1997, tip ta’ influwenza tal-għasafar (bird flu) faqqgħet f’Hong Kong qalb it-tiġieġ u l-bqija u marrdet u qatlet xi nies ukoll. Dan kien il-virus H5N1 li reġa’ tfaċċa qalb it-tiġieġ fl-Asja tax-Xlokk fix-xitwa tal-2003-04 marrdet u qatlet xi nies. Għadha titfaċċa fl-għasafar slavaġ, tiġieġ u nies. Fl-2009, kien hemm imxija ta’ influwenza H1N1 ta’ razza differenti (strain differenti). Għall-bidu sejħulha swine flu (tal-ħnieżer) għax ħasbu li ġiet minnhom. Imma sabu li kellha materjal ġenetiku (genes) minn viruses tal-influwenza li jattakkaw lill-bniedem, lill-għasafar u tnejn li jattakkaw il-ħnieżer. Bdiet fil-Messiku u daħlet fl-Istati Uniti. Għalkemm ma kienx joqtol daqs il-pandemija tal-1918-19, imma l-virus kien jixtered malajr. Kienet l-ewwel pandemija tal-influwenza tas-seklu 21. Ġunju


Niktbu bil-Malti tajjeb. . . X’ngħidu: qalziet wiesgħa jew qalziet wiesa’? Liema hija t-tajba? Għalfejn xi drabi niktbu wiesa’ (eż. qalziet wiesa’) iżda drabi oħra niltaqgħu magħha miktuba bħala wiesgħa (eż. qmis wiesgħa)? X’inhi d-differenza bejniethom? Il-forom tal-partiċipju maskil jispiċċaw bil-konsonanti, u f’dan il-każ l-‘għ’ tiġi rrappreżentata bl-apostrofu (wiesa’). Fi kliem aktar sempliċi, meta tkun qed tirreferi għal nom fil-maskil allura tikteb wiesa’. Mill-banda l-oħra, il-forom tal-partiċipju femminil jispiċċaw b’vokali. Mela meta jkollok nomi fil-femminil, għandek tikteb wiesgħa. Tista’ timxi fuq il-mudelli ta’ nieżel/nieżla jew kiesaħ/kiesħa biex tiftakar. Kif tista’ tara hawn isfel, meta l-kelma tispiċċa b’konsonanti (nieżel/kiesaħ), trid tuża l-apostrofu (tiela’/imbeżża’/imtella’). Meta tispiċċa b’vokali, trid tuża l-għ (tielgħa/imbeżżgħa/imtellgħa). it-tifel nieżel

it-tifla nieżla it-tifel kiesaħ it-tifla kiesħa it-tifel nieżel it-tifla nieżla it-tifel kiesaħ

it-tifla kiesħa

➡ ➡ ➡ ➡ ➡ ➡ ➡ ➡

it-tifel tiela’

it-tifla tielgħa it-tifel imbeżża’ it-tifla mbeżżgħa il-qalziet imtella’ il-komma mtellgħa il-ħajt wiesa’

it-triq wiesgħa

Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd. Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com Ġunju

9


Mid-Djarju tal-Qasam Dan ix-xahar ħsibna li nqallbu ftit id-Djarju tal-Qasam tagħna u naraw ftit liema kienu dawk id-dati li, kif inħobbu ngħidu, huma mniżżla b’ittri tad-deheb fl-istorja tal-Qasam tagħna. Nibdew bis-sena 1947 meta uffiċjalment bdiet il-ħidma tal-Qasam tas-Subien ġewwa n-Nadur. Nafu li l-ħidma Museumina għas-subien fin-Nadur bdiet qabel, wara tmiem it-tieni gwerra dinjija. Lis-Superjur Emanuel Bianco, żagħżugħ Ħamruniż, minħabba l-gwerra, bagħtuh jaħdem fl-isptar t’Għawdex. U dan beda jaħdem biex inissel f’Għawdex is-sezzjoni maskili tas-Soċjetà Museumina għax dik femminili kienet ilha li bdiet. Fetaħ l-oqsma tar-Rabat, tax-Xewkija u dak tal-Qala. U bejn is-sena 1945 u 1946 beda jistinka biex jiftaħ dak tan-Nadur. L-ewwel superjur għall-qasam tan-Nadur kien Salvu Buttigieg mill-Qala. Mill-1947 sal-1965 il-qasam tas-subien bidel tlitt idjar. L-ewwel qasam kien fi Triq Ljun XIII li dakinhar kienet magħrufa bħala Sqaq il-Mitħna, fejn id-dar għadha hemm sal-lum. Imbagħad il-membri u t-tfal kellhom imorru f’dar oħra fi Triq Ċimċem u snin wara sabu l-kenn f’dar antika ħafna fi Triq Diċembru 13. Kien hawn meta, fuq parir tas-soċju Manwel Sultana, il-Qasam kiseb biċċa art tal-Knisja fejn kellu mbagħad jinbena l-qasam li għandna llum.

10

Ġunju


8 t’Awwissu 1965 – jinfetaħ il-Qasam il-ġdid mis-Superjur Ġenerali ta’ dak iż-żmien, Ewġenju Borg. Infetaħ l-ewwel sular li lanqas kien għadu lest minn kollox, imma issa l-qasam kellu numru ta’ klassijiet fejn seta’ jsir it-tagħlim fil-kumdità. Il-bini tal-qasam baqa’ jitkompla minn żmien għal ieħor. Sal-1967 tlesta l-ewwel sular u fl-1971 kellna l-grawnd. Ftit żmien wara nbena t-tieni sular li tlesta fl-1973 u fl-1978 tlestiet il-gamesroom. Fl-1983 inbeda l-proġett tal-faċċata tal-Qasam fuq disinn tal-perit Naduri Karmenu Borg. F’dan il-proġett inbena uffiċċju, waiting room għall-ġenituri u l-kappella/sala li sal-1986 kienu lesti. Kif wieħed jista’ jara, l-qasam tagħna ma nbeniex kollu f’daqqa imma ftit ftit u dejjem bl-għajnuna ta’ bosta benefatturi li għenu kif setgħu biex għandna qasam attrezzat kif inhu llum. Mhux ta’ xejn li l-Museum tagħna nqisuh bħala monument tal-ġenerożità tan-Nadurin. Huwa għalhekk li ta’ kull sena f’Awwissu nagħmlu dik li tissejjaħ il-Ġimgħa Museumina, għaliex kull darba li tlesta xi proġett, dejjem ġie mbierek u inawgurat fl-ewwel jiem tax-xahar t’Awwissu, b’tifkira wkoll ta’ meta nfetaħ għall-ewwel darba l-Qasam il-ġdid fl-1965. Għalhekk bla dubju d-data tat-8 t’Awwissu tibqa’ mniżżla fl-istorja tal-Qasam b’ittri tad-deheb.

Mark Issa tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur

Ġunju

11


Fuljett maħruġ mill-Museum tas-Subien tan-Nadur Għal forma diġitali żur: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
NIMXU ID F'ID - Ġunju 2020 by Michael Debono - Issuu