Ritratt tal-faċċata: BUĊAQQ TAX-XITWA - European Stonechat - (Saxicola rubicola) għasfur żgħir li jpassi fil-ħarifa u jqatta' x-xitwa magħna. Fid-daqs huwa ftit iżgħar mill-pitirross. Iħobb ipoġġi fuq xi zokk u jinżel biex jaqbad xi dudu jew insett u jerġa' jirritorna f'postu. Ir-raġel (ritratt) għandu kuluri vivaċi filwaqt li talmara huma aktar mitfija. Ritratt meħud f'W ied Binġemma, fin-Nadur, nhar l-20 ta' Diċembru 2020 - Martin Attard
Nimxu Id F’Id Diċembru 2023 ħarġa numru 526
Għandek Minuta?
Familja Amerikana kellha dar fil-kampanja u fiha kien hemm spiera fonda. L-ilma ta’ din l-ispiera kien dejjem ġej. Il-familja ttella’ barmil wara barmil u dak li jitnaqqas jerġa’ jinkiseb qisu b’mod misterjuż. U hekk l-għoli tal-ilma kien jibqa’ dejjem l-istess. U dan anki fix-xhur sajfin meta ftit li xejn kienet tagħmel xita. Għaddew is-snin u l-familja kabbret id-dar u kellha kontra qalbha tgħatti l-ispiera. Flokha ħaffret oħra li wkoll kienet tipprovdi ilma għallħtiġijiet tal-membri, kemm għal dak li hu xorb kif ukoll għall-ħasil u anki tisqija. Iżda darba wieħed mill-aħwa, fettillu jerġa’ jiftaħ l-ispiera ta’ dari u nqata’ tassew għax sabha xotta qoxqox. Ma kienx hemm demgħa ilma fiha. Ma setax jifhem kif din nixfet meta qatt ma ntużat għallaħħar għaxar snin. U ġab espert biex forsi jispjegalu x’kien ġara. Kif l-ispiera ma naqset qatt li tipprovdi l-ilma meta kienu jtellgħu barmil wara barmil u xxuttat meta ma tellgħux barmil wieħed għal bosta snin. U l-espert meta niżel biex jara x’kien ġara ntebaħ li l-ilma kien ġej minn toqob irqaq. Malli jitbaxxa l-livell l-ilma kien jerġa’ jibda jżennen. Iżda meta l-ilma staġna, it-toqob żgħar instaddu u maż-żmien ma baqgħux inixxu ilma. Fakkritni fil-parabbola tat-talenti. Il-Mulej irid li nħaddmu t-talenti li jagħtina għax min jaħbihom jispiċċa biex jitlifhom għal dejjem. Ejja nkunu attenti biex it-tajjeb li l-Mulej tana nużawh għall-ġid tagħna nfusna u ta’ dawk ta’ madwarna.
1
Wirt il-Fundatur Dun Ġorġ ħallielna teżor . . .f’kitbietu X’jaf min ma ġarrabx? Wieħed jitgħallem minn dak li ġarrab x’inhu ta’ ġid biex jgħożżu u jipprattikah, u x’inhu ta’ deni biex jevitah.
X’tgħallimt kemm ilek fid-dinja?
Tgħallimt li jaqbilli wisq li naħfer. Tgħallimt li ma nistax nogħġob lil kulħadd. Tgħallimt li jaqbel noqgħod attent qabel, milli nikkura wara. Tgħallimt li bogħod mill-għajn, bogħod mill-qalb.
Dawn is-sentenzi huma meħudin mill-kitba qasira bl-isem Il-Majjistra Esperjenza li Dun Ġorġ qassam lill-membri tal-Għaqda tiegħu fl-1956 permezz ta’ fuljetti b’erba’ paġni li kien iħobb isejħilhom il-‘four pages’. Din il-kitba ġiet stampata għall-pubbliku fl-2005.
2
Nimxu Id F’Id - Diċembru 2023
Il-Mistoqsija Oħt il-Għerf Stalactites u Stalagmites naf li huma blat ippuntat. . . waħda mill-art tielgħa lejn is-saqaf tal-għerien u l-oħra mis-saqaf neżlin lejn l-art. Imma nħallat il-kliem u t-tifsir eżatt tagħhom. Faċli biex tiftakarhom. Il-kelma li fiha l-ittra c tfakkrek f’ceiling u fil-fatt Stalactites huma mdendlin mis-saqaf. Stalagmites fiha l-ittra g u din tfakkrek fil-kelma ground għax mill-art jidhru telgħin lejn is-saqaf. U t-tnejn li huma jieħdu mijiet ta’ snin biex jiġu fformulati u jkomplu jeħxienu u jitwalu iktar ma jgħaddi ż-żmien. Hawn għerien fid-dinja fejn dawn l-istalactites u stalagmites huma twal għexieren ta’ piedi u bid-dawl fuqhom jagħmlu tassew sabiħ.
Nimxu Id F’Id - Diċembru 2023
3
Mill-pinna ta’ Dr Coronato Grech
Xi qaddisin fil-qwiel (. . .ikompli mill-ħarġa ta’ Novembru)
Għal San Mikiel (29 ta’ Settembru) lesti l-gandlier. Għallaħħar ta’ Settembru jibda bil-mod jidlam kmieni. Nhar San Mikiel, l-alwetta tidher xi mkien. L-alwetta spiss tgħaddi x-xitwa hawn. Li jagħqad sa San Mikiel jidħol fil-miżien. Il-prodotti tarraba’ ta’ dan iż-żmien jinbiegħu mal-bqija tal-uċuħ. F’San Silvestru (31 ta’ Diċembru) ġedded il-kappestru. F l-aħħar ġurnata tas-sena għamel xi proponimenti tajba għas-sena ddieħla. (. . .aktar qwiel fil-ħarġa tax-xahar id-dieħel)
4
Nimxu Id F’Id - Diċembru 2023
. . .jikteb Ritchie Grech Iż-Żiemel Fil-Bibbja ż-żiemel jissemma kemm-il darba (madwar 150 darba) għax kien jintuża ħafna għat-taqbid. Fil-fatt kien hemm pariri ta’ projbizzjoni għallakkwist tagħhom (Dewt 17,16) mingħand l-Eġizzjani u dan biex ma jarmawx għallgwerra. Fi żmien Salamun imbagħad insibu li kellu ħafna żwiemel bl-istalel famużi li bnielhom (4,000!) u dan biex juri l-qawwa militari tiegħu (1 Slat 5,6). “Kienu jġibu ż-żwiemel lil Salamun minn Musri u minn Kuwi” (2 Kron 1,16). Hemm innu sabiħ liż-żiemel fil-ktieb ta’ Ġob 39,19-25 u fost oħrajn insibu li “l-qawwa ta’ meta jiżher tbeżża’!” u “xejn ma jqis il-biża’ u le ma jitwerwer”. Il-belt ta’ Ġerusalemm u l-palazz tas-sultan kellhom ‘bieb iddaħla taż-żwiemel’. Fl-Apokalissi 6,1-8 jissemmew simbolikament erba’ żwiemel ta’ kulur abjad, aħmar, iswed u aħdar. Anke f’Żakkarija tissemma d-dehra taż-żwiemel (Żak 6, 2-3). Meta s-sultan Benhadad ħabat għal Iżrael qalulu: “rawwem eżerċtu daqs l-eżerċtu li tlift, żiemel b’żiemel, u karru b’karru, imbagħad naħbtu għalihom fil-wita, u negħlbuhom żgur.” Imma xorta tilef. Il-qawwa talKaldin imxebbha hekk: “iż-żwiemel tiegħu eħfef mill-iljupardi, eħrex millilpup ta’ filgħaxija. Ilebbtu r-rikkieba tiegħu, ġejjin mill-bogħod ir-rikkieba tiegħu, itiru b’ħeffa t’ajkla tfittex l-ikel” (Ħab 1,8). Nimxu Id F’Id - Diċembru 2023
5
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.
Il-White House, id-dar fejn jogħqod il-President Amerikan, qiegħda fuq biċċa art li tkopri 18-il tomna. Id-dar fiha 132 karma, fosthom 3 kċejjen kbar, 35 toilet, 16-il karma għallmistednin u naturalment l-uffiċċju tal-President li jissejjaħ Oval Office għax għandu forma ovali.
6
Nimxu Id F’Id - Diċembru 2023
L-isem Greenland ingħata minn Erik the Red, navigatur Norveġiz ta’ iktar minn elf sena ilu u tah biex iqarraq għax fil-fatt Greenland hi kollox barra art koperta bil-ħdura. Fiha ħafna blat bla nitfa ħamrija u reġjuni kbar ta’ silġ. Iżda Eric fehem li jekk jagħti l-isem Greenland ikun hemm min jitħajjar imur u jgħix hemm. . . qalb il-ħdura! U la darba jmorru, jagħmlu sforz biex jibqgħu u hekk jippopolaw l-art.
Ma tantx jidher li rnexxa ħsiebu.
Nimxu Id F’Id - Diċembru 2023
7
. . .jikteb Joe Portelli Ix-Xemgħa Ix-xemgħa kienet tintuża biex tkejjel l-ammont ta’ dawl. U hekk ġiet l-candela. Illum il-ġurnata, candela hija 1 lumen/unit steradian li jiġi xi 12 u nofs lumen għal xemgħa waħda. Innutaw li l-candela qed tkejjel l-intensità tad-dawl (power per unit area) waqt li l-lumen ikejjel l-power. 683 lumens huma biss 1 watt ta’ power jekk il-frekwenza tad-dawl tkun 540 x 1012 Hz li jiġi kulur isfar ħadrani, l-iktar kulur li għajnejna huma sensittivi għalih. Jekk ix-xemgħa tkun mix-xema’ tan-naħal tkun magħmula mis-cerotic acid u myricin u xi paraffins b’ammont għoli ta’ karbonju. Jekk imbagħad tkun ġejja miż-żejt (crude oil), tkun paraffin wax, alkanes b’numru ta’ karbonju minn 20 sa 40. Il-ftila għandha skop: biex minn fuqha tevapora x-xema’ u hekk tirreaġixxi mal-ossiġenu tal-arja. Il-parti safra tal-fjamma hi nugrufun ta’ karbonju li tant ikollu temperatura għolja li jiġi jixgħel isfar ( yellow hot).
8
Nimxu Id F’Id - Diċembru 2023
Ortografija Maltija . . .niktbu bil-Malti tajjeb X’ suppost għandek tikteb: ’l martu jew ’l-martu? It-tajba hija l-ewwel waħda iżda ejjew nippruvaw nifhmu għaliex. ’l- hija taqsir a ta’ lill-, u allura din tużaha meta tkun qed tirreferi b’mod speċifiku għal persuna jew oġġett li jieħdu l-artiklu definit. Meta mbagħad tkun qed tirreferi għal nom li ma jiħux l-artiklu definit, bħal fil-każ ta’ mara, ma żżidx is-sing fil-verżjoni mqassra ta’ lil, u allura għandek tikteb ’l martu. Ninnotaw ukoll li meta mal-kelma jingħaqad il-pronom mehmuż (jew kif inhu msejjaħ ukoll bħala s-suffiss pronominali) - martu - il-kelma ma tiħux l-artiklu.
Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd. Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com Nimxu Id F’Id - Diċembru 2023
9
Mid-Djarju tal-Qasam Novembru ġab miegħu kemm attivitajiet kif ukoll tħejjijiet għall-Milied. Bdejna b’Sports Day għat-tfal, organizzat mill-Kunsill Lokali bħala parti mill-attivitajiet ta’ Jum il-Kunsill. L-attendenza tat-tfal kienet tajba ħafna u kull min ipparteċipa ħa miegħu d-dar medalja ta’ tifkira. Bdejna wkoll il-passiġġati tax-xitwa fejn żorna l-Għolja tal-Ġordan, Ta’ Ċenċ u Mġarr ix-Xini. Beda wkoll ix-xogħol kollu marbut mal-attivitajiet tal-Milied. Kull nhar ta’ Sibt, il-Kor kien qed jiltaqa’ taħt it-tmexxija ta’ Antoine Theuma biex iħejji ruħu sewwa għallKunċert tal-Milied li din is-sena qed jagħlaq 20 sena. Qabel kien jittella’ Programm tal-Milied li jaf l-bidu tiegħu sa mill-bidu tas-snin sebgħin.
10
Nimxu Id F’Id - Diċembru 2023
Tkomplew ukoll il-provi marbuta mal-play ‘Il-Wegħda tal-Milied’ b’kast magħmul blold boys u adolexxenti tagħna. Din il-play ser tittella’ darbtejn, il-Ħadd 10 ta’ Diċembru fis6.00p.m. u s-Sibt 16 ta’ Diċembru fis-7.30p.m. fis-Sala tal-Museum. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li qed jagħtu l-għajnuna tagħhom kemm għall-play u għall-kunċert. Bdejna naħsbu wkoll għall-Purċissjoni tal-Milied fejn bdejna noħorġu l-kostumi millarmarji u niktbu t-tfal u ż-żgħażagħ bħala persunaġġi. Il-Purċissjoni toħroġ bħas-soltu nhar lejlet il-Milied fis-7.00p.m. bis-sehem tal-Banda Mnarja. Beda wkoll ix-xogħol fuq it-tiżjin tal-kurituri u l-klassijiet. Ma jonqosx ukoll li din is-sena nżanżnu xi ħaġa ġdida filwaqt li James Azzopardi baqa’ għaddej bix-xogħol tiegħu fuq il-presepju tal-Qasam li din is-sena wkoll se joffri sorpriża! Ippreparajna wkoll Novena sabiħa kemm għat-tfal tal-Primarja kif ukoll l-adolexxenti tas-Sekondarja. Inħeġġu lil kulħadd biex matul ixxahar ta’ Diċembru jattendu regolari l-Museum għal dawn l-attivitajiet kollha mħejjija għalihom.
Mark Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur u fuq issuu.com/Nimxu Id f’Id Nimxu Id F’Id - Diċembru 2023
11
LAFERLA
Call
+356 2122 4405
E-mail info@laferla.com.mt Visit
www.laferla.com.mt
Laferla Insurance Agency Ltd 204A, Vincenti Buildings Old Bakery Street, Valletta VLT 1453, Malta Europe.
Laferla Insurance Agency Ltd. is enrolled under the Insurance Distribution Act, Cap 487 to act as an Insurance Agent for MAPRE plc (MMS). MMS is authorised by the Malta Financial Service Authority (MFSA) under the Insurance Business Act, Cap 403 of the Laws of Malta. Both entities are regulated by the MFSA.
Fuljett maħruġ mill-Museum tas-Subien tan-Nadur