FRIED EGG JELLYFISH - Cotylorhiza tuberculata magħrufa lokalment bħala "Tal-Lumpuki" jew "Qassata." Din it-tip ta' brama, li ftit li xejn għandha tinġiża, (għall-anqas għalina l-bnedmin), qed issir aktar u aktar komuni fil-Mediterran, indikazzjoni ċara li t-temperatura tal-baħar qed togħla. Tikber sa madwar 30 ċentimetru dijametru u ma ssibhiex fil-fond ħafna. In-nofs ibbuzzat safrani, bit-tentakoli jagħtu fil-vjola, jagħtiha xebh ma' bajda moqlija. Kapaċi tgħix sa madwar sitt xhur u ġeneralment ma tibqax komuni fostna wara Ottubru. Ritratt tal-faċċata:
Ritratt meħud fid-19 ta' Settembru 2023, f'Daħlet Qorrot, in-Nadur - Martin Attard
Nimxu Id F’Id Ottubru 2023 ħarġa numru 524
Għandek Minuta?
David kien ħaddiem ħawtiel jaħdem bħala wejter f’wieħed mir-restoranti ta’ San Francisco. Kien ferħan ħafna għax kien jaqlagħha tajjeb. Iżda sikwit kien jilmenta li jħoss nostalġija għal Wales peress li f’San Francisco qatt ma ltaqaʼ maʼ bniedem wieħed li kien jaf il-lingwa proprja ta’ pajjiżu. . . il-Gaelic. Darba inzerta fil-belt l-awtur Niall Sheridan li kien ġej minn Wales. Sħab David semgħu l-ilmenti ta’ seħibhom u talbu lil Niall imur magħhom fir-restorant ħalli fl-aħħar dan jisma’ lil xi ħadd ikellmu bil-Gaelic. Sheridan aċċetta bil-qalb għax kien jieħu gost jiltaqa’ ma’ kompajżani tiegħu li kienu għadhom iħobbu tant il-lingwa ta’ pajjiżu. Kellem lillwejter bil-Gaelic imma malajr intebaħ li David minkejja dak kollu li kien jilmenta dwaru, qajla kien jitkellimha. Il-wejter ħassu skomdu quddiem din is-sitwazzjoni u biex ma jaqax għaċ-ċajt fost sħabu beda jgħid ilMissierna. Din kien jafha għax kien tgħallimha minn nannietu snin qabel meta kien tfajjel jitrabba f’Wales. Sheridan inzerta jafha wkoll u kompla miegħu. Wieħed jgħid: Missierna li inti fis-smewwiet, u l-ieħor iwieġeb Jitqaddes ismek. U komplew Tiġi saltnatek. . . Ikun dak li trid int. . . U hekk ħadd ma ntebaħ li l-wejter ma kienx jaf il-Gaelic għax Sheridan qatt ma kixef is-sigriet ħlief ħafna snin wara u meta l-wejter kien ilu li ħalla din id-dinja. Il-Missierna kienet salvat wiċċ il-wejter u tista’ ssalva lilna wkoll jekk ngħiduha bil-qalb bil-lingwa li nippreferu għax il-Mulej jifhem il-lingwi kollha. U togħġbu żgur għax kien hu stess li għallimhielna.
1
Wirt il-Fundatur Dun Ġorġ ħallielna teżor . . .f’kitbietu X’jaf min ma ġarrabx? Wieħed jitgħallem minn dak li ġarrab x’inhu ta’ ġid biex jgħożżu u jipprattikah, u x’inhu ta’ deni biex jevitah.
X’tgħallimt kemm ilek fid-dinja?
Tgħallimt nitlob ’l Alla li ma jħallina qatt
waħdi. Tgħallimt li nitwaħħax minn bniedem inkurlat. Tgħallimt li ma nagħmilx dak li nara ħażin f’ħaddieħor.
Tgħallimt li ma nitfax kliem fejn m’hemmx smigħ.
Tgħallimt insaqsi fejn ma nafx jew niddubita.
Dawn is-sentenzi huma meħudin mill-kitba qasira bl-isem Il-Majjistra Esperjenza li Dun Ġorġ qassam lill-membri tal-Għaqda tiegħu fl-1956 permezz ta’ fuljetti b’erba’ paġni li kien iħobb isejħilhom il-‘four pages’. Din il-kitba ġiet stampata għall-pubbliku fl-2005.
2
Nimxu Id F’Id - Ottubru 2023
Il-Mistoqsija Oħt il-Għerf Id-daqq tal-qanpiena tal-Big Ben hija magħrufa mad-dinja. Għax jgħidulha Big Ben u mhux Big Bell? Għax dan il-bini mislut u għoli li fih hemm forsi l-iktar arloġġ magħruf tad-dinja kien imsemmi għal Sir Benjamin Hall.
imlaqqam big Ben.
Il-leġġenda popolari tgħid li dan il-bniedem – li fil-fatt kien kummissarju tad-dipartiment tax-xogħol u tant ħadem u stinka biex itella’ belt ġdida wara li Londra l-qadima kienet inqerdet fil-ħruq tas-sena 1834 – kellu sehem importanti fittiswir ta’ din il-binja blarloġġ. U billi hu kellu sura ta’ bniedem kbir kien
U t-torri li bena biex jitpoġġa l-arloġġ fih ħa ismu. Nimxu Id F’Id - Ottubru 2023
3
Mill-pinna ta’ Dr Coronato Grech
Xi qaddisin fil-qwiel (. . .ikompli mill-ħarġa ta’ Settembru) F’Santa Luċija (13 ta’ Diċembru) jibdew l-irwiegel. L-irwiegel suppost huma t-tbassir tat-temp fix-xhur tas-sena d-dieħla, skont it-temp fil-ġranet ta’ wara Santa Luċija. Superstizzjoni. Sant’Andrija (30 ta’ Novembru) il-jiem jiqsaru b’pass ta’ tarbija. F l-aħħar ta’ Novembru l-ġranet ikunu għadhom jiqsaru. F’San Tumas (3 ta’ Lulju) il-ġurnata tiqsar b’pass ta’ ħmar qammas. Ma’ Lulju l-ġranet bil-mod jiqsaru u l-iljieli bil-mod jitwalu. Nhar San Pawl (25 ta’ Jannar: ilKonverżjoni; 10 ta’ Frar: in-Nawfragju ) it-temp iqalleb seba’ darbiet . F iż-żewġ ġranet it-temp aktarx ikun xitwi u mqalleb. L-ewwel karità ma’ leħitek jgħid San Pawl. Qawl kurjuż għax imkien ma jgħid hekk San Pawl!
(. . .aktar qwiel fil-ħarġa tax-xahar id-dieħel)
4
Nimxu Id F’Id - Ottubru 2023
. . .jikteb Ritchie Grech Il-Lupu Il-lupu (wolf) bil-Malti antik kien jissejjaħ dib u din il-kelma ntużat mill-professur Malti tal-Bibbja Monsinjur Pietru Pawl Saydon meta qaleb il-Bibbja mill-ilsien oriġinali għal-lingwa tagħna. Dan l-annimal għandu mill-familja tal-kelb, b'widnejh weqfin, slett, geddumu twil u miksi b'suf kannella ħamrani. Hu annimal kaċċatur li jaħtaf lill-priża bil-ħeffa tiegħu. Għalhekk fil-Bibbja hu dejjem impitter f'ton negattiv għax iħarbat il-merħliet. Insibu fil-Bibbja: "jeqridhom il-lupu mid-deżert" (Ġer 5,6); "l-imħallfin tagħha lpup ta’ filgħaxija, li ma jħallux xi jgerrmu sa filgħodu" (Sof 3,3); "Il-kapijiet f'nofsha bħal ilpup jaħtfu l-priża, ixerrdu d-demm, jeqirdu n-nies, biex jagħmlu l-qligħ diżonest" (Eżek 22,27) - twissija għall-korruzzjoni tal-poplu; "eħrex mill-ilpup ta' filgħaxija" (Ħab 1,8) - referenza għall-Kaldin; "Benjamin lupu tal-ħatfa, filgħodu jiekol il-qabda, u filgħaxija jqassam il-priża" (Ġen 49,27). Isaija jwiegħed saltna tal-paċi fejn "il-lupu jibda jgħix mal-ħaruf" (Is 11, 6).
Fil-Ġdid Testment insibu tagħlim sabiħ: "il-mikri, li mhuwiex ir-ragħaj, u li n-nagħaġ mhumiex tiegħu, jara l-lupu ġej, u jħalli n-nagħaġ u jaħrab; u l-lupu jaħtafhom u jxerridhom" (Ġw 10,12); "iftħu għajnejkom mill-profeti foloz; għax dawn jiġu għandkom libsin ta' nagħaġ, u minn ġewwa jkunu lpup ħattafa!" (Mt 7, 15); "Ara, jiena qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup" (Mt 10, 16). U San Pawl iwissi "Jiena naf li, wara li nitlaq jien, jidħlu fostkom ilpup qalila li lill-merħla ma jaħfruhilhiex" (Atti 20, 29). Nimxu Id F’Id - Ottubru 2023
5
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.
Ma nafux min l-ewwel darba vvinta l-umbrella imma nafu żgur li fiċ-Ċina u qabel fil-Mesopotamia (illum Iraq) l-umbrella kienet teżisti elfejn u erba’ mitt sena qabel Kristu. Fl-Ewropa damet ħafna ma daħlet u meta bdiet tintuża fi Franza kienet riservata għan-nisa. Sakemm l-Ingliż Joseph Hanway fettillu jibda joħroġ biha u bil-mod il-mod in-nies ittendiet kemm kienu boloh li ma jimitawhx għax huma kienu jixxarrbu għasra u Joseph kien jibqa’ pulit u qisu mhux hu jippassiġġa fix-xita. U interessanti wkoll inkunu nafu minn fejn ġejja l-kelma umbrella. Ġejja mill-kelma bil-Latin umbra li tfisser dell. Kien Samuel Fox minn Sheffield l-Ingilterra li fl-1852 ivvinta l-mod modern kif din tinfetaħ u tingħalaq biex tieħu ferm inqas spazju meta ma tkunx tintuża.
6
Nimxu Id F’Id - Ottubru 2023
Fl-1873 Joseph Gidden ivvinta l-barbed wire iżda ma kellux f’moħħu li bih joħloq xi ħaġa biex iżomm il-bniedem milli jaqsam minn naħa għal oħra. Hu vvintah biex jagħmlu fl-għelieqi ħalli l-bhejjem ma jkunux jistgħu jgħaddu minn għalqa għal oħra. Iżda maż-żmien xi pajjiżi għamlu użu minnu biex ikun diffiċli għallbniedem li jgħaddi minn post għal ieħor. Kien mezz effikaċi u rħis. Ħafna orħos milli tibni xi ħajt.
Nimxu Id F’Id - Ottubru 2023
7
. . .jikteb Joe Portelli Ir-Radjuattività (Radioactivity) Element (element) hu materjal magħmul kollu mill-istess tip ta’ atoma. L-atomi kollha f’element għandhom kollha l-istess numru ta’ protoni. In-numru ta’ protoni hu msejjaħ l-atomic number. Dan in-numru qisu n-numru tal-karta ta’ identità. Jeżistu atomi tal-istess element (bl-istess numru ta’ protoni) li għandhom numru ta’ newtroni (neutrons) differenti. Dawn l-atomi għandhom piż differenti u jissejħu iżotopi (isotopes) tal-istess element. Hekk pereżempju l-atoma tal-element karbonju (carbon) għandha atomic number ta’ 6, jiġifieri fiha 6 protoni. Hemm atomi ta’ karbonju b’6 newtroni u atomi ta’ karbonju bi 8 newtroni. Dawk l-atomi bi 8 newtroni għandhom total ta’ 14-il protona u newtrona flimkien u għalhekk jissejħu tal-carbon-14, C-14. Mela C-12 u C-14 huma żewġ iżotopi ta’ karbonju. L-atoma ta’ C-12 hi stabbli waqt li ta’ C-14 hi radjuattiva. Li C-14 hu radjuattiv ifisser li spontanjament joħorġu r-raġġi (radjazzjoni) miċ-ċentru (nukleu) tal-atoma. Ir-radjazzjoni li toħroġ minn C-14 isejħulha Beta, β: din hi elettrona li toħroġ min-nukleu. U l-atoma tinbidel b’mod tal-għaġeb u ssir nitroġenu. Hekk jiġri f’kull reazzjoni nukleari; l-element jinbidel f’ieħor. Issa nofs is-C-14 jieħu 5,730 sena biex jinbidel f’nitroġenu. Għalhekk minn kemm jifdal f’injama li xi darba kienet ħajja, tista’ tikkalkula l-età ta’ dik l-injama. U dan il-metodu ta’ kif tikkalkula l-età jgħidulu carbon-14 dating jew radiocarbon dating.
8
Nimxu Id F’Id - Ottubru 2023
Ortografija Maltija . . .niktbu bil-Malti tajjeb X’suppost tikteb: għagħa jew għa? Uħud jieħdu qatgħa meta jilmħu l-konsonanti għ f’kelma, aħseb u ara meta jilmħu tnejn fl-istess kelma. Fil-lingwa tagħna għandna xi kelmiet li fihom insibu aktar minn għ waħda. Fosthom insibu kliem bħal ‘għagħa’ u ‘għargħar’. Dawn it-tnejn faċli biex tiftakar kif jinkitbu għax jekk tinnota sew jikkonsistu minn repetizzjoni tal-istess sillaba. Għalhekk jekk tkun se tikteb ‘għa’ u tiġi f’dubju jekk ktibthiex sew jew le, ftakar li trid iżżid ‘għa’ oħra biex tgħid ‘għagħa’.
Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd. Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com Nimxu Id F’Id - Ottubru 2023
9
Mid-Djarju tal-Qasam Settembru jġib miegħu tmiem is-sajf u l-attivitajiet kollha li jġib miegħu. Fl-aħħar t’Awwissu għamilna pizza party lil dawk kollha li kienu jattendu matul Lulju u Awwissu. Komplejna wara billeague tal-futbol għall-klassijiet tas-Sekondarja, liema league ġie fi tmiemu fit-22 ta’ Settembru. Rebaħ it-tim ta’ Jayden Azzopardi. Prosit ukoll lit-tim ta’ Steven Meilak li baqgħu jissieltu sal-aħħar ġranet tal-league. Saret premjazzjoni qasira fejn tqassmu t-trophies u l-medalji lil dawk kollha li ħadu sehem.
10
Nimxu Id F’Id - Ottubru 2023
Is-Sibt 23 ta’ Settembru grupp sabiħ ta’ adolexxenti ngħaqdu mal-membri u żebgħu madwar 120 grotta li ser jingħataw lit-tfal fil-premjazzjoni tal-Milied ta’ din is-sena. Prosit lil dawn il-ġuvnotti li kienu ta’ għajnuna kbira biex stajna nagħtu l-ispray lil dawn il-grotti mingħajr ma bata ħadd.
Issa li tibda sena kateketika ġdida nħeġġu lil dawk it-tfal u l-adolexxenti kollha sabiex jibdew jiffrekwentaw b’mod regolari l-Qasam tagħna. Matul dan is-sajf kellna numru sabiħ ta’ tfal u adolexxenti li kienu jattendu tista’ tgħid ta’ kuljum. Bi tħejjija għas-sena skolastika ġdida, sar xi xogħol manwali fil-klassijiet t’isfel u beda wkoll ix-xogħol marbut mal-Milied, b’mod speċjali l-Play tal-Milied ta’ din is-sena li bħas-snin l-imgħoddija ser ikollha kast kbir magħmul mit-tfal u adolexxenti li jattendu l-Qasam tagħna. Fi ftit jiem oħra nibdew mill-ġdid il-passiġġati tax-xitwa. Għalhekk l-istedina tagħna miftuħa għal kulħadd. Niltaqgħu!
Mark Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur u fuq issuu.com/Nimxu Id f’Id Nimxu Id F’Id - Ottubru 2023
11
LAFERLA
Call
+356 2122 4405
E-mail info@laferla.com.mt Visit
www.laferla.com.mt
Laferla Insurance Agency Ltd 204A, Vincenti Buildings Old Bakery Street, Valletta VLT 1453, Malta Europe.
Laferla Insurance Agency Ltd. is enrolled under the Insurance Distribution Act, Cap 487 to act as an Insurance Agent for MAPRE plc (MMS). MMS is authorised by the Malta Financial Service Authority (MFSA) under the Insurance Business Act, Cap 403 of the Laws of Malta. Both entities are regulated by the MFSA.
Fuljett maħruġ mill-Museum tas-Subien tan-Nadur