Skip to main content

Nimxu Id F'Id - Ottubru 2021

Page 1

Ritratt tal-faċċata: Ġurat (Anacridium aegyptium) - Dan il-ġurat issibu l-aktar qrib raba’ maħdum, partikolarment fuq siġar u arbuxelli. Minkejja li kapaċi jikber saħansitra sa 70 millimetru ftit li xejn jagħmel ħsara lill-prodotti agrikoli. Il-frieħ li jgħidulhom Nymphs, ikunu ħodor (bħal dan tar-ritratt) jew oranġjo; l-adulti dejjem ikunu kannella, beige jew griż skur. Ritratt meħud f’Wied Binġemma, in-Nadur fit-18 ta’ Lulju 2021 - Martin Attard


Għandek Minuta?

Ħarġa Nru. 500

Nimxu Id F’Id Ottubru 2021 Kien raġel imdaħħal sew fiż-żmien. Żgur li kellu fuq is-sebgħin sena. U għalhekk ta’ madwaru skantaw jarawh tiela’ t-taraġ li kellu jwasslu sa fuq il-koppla tal-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. U meta wasal fuq, xi ħadd staqsieh: “Kif irnexxielek titla’ il-mijiet ta’ turġien?”

dawn

Ir-raġel tbissem u wieġbu: “Waħda waħda.” Jekk insaqsu lil dawk kollha involuti fil-ħarġiet talfuljett Nimxu Id f’Id: “Kif irnexxielkom tal-fuljett?”

taslu

għall-ħarġa

500

Ikollna l-istess tweġiba tax-xwejjaħ: “Waħda waħda.” Meta Peter Paul Vella ġabar madwaru grupp ta’ żgħażagħ li flimkien ħolmu li jagħtu lil sħabhom studenti fil-klassijiet Sekondarji fuljett mimli tagħrif ta’ interess kienu jafu li deħlin għall-impenn iebes. Iżda fiżżgħożija kull sfida hi meqjusa opportunità u avventura. Għalhekk daħlu għat-twettiq ta’ din il-ħolma b’ħafna entużjażmu. Iż-żmien għadda. Fuq erbgħin sena. Il-grupp oriġinali tar mill-bejta museumina iżda flokhom faqqsu għasafar oħra li komplew bil-ħolma u bl-istess entużjażmu. Hekk

1


li int llum qed tqalleb il-ħarġa numru 500. X’differenza mill-ewwel ħarġa li saret bil-karti tax-xema’ u b’gestetner li kien jitħaddem blidejn! Illum għandek fuljett full colour li tant hu ppreżentat sabiħ li jħajrek tqallbu u taqrah minn qoxra sa qoxra. Jekk inħarsu lura għandna ħafna dejn ma’ bosta nies. Dejn ma’ għexieren ta’ kontributuri. Dejn ma’ għexieren ta’ ditti li rreklamaw fil-fuljett. Mingħajrhom din l-inizjattiva kienet tmut mewta naturali. Dejn mal-edituri li tul dawn l-erbgħin sena ħadu ħsieb li jsawru ħarġa wara ħarġa. Fosthom Peter Paul Vella, Pierre Mejlaq u dawk preżenti. U magħhom ħbieb li kienu dejjem ta’ spalla għalihom fosthom Joe Portelli, Joe Meilaq, Ritchie Grech, Peter P Bugeja u ħafna oħrajn. Iżda xieraq li nagħtu ħajr speċjali lil Dr Coronato Grech li għal dawn il-mijiet ta’ ħarġiet żamm l-appuntament mensili tiegħu b’artikli mimlija tagħrif fuq mijiet ta’ suġġetti varji. Jalla l-Mulej jgħin lill-għasafar ġodda fil-bejta museumina ħalli jkomplu din il-ħidma. Nemmnu li permezz tagħha jista’ jinkiseb tagħrif siewi u jitwassal ukoll messaġġ li kien dejjem il-ħsieb ewlieni - anke jekk sottili - ta’ din il-pubblikazzjoni. . . li Ġesù hu l-ikbar ħabib tagħna u li jħobbna bi mħabba tal-ġenn. Ejjew nifirħu flimkien f’din l-okkażjoni sabiħa tal-500 ħarġa tal-fuljett Nimxu Id F’Id.

2


Is-Superjur jifraħ

Ġenerali magħna

Ċiċerun darba qal li kamra jew dar mingħajr kotba hija bħal ġisem mingħajr ruħ. B’dan il-ħsieb ried jesprimi kemm il-qari tajjeb huwa essenzjali għall-bniedem. Għandna għalfejn nirringrazzjaw lil Alla li l-fuljett Nimxu Id F’Id qed joħroġ għall-500 darba u l-ewwel ħsieb li ġieni huwa fuq il-ġid kbir li jkun sar f’dawn l-aħħar 42 sena b’din il-pubblikazzjoni ċkejkna. Ninsab ċert li permezz ta’ dan il-fuljett il-qarrejja jistgħu jaqraw xi ħaġa sempliċi imma daqstant ieħor profonda u b’hekk jibbenefikaw kemm spiritwalment kif ukoll intellettwalment. Li tippersevera f’dan l-appostolat tal-kelma mhux faċli u jrid ikun hemm nies dedikati u li jaħdmu bil-qalb għax persważi mill-kliem ta’ San Ġorġ Preca li kien jgħallem li “t-tagħlim tajjeb huwa l-għajn ta’ kull ġid.” F’din l-okkażjoni nħarsu ’l quddiem b’ħafna tama biex din il-ħidma tkompli għaddejja għall-glorja ta’ Alla u għall-ġid tal-bnedmin.

Superjur Ġenerali Soċjetà tad-Duttrina Nisranija MUSEUM

3


Aċċidenti li spiċċaw

skoperti u invenzjonijiet

. . .jikteb Dr. Coronato Grech

(. . .ikompli mill-ħarġa tax-xahar ta’ Settembru)

Safety glass Fl-1903, il-Franċiż Edward Benedictus, jum minnhom, fil-laboratorju waqqa’ flixkun li minkejja li nkiser, il-ħġieġ baqa’ jżomm ma’ xulxin. Meta studja l-likwidu ta’ ġol-flixkun sab li jekk jidilku fuq il-ħġieġ, dan meta jinkiser jibqa’ jżomm ma’ xulxin u allura ferm inqas perikoluż. Dan kien ta’ importanza kbira dak iż-żmien għax il-ħġieġ tal-karozzi kien għadu ferm perikoluż meta jinkiser f’xi ħabta.

Stainless steel Fil-1912, il-metallurġista Ingliż Harry Brearley kien qed iħallat xi metalli ma’ xulxin biex forsi jsib xi metall li ma jsaddadx ħafna. F’wieħed minnhom uża l-metall kromju imma ma għoġbux u rmieh. Xi ġimgħat wara, b’kumbinazzjoni, rah fost l-iskart lest għar-rimi u mhux imsaddad. Kien ivvinta l-stainless steel.

(ikompli fil-ħarġa tax-xahar id-dieħel)

4


. . .jikteb Ritchie Grech Is-Siġra tat-tuffieħ Fil-Bibbja din il-frotta sabiħa hi msemmija fil-ktieb l-Għanja tal-Għanjiet fejn l-għarusa xxebbah lill-maħbub tagħha ma’ tuffieħa: “bħal tuffieħa qalb siġar ta’ masġar hekk ħabibi qalb iż-żgħażagħ” (2,3) u “irfduni bit-tuffieħ” (2.5). Imbagħad iwieġeb l-għarus: “ir-riħa ta’ nifsek bħal tat-tuffieħ” (7.9) u “taħt it-tuffieħa jien qajjimtek” (8.5). Interessanti li għalkemm il-frotta tat-tuffieħa hi marbuta mal-frotta li kielu Adam u Eva fejn għamlu l-ewwel dnub, fil-fatt ma tissemmiex fil-Ġenesi! Tissemma biss li kielu mill-frotta u daħlet tradizzjonalment bħala tuffieħa mid-diskors komuni tagħna l-bnedmin hekk li din ix-xniegħa xterdet mad-dinja kollha. X’aktarx li daħlet hekk għax il-kelma Latina għal tuffieħa hi ‘malus’ u għalhekk tfixklet ma’ ‘ħażen’, ukoll ‘malus’! Mela wara li wrejna l-innoċenza ta’ din il-frotta hekk bnina, tajjeb li ngħidu li x’aktarx din is-siġra ddaħħlet fl-art tal-Bibbja mill-Iran jew mit-Turkija madwar 4,000 sena qabel Kristu. Nispiċċaw b’silta mill-ktieb tal-profeta Ġoel meta kien hemm diżastru minn passa ta’ ġradijiet: “id-dielja nixfet, u t-tina dbielet; ir-rummiena u l-palma u t-tuffieħa u s-siġar kollha tar-raba’ nixfu” (1.12). Tajjeb ukoll li ngħidu li ż-żerriegħa tat-tuffieħ hi velenuża.

5


Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima. F’Jannar 2014 l-awtoritajiet li jmexxu z-zoo ta’ Paignton f’Devon l-Ingilterra ddeċidew li jnaqqsu bi sħiħ l-banana li kienu jagħtu lix-xadini għax sabu li dawn tant kienu qed jieklu banana li ma ridux jafu b’ikel ieħor. Kieku kienu jitkellmu naħseb li kienu jgħidulhom: “Allura sħabna tal-ġungla li jieklu l-banana minn filgħodu sa filgħaxija, sebat ijiem fil-ġimgħa għal ħajjithom kollha, kif ma jimirdux?” U ma nafx x’kienu jwieġbu l-awtoritajiet. Imma mur merihom dawn l-esperti tas-saħħa!

6


Wirt il-Fundatur Dun Ġorġ ħallielna teżor. . . f’kitbietu

SAN ĠUŻEPP L-umiltà ta’ San Ġużepp L-ubbidjenza hija s-sinjal sod tal-umiltà. Issa San Ġużepp kien jaf li Ġesù Kristu kellu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom, kif kien qallu lanġlu, u li kellu jgħallem it-triq tal-verità u tal-ġustizzja, veru dawl tan-nies, u li kellu jkun imqiegħed għat-tiġrif u għallqawmien ta’ bosta f’Iżrael, kif kien ħabbarlu Xmuni wara erbgħin jum mit-twelid ta’ Ġesù. B’danakollu, meta l-anġlu qallu biex jaħrab lejn l-Eġittu, għaliex Erodi kien qiegħed ifittex li jeqred l-imwieled ġdid re tal-Lhud, lil Kristu Ġesù, (li allura kellu madwar sentejn), San Ġużepp, mingħajr raġunar ta’ xejn, f’dak il-lejl stess, flimkien ma’ Marija Santissma u mal-Iben divin tagħha, mar l-Eġittu. Permezz tal-Ittra Appostolika Patris corde Papa Franġisku pproklama s-sena 2021 bħala sena ddedikata lil San Ġużepp. Fit-8 ta’ Diċembru 1870 Papa Piju IX iddikjara lil San Ġużepp bħala l-Patrun tal-Knisja Kattolika. Qegħdin inġibu ħsibijiet mill-ktieb SAN ĠUŻEPP ta’ Dun Ġorġ Preca miktubin lejn tmiem is-snin għoxrin.

7


L-Elettriku Elektron hi oġġett żgħir ħafna b’piż ta’ 9.1 x 10-31 kg. Dan in-numru hu 9.1 li trid tiddividih bin-numru 10 għal 31 darba! Iġġorr ċarġ tat-tip negattiv u ġġorr ammont ta’ 1.6 x 10-19 coulombs ta’ ċarġ. L-elektron insibuha wkoll f’kull atoma. Il-kelma elektron bil-Grieg tirreferi għall-ambra (amber), ġebla oranġjo li x’ħin tħokkha tibda tiġbed l-affarijiet lejha, bħal karti żgħar, għax takkwista ċarġ negattiv. Iċ-ċarġ (xi ħaġa ma nafx eżatt x’inhi! imma kwalità li jista’ jkollu oġġett) jista’ jkun pożittiv jew negattiv. L-elettriku huwa ċarġ miexi. Iċ-ċarġ jimxi għax l-oġġett li jkun fuqu jimxi. Pereżempju, l-elettriku fil-wajers hu elektrons mexjin purċissjoni mit-terminal negattiv tal-batterija għal dak pożittiv. U r-riħ xemxi (solar wind) li jikkawża l-awrora borealis u awstralis huwa magħmul minn protoni mexjin. Protoni huma oġġetti żgħar ħafna u jiżnu 1,836 darba l-piż ta’ elektron imma jġorru l-istess ammont ta’ ċarġ ta’ elektron imma tat-tip pożittiv. Fl-1820 ix-xjentist Daniż Hans Christian Ørsted (jew Oersted) skopra li l-elettriku għandu effett ta’ kalamita. Fil-fatt, b’xi mod, kull kalamita ġġib ruħha ta’ kalamita għax hemm ċarġ miexi fiha. Fuq dan il-fatt jaħdmu l-muturi tal-elettriku u nistgħu nipproduċu l-elettriku bil-ġeneraturi (generators, dynamos, alternators). U billi l-elettriku jġorr l-enerġija u jġorr iċ-ċarġ, jista’ jikkawża reazzjoni kemikali li jsejħulha electrolysis. B’dan il-mod, inġibu metalli reattivi, bħall-aluminju, u niksu metall b’metall ieħor (electroplating). L-enerġija tal-elettriku tista’ wkoll tinbidel fi sħana bħal kif jiġri f’heater tal-elettriku jew f’bozza bil-filament.

8


Niktbu bil-Malti tajjeb. . .

Ortografija Maltija

Kont taf li fil-Malti nittraduċu ‘exchange rate’ bħala ‘rata tal-kambju’? Ir-rata tal-kambju hija r-rata li biha munita ta’ pajjiż tista’ tiġi skambjata għal munita ta’ pajjiż ieħor. Din tindika wkoll il-valur ta’ munita b’mod relattiv ma' dak ta’ muniti oħra. Fi kliem ieħor, ir-rata tal-kambju hija mod kif tkun taf kemm tiswa l-munita tiegħek f’munita barranija.

Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd. Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com

9


Mid-Djarju tal-Qasam Is-sajf jasal fi tmiemu max-xahar ta’ Settembru. Għalina kien sajf li jibqa’ mfakkar f’din is-sena li fiha l-pandemija kompliet tħalli xi ftit tal-effett fuq l-operat tagħna. Għalkemm anke din is-sena ma stajniex norganizzaw il-Ġimgħa Museumina, il-ġimgħa li torbot flimkien l-attivitajiet tagħna tas-sajf, stajna norganizzaw diversi attivitajiet sportivi u divertenti mingħajr ħafna restrizzjonijiet. Wara li temmejna Lobissajf 2021, li din is-sena kien jinkludi tmien ġimgħat ta’ logħob, kemm il-kbar kif ukoll iż-żgħar taw bidu għal league tal-football. Il-league tal-kbar kien kien missielet sew bejn it-tim ta’ Matthias Said u t-tim ta’ Sebastian Portelli. Dam sejjer madwar tmien ġimgħat u fl-aħħar intrebaħ mit-tim ta’ Matthias Said. Wara mbagħad għalaqna l-attivitajiet tas-sajf permezz ta’ triangular tournament mifrux fuq ġimgħa bejn it-timijiet ta’ Zak Vella, Leander Buttigieg u Sebastian Portelli. Dan it-tournament intrebaħ mit-tim ta’ Leander Buttigieg. Fl-aħħar kellna wkoll premjazzjoni qasira fejn tajna medalja liż-żewġ timijiet rebbieħa taż-żewġ kompetizzjonijiet. Prosit lill-parteċipanti kollha.

10


Komplejna wkoll bil-Pizza Parties ta’ kull ħmistax. Kellna wkoll żewġ mawriet il-baħar għall-Aspiranti biex hekk għalaqna l-attivitajiet tas-sajf, hekk kif kienet ser tibda l-iskola. Issa li bdejna t-tagħlim tax-xitwa nħeġġu lill-adolexxenti kollha sabiex jattendu l-Qasam tagħna. Għandna ħafna affarijiet ippreparati għalikom. Issa li qed nistennew li jiġu rrilaxxati aktar miżuri li kienu marbuta mal-pandemija, inkunu nistgħu niffunzjonaw aktar b’mod normali. Qegħdin ukoll nippreparaw biex fil-ġranet li ġejjin nibdew ukoll il-passiġġati tal-Ħadd. Titilfuhomx. Nieħdu gost żgur fil-kumpanija ta’ xulxin!

Mark

Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur

11


Fuljett maħruġ mill-Museum tas-Subien tan-Nadur


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Nimxu Id F'Id - Ottubru 2021 by Michael Debono - Issuu