Triq it-Tiġrija, Nadur. Tel. 21552161
KITCHENWARE I FURNITURE
www.divine.com.mt Email: info@divine.com.mt Tel: (+356) 2155 0437 VAT No. 1522 6634 Mġarr Road, Xewkija, XWK 9014
L-GĦAJN TAL-ĦASSELIN fi Triq tal-Għajn (il-Fontana) kienet ġiet mibnija fis-seklu sbatax fi Żmien il-Kavallieri, madwar nixxiegħa naturali. Minbarra li kienet isservi bħala sors ta' ilma ġieri, kienet ukoll post pubbliku fejn kienu jmorru n-nisa tad-dar biex jagħmlu l-ħasla tal-ħwejjeġ. L-istruttura tikkonsisti f'arkati prominenti talġebel, soqfa bix-xorok u ħwat tal-ġebel għall-ħasil. Illum il-ġurnata għad hemm min imur jimla l-ilma minn din l-għajn.
Ritratt tal-faċċata:
Ritratt meħud fit-23 ta' Novembru 2025 – Martin Attard
L-Iben t’Alla sar bniedem
Nimxu Id F’Id
Diċembru 2025
Ħarġa numru 550
Jane riedet tagħmel festa kbira fl-okkażjoni tal-ewwel birthday taċ-ċkejken Philip li kien jagħlaq sninu xi ġimgħa qabel il-Milied. Marret f’lukanda msemmija u talbet lis-sid jħejjilha mkien fejn hi u sħabha, għaxra b’kollox, kienu ser jiltaqgħu biex ifakkru dan lavveniment. Jane għażlet l-iktar ħbieb ta’ ġewwa. U sabu ambejnt verament li jilqgħek. Kullimkien tiżjin tal-Milied. Dwal u kuluri fejn l-għajnejn jistrieħu u jogħxew bil-ġmiel li kapaċi joħloq min ikollu ideat sbieħ u artistiċi. U biex iktar ikun hemm xeni ta’ ferħ u festa, is-sid ġabilhom ukoll xi kantanti li bdew iferrħu lill-mistiedna b’kant melodjuż. Fil-lukanda inżertat kien hemm ħabiba antika ta’ Jane. Din ġiet mistiedna tingħaqad magħhom. Stedina li aċċettat u meta saret taf irraġuni wara dan il-festin pronta staqsiet: “U fejn hi t-tarbija ħa naraha. Iċ-ċkejken lil min jixbah, lil mummy jew lid-daddy?”
Imma Jane ddiżappuntatha għax qaltilha: “Il-baby ħallejtu mal-mummy. Bżajt li jibda jibki u jtellifna kollox.” Kemm dehru taċ-ċajt. Party f’ġieħ it-tarbija u ttarbija ma tidher imkien. Eżatt kif qed tipprova tagħmel id-dinja tal-lum. Tiffesteġġja l-Milied u twarrab lit-tarbija Ġesù. Jalla aħna nibqgħu ngħożżu lil din it-Tarbija fil-festa ddedikata lilha. 1
Wirt il-Fundatur Dun Ġorġ ħallielna teżor ... f’kitbietu X’jaf min ma ġarrabx? Wieħed jitgħallem minn dak li ġarrab x’inhu ta’ ġid biex jgħożżu u jipprattikah, u x’inhu ta’ deni biex jevitah.
X’tgħallimt kemm ilek fid-dinja?
Tgħallimt li ħadd ma jsir ħażin f’daqqa. Tgħallimt li ħadd ma jista’ jagħti minn dak li m’għandux. Tgħallimt li riħ ta’ siegħa jnaddaf qiegħa. Tgħallimt li nibża’ mir-rispett uman. (Tistħi tagħmel it-tajjeb jew tgħid is-sewwa għax tibża millbnedmin.)
Dawn is-sentenzi huma meħudin mill-kitba qasira bl-isem Il-Majjistra
Esperjenza li Dun Ġorġ qassam lill-membri tal-Għaqda tiegħu fl-1956 permezz ta’ fuljetti b’erba’ paġni li kien iħobb isejħilhom il-‘four pages’. Din il-kitba ġiet stampata għall-pubbliku fl-2005. 2
Nimxu Id F’Id - Diċembru 2025
Dizzjunarju Bibliku
Tagħrif qasir dwar personaġġi bibliċi
Luqa Twieled f’Antijokja minn familja pagana u aktarx li sema’ dwar Ġesù fl-ewwel żminijiet tal-knisja u tgħammed madwar is-sena 40 WK. Kien studjuż kif tixhed kitbietu u tabib kif juru r-referenzi eżatti fejn jidħol il-mard. Ingħaqad ma’ Pawlu u ħadem miegħu bosta snin. Tana 2 kotba importanti ferm fil-Bibbja... il-Vanġelu u l-Atti tal-Appostli. Imsejjaħ l-Evanġelista tal-Madonna għax kien hu l-iktar li tana tagħrif dwar il-ħajja bikrija ta’ Ġesù. Jissejjaħ ukoll l-Evanġelista tal-ħniena t’Alla għax hu biss jirrakkonta l-parabboli sbieħ tas-Samaritan it-Tajjeb u tal-Iben il-Ħali. U hu biss ukoll jirrakkonta l-miraklu tal-qawmien mill-mewt ta’ bin larmla ta’ Najm. Għamlu għax imqanqal mill-ħniena lejn dik l-armla li ma kellhiex għajr dak l-iben. Baqa’ ma’ Pawlu sal-aħħar tant li l-Appostlu tal-ġnus jgħidilna li meta kien priġunier f’Ruma: “Luqa biss baqa’ miegħi.” Għalina l-Maltin Luqa għandu niċċa speċjali ta’ ġieħ għax kien hu li poġġiena fuq il-mappa biblika meta rrakkonta n-nawfraġju ta’ Pawlu fuq gżiritna. U ma’ Pawlu għex għal tliet xħur fost missirijietna. (L-Atti tal-Appostli jagħtuna ħjiel dwar ħidmietu l-iktar f’dawk l-okkażjonijiet fejn jirrakkonta l-ġrajjiet u jgħid ‘aħna’... jiġifieri Pawlu u Luqa.)
Nimxu Id F’Id - Diċembru 2025
3
Mill-pinna ta’ Dr Coronato Grech L-Illużjonijiet ta’ kuljum Materja vojta (... ikompli mill-ħarġa ta’ Novembru)
Id-dinja ta’ madwarna tidher tant familjari u solida. Imma anke din hija illużjoni. L-istorja tibda minn xi ħassieba mill-Greċja Antika. Dawn spekulaw jekk xi ħaġa materjali tistax tibqa’ taqsamha infinitament, jew tasal għal xi partiċella li ma tistax tinqasam iktar. Din huma sejħulha ‘atom’, li bil-Grieg tfisser ‘indiviżibbli’. U allura, skont dawn, kollox, inkluż lallat, huwa magħmul minn atomi u spazju. Imma sal-bidu tas-seklu għoxrin dawn l-atomi kienu biss spekulazzjoni. Imma mbagħad minn sensiela ta’ ħafna esperimenti minn ħafna xjenzati ħarġet l-istampa ta’ dawn l-atomi u anke deskrizzjonijiet dettaljati, b’ħafna matematika diffiċli. U bit-teknoloġija tal-lum sa anke naraw, daqsxejn indirettament u mċajpra, xi wħud minn dawn liżgħar partiċelli. (... ikompli fil-ħarġa ta’ Jannar) 4
Nimxu Id F’Id - Diċembru 2025
... jikteb Ritchie Grech
In-Nagħniegħ In-nagħniegħ, bl-Ingliż mint, huwa wieħed mill-ħwawar li jintuża ħafna mal-ikel anke f’pajjiżna. Kienu jħobbu jużawh ħafna malħaruf. Il-fatt li fi żmien Ġesù kien wieħed mit-tliet speċi ta’ ħwawar li kienu jħallsu d-dieċmi fuqhom flimkien mal-kemmun u l-bużbież turi li kien użat ħafna. Din kienet kontribuzzjoni ta’ wieħed minn għaxra talprodotti msemmija u fuq il-ħwawar l-oħra li kienu jitkabbru fil-ġonna tagħhom. Ġesù kellu kliem iebes lill-Farisin u l-Kittieba li kienu jħallsu din it-taxxa żgħira mbagħad preċetti oħra importanti jaqbżuhom: “imma ħażin għalikom intom il-Fariżej! Intom tħallsu d-dieċmi fuq in-nagħniegħ u lfejġel u fuq kull xorta ta’ ħxejjex, u mbagħad għal dik li hi ġustizzja u mħabba ta’ Alla tħallu kollox għaddej. Dawn kien imisskom tħarsu, mingħajr ma tħallu l-oħrajn barra” (Lq 11,42). F’San Mattew insibu ‘bużbież’ flok ‘fejġel’ (Mt 23,23). In-nagħniegħ kien jintuża wkoll bħala te, mediċina u jferrxuh mal-art fis-sinagogi biex ifewwaħ il-post. Jinstab jikber anke fis-selvaġġ u ġieli jkun invażiv fuq xtieli oħra. Hu jinfirex permezz ta’ riżomi rqaq taħt il-ħamrija. Irriħa tfuħ tiegħu tbiegħed n-nemus u d-dubbien u tiġbed in-naħal u għalhekk hi pjanta maħbuba kullimkien. Nimxu Id F’Id - Diċembru 2025
5
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib... u forsi tbissima. F’April 2018 wieħed mill-ikbar sinjuri Amerikani poġġa d-dar tiegħu għall-bejgħ. B’veduta mill-isbaħ f’Los Angeles u bi ġnien kbir magħha d-dar xi darba kienet iġġib is-somma ta’ 250 miljun dollaru iżda sidha ra li ma setax ibigħha b’dak il-prezz u għalhekk raħħasha bi kważi 60 miljun dollaru għall-prezz ta’ 188 miljun.
Tistgħu taħsbu l-kumditajiet li fiha biex iġġib dak il-prezz. Meta xi ħadd ilmenta ma’ sidha li l-prezz ta’ 188 miljun dollaru hu għoli ħafna, wieġbu : “Jekk plejer tal-futbol jiswa 200 miljun dollaru żgur li dar bħal din tiswa almenu daqsu. Plejer jista’ jagħtik 10 snin servizz. Din id-dar tkun tiegħek għal għexieren u għexieren ta’ snin. Isservik mhux ħajtek imma ħajjet dawk li jiġu warajk.” Min jista’ jlumu? 6
Nimxu Id F’Id - Diċembru 2025
Nimxu Id F’Id - Diċembru 2025
7
Mid-Dinja tax-Xjenza ... jikteb Joe Portelli
Il-Jaguar Dan l-annimal hu fil-periklu li jonqos jew anke jinqered minħabba l-kriżi fil-klima. Il-jaguar (Panthera onca) ta’ lewn oranġjokannella għandha dbabar suwed imdawrin dawra tond ma’ dabra sewda fin-nofs. Qisha fjura bil-petali. Dik li tgħix fil-Pantanal hi mhedda għax, l-ewwel nett, l-ilma qed jonqos minħabba l-bidla fil-klima. Nirien kbar qerdu xi 17-il miljun annimal f’dawn l-aħħar snin. Barra minn hekk, xi nies qed jippruvaw ineħħu l-ilma biex ikunu jistgħu jieħdu r-riżorsi tal-post. Il-Pantanal hi wetland fl-Amerika t’Isfel: art mifqugħa b’ħafna ilma ħelu u waħda mill-ikbar fid-dinja, madwar 200,000 kilometru kwadru. Qabbilha ma’ Malta li hija art ta’ 316 km2!! Jiġifieri l-Pantanal hu iktar minn 600 darba ikbar minn Malta.
Nistgħu naħdmu biex inreġġgħu lura l-ħsara li qiegħda ssir u nsalvaw razza li tkun fil-periklu li tinqered. Per eżempju l-peregrine falcon (il-bies) kien f’dal-istat u issa hemm xi 340,000 minnhom filbliet. Anke t-tigri fl-Indja żdiedu għax il-bnedmin ħadu ħsiebhom. Mod ieħor kif ngħinu hu li ma nindaħlux fejn ma jesagħniex. Jekk post għadu mhux mittiefes, m’hemmx għalfejn tintervjeni. L-aħjar mod kif tieħu ħsieb post xagħri (garigue) hu li ma tiddisturbahx billi ma titfax it-terrapien fuqu. 8
Nimxu Id F’Id - Diċembru 2025
Ortografija Maltija ... niktbu bil-Malti tajjeb Stagħġibna jew stgħaġibna: liema minnhom hija t-tajba? It-tajba hija stagħġibna. Kif se nkunu nafu fejn irridu npoġġu l-konsonanti għ? Nistgħu nużaw il-mudell tal-verb ‘stenbaħ’ u npoġġu l-konsonanti għ fl-istess post fejn tiġi l-konsonanti n. Stenbaħ -> Stagħġeb Stenbaħna -> Stagħġibna
Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd. Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com Nimxu Id F’Id - Diċembru 2025
9
Mid-Djarju tal-Qasam Matul Novembru tkomplew it-tħejjijiet marbuta mal-attivitajiet tal-Milied. Il-provi tal-Play tal-Milied waslu kważi fi tmiemhom qabel ilGeneral Rehearsal. Ser issir fil-weekend tat-13 u 14 ta’ Diċembru. Prosit lill-atturi u backstage li ta’ kull sena jħejju storja ġdida u anke ta’ din is-sena għandha tinżel tajjeb mal-udjenza tagħna. Il-provi tal-Kunċert tal-Milied mexjin b’ritmu tajjeb. Din issena l-Kor għandu tassew biċċa xogħol iebsa għaliex minbarra n-numru ta’ carols ġodda li qed iħejji, hemm ukoll tiżwiqa sabiħa ta’ vuċijiet differenti li għandhom tassew joħolqu armonija sabiħa bejn il-kantanti u l-kor. Il-Kunċert tal-Milied isir ta’ kull sena nhar il-Milied filgħaxija fil-Bażilika tagħna. 10
Nimxu Id F’Id - Diċembru 2025
Għaddejjin il-prepara-menti wkoll fuq il-Purċissjoni talBambin li mill-Qasam tagħna toħroġ nhar lejlet il-Milied. Diġà hemm numru sabiħ ta’ tfal u adolexxenti li nkitbu biex jilbsu ta’ persunaġġi, suldati, tfal bit-tabella jew tal-fanali. Fadal biss ftit postijiet x’jimtlew biex hekk anke aħna nkunu nistgħu nieħdu sehem f’din il-manifestazzjoni pubblika tant għal qalb il-Fundatur. Anke l-Qasam libes il-libsa tiegħu tal-Milied. Din is-sena żanżanna tieqa kbira b’xeni millMilied tal-Qasam tagħna. Ser tkun attrazzjoni għal dawk li matul il-ġranet tal-Milied iżuru lQasam u jżuru l-Presepju li din is-sena qed jinħadem minn ħabibna Jean Paul Portelli.
Matul Novembru kellna wkoll Sports Day għat-tfal organizzata mill-Kunsill Lokali. Ħajr lil dawk kollha li ħadu sehem.
Żammejna l-Quddiesa taxxahar fil-Kappella taċ-Ċimiterju ta’ Kenuna. Din saret nhar itTlieta 13 ta’ Novembru u qaddes Mons Salv Pace.
Mark Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna talFacebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur u fuq issuu.com/Nimxu Id f’Id Nimxu Id F’Id - Diċembru 2025
11
Fuljett maħruġ mill-Museum tas-Subien tan-Nadur