Skip to main content

Nimxu Id f'Id - Lulju 2022

Page 1

Ritratt tal-faċċata:

Il-Ġilju tar-Ramel (Pancratium maritimum) magħruf wkoll bħala n-Narċis tar-Ramel jew Pankrazju (bl-Ingliż Sea Daffodils). Hija waħda mill-isbaħ fjuri indiġeni li għandna f’pajjiżna. Tiftaħ fl-aktar xhur sħan u xotti tas-sena, Lulju u Awwissu, u kapaċi tikber f’kundizzjonijiet diffiċli, fosthom fir-ramel qrib il-baħar. Kapaċi tagħmel dan minħabba li tikber minn basla kbira, li tkun mirduma madwar nofs metru taħt ir-ramel, u li fiha taħżen kwantità ta’ ilma u sustanzi. Kull stemma tikber madwar 30 ċentimetru u minnha joħorġu minn tliet sa sitt fjuriet bojod. Ritratt meħud fl-1 ta’ Settembru 2021 - ir-Ramla l-Ħamra - Martin Attard


Għandek Minuta?

Nimxu Id F’Id Lulju 2022

Ħarġa Nru. 509

Scott O’Grady kien pilota Amerikan li kien qed jieħu sehem f’żona ta’ bla ġlied bħala parti mill-kontinġent tal-Ġnus Uniti f’Bosnia. Xi ribelli sparaw u laqtu l-ajruplan. Scott għafas l-ejection lever u sab ruħu fl-ajru nieżel ħelu ħelu bil-parachute. Kien id-dlam iżda kien ċert li dawk li laqtuh kienu qed jistennewh biex jeħduh f’idejhom. Scott inzerta Kattoliku prattikanti. F’dawk il-ftit minuti li dam nieżel talab bil-qalb: “Mulej f’idejk. Taf x’periklu hemm għalija. Jien nittama b’qalbi kollha fil-ħila tiegħek li kapaċi teħlisni u tħarisni.” Meta mess mal-art ġera biex jinħeba fil-foresta li kien hemm fil-qrib. Ftit wara beda jisma’ l-passi u l-isparar. Kienu ġew ifittxuh. Baqa’ moħbi fejn kien. Ma tħarrikx. Imma kompla jitlob f’qalbu. Ma sabuhx iżda kien jaf li filgħodu jerġgħu jiġu jfittxuh. Filparachute kellu razzjon li kien iservih għal ftit jiem. Daħal f’għar u nħeba hemm. Imbagħad għamel kuntatt ma’ sħabu. Tahom dettalji ta’ fejn kien imma ma ridhomx imorru għalih għax kien jaf li l-post fejn niżel kien mgħasses sew. Ħalla xi jiem jgħaddu u bil-lejl kien jiġġerra ’l bogħod minn fejn waqa’ waqt li kompla jinforma lil sħabu. Sakemm wara sitt ijiem kien tbiegħed sew mill-post fejn niżel u sħabu ġew u fi ftit ħin irnexxielhom jeħilsuh. Għal Scott dan kien miraklu. Jgħid li kien iħoss ilpreżenza tal-Mulej qribu. Qisu qed iħaddnu miegħu u jgħattih f’tgħanniqa ta’ mħabba. Scott stess jammetti li hu mhux xi qaddis. Żbalja u għadu jiżbalja bħal kull bniedem. Iżda llum ma jgħaddix jum li fih ma jirriservax ftit ħin għat-talb. Jgħid li għalih dan sar bżonn. Mingħajru ma jgħaddix. Jalla aħna wkoll f’ħajjitna nsibu dawk il-ftit minuti ta’ ġabra u talb. Dan mhux żmien mitluf iżda għodda qawwija li jagħmel ħajjitna isbaħ u mimlija tama f’Missier li jħobbna bħala wliedu u lilna wkoll jixtieq li jħaddanna miegħu bħalma ħaddan lil Scott meta kien moħbi f’għar f’Bosnia.

1


Wirt il-Fundatur Dun Ġorġ ħallielna teżor . . .f’kitbietu

Kulħadd kien jgħid: “Kemm huwa devot kbir u jħobb il-Madonna l-prokuratur tal-artal tar-Rużarju!”

Ġara li l-kappillan ta’ dik il-knisja għamel pranzu fil-festa tat-titular tal-parroċċa, u stieden lill-prokuraturi kollha tal-artali, u ħalla barra lil dan il-prokuratur, jew għax nesa, jew għal xi ċirkostanza oħra. X’għamel dan il-prokuratur? Mar għand il-kappillan jumejn wara l-festa u qallu biex jagħżel ieħor floku għax ma riedx jibqa’ iżjed.

Il-provi jikxfu l-intenzjoni tal-bniedem.

Dan ir-rakkont huwa meħud mill-ktieb Gabinetti fil-Museum, kollezzjoni ta’ ġrajjiet b’tagħlimiet li Dun Ġorġ kien jippubblika minn żmien għal ieħor. Jeżisti abbozz ta’ dawn il-ġrajjiet li x’aktarx huwa tat-tmiem l-1947 jew il-bidu tal-1948.

2

Nimxu Id F’Id - Lulju 2022


Il-Mistoqsija Oħt il-Għerf Xi tfisser il-Mewt is-Sewda? Mela l-mewt għandha xi kulur?

Fl-Ewropa l-iswed ilu marbut mal-mewt. Hu l-kulur ta’ luttu. . . żmien ta’ diqa wara l-mewt.

Din il-Mewt is-Sewda kienet ikkaġunata minn dubbien li kien jgħix fuq ġrieden morda. Infirxet malajr mill-Asja fejn aktarx bdiet fl-1331 u xterdet sal-Ewropa u l-biċċa ta’ fuq tal-Afrika. Jikkalkulaw li ħalliet warajha 25 miljun vittma.

Nimxu Id F’Id - Lulju 2022

3


Maġija fil-Weraq . . .jikteb Dr. Coronato Grech (. . .ikompli mill-ħarġa tax-xahar ta’ Ġunju) Ta’ min jinnota li bil-fotosintesi l-pjanti m’għandhomx għalfejn joqtlu u jieklu ħlejjaq oħra biex jgħixu, kif bilfors iridu jagħmlu l-annimali kollha. Fil-fatt kienu l-pjanti li evolvew fuq din il-pjaneta ferm qabel l-annimali. Ukoll l-ossiġnu li għal miljuni ta’ snin il-pjanti tefgħu flatmosfera għenu biex din titbiddel u allura setgħu jevolvu annimali li jieħdu n-nifs u jitferrxu fuq l-art. Il-pjanti kienu li ppreparaw għal din id-drama kerha eżistenjali. Intant, il-proċess tar-respirazzjoni fl-annimali huwa l-oppost tal-fotosintesi, għax l-annimali jieħdu l-ossiġnu mill-arja, jużawh biex iħaddmu l-ikel u jitfgħu fl-arja l-gass carbon dioxide. Allura għall-bilanċ ekoloġiku, l-annimali u l-pjanti huma bżonn xulxin, għalkemm ovvjament huma l-annimali li ma jgħaddux mingħajr il-pjanti.

(dan l-artiklu jkompli fil-ħarġa tax-xahar id-dieħel)

4

Nimxu Id F’Id - Lulju 2022


. . .jikteb Ritchie Grech Il-Kamla Għalkemm il-friefet u baħrijiet ma jissemmewx fil-Bibbja żgur li kienu jeżistu. Tissemma biss il-kamla li tidher li kienet problema għax tiekol il-ħwejjeġ. Il-kamla hi baħrija żgħira li proprja x-xagħat tagħha jiekol il-ħwejjeġ u mhux l-adult. Il-profeta Hosegħa jwissi lillpoplu Lhudi li għad iħallas ta’ dnubu: “jien bħall-kamla għal Efrajm; bħas-susa għal dar Ġuda”[Hos 5,12]. F’Isaija nsibu: “għax bħal biċċa drapp tikolhom il-kamla, u bħas-suf jikolhom il-wirdien” [Is 51,8]. Is-Salm 39 ifakkarna kemm m’aħna xejn: “. . .bħal kamla tgħarraqlu ġmielu. Tassew, daqsxejn ta' nifs kull bniedem” [S 39,12]. Ġob ukoll jitkellem fuq il-frugħa tal-bniedem: “jintemm bħal għuda msewsa, bħal libsa mekula mill-kamla” [Ġob 13,28].

Fil-Ġdid Testment insibu lil San Ġakbu jwissi lis-sinjuri: “ġidkom tħassar, ħwejjiġkom kilithomlkom il-kamla” [Ġak 5,2]. U forsi l-aktar frażi magħrufa fejn jissemma dan l-insett hi t-twissija minn fomm Ġesù stess: “tgeddsux għalikom teżori f'din id-dinja, fejn kollox jitmermer bil-kamla u s-sadid, u fejn il-ħallelin jinfdu u jisirqu. Iżda ġemmgħu għalikom teżori fis-sema, fejn xejn ma jitmermer u la bil-kamla u lanqas bis-sadid, u fejn ma hemmx ħallelin jinfdu u jisirqu. Għax fejn hemm it-teżor tiegħek, hemm tinsab qalbek ukoll.” [Mt 6,19-21].

Nimxu Id F’Id - Lulju 2022

5


Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.

Xi familji f’Londra huma sikwit imħajra jikru qattus biex jeħlishom mill-ġrieden li jista’ jkollhom id-dar. Dawn il-qtates jitqassmu mill-għaqda ħbieb tal-annimali. Frott din l-inizjattiva ħafna familji jkunu jridu jżommu l-qtates għal dejjem. Għax bejn il-qattus u sidu tkun nibtet ħbiberija sabiħa. Hekk aħna mal-Mulej. Meta noffrulu qlubna u jiġi joqgħod għandna tinħoloq relazzjoni bejnietna u ma nkunux nixtiequ li jitlaqna. Inkunu drajna bih u nixtiquh qribna kuljum. . . kull ħin.

6

Nimxu Id F’Id - Lulju 2022


Dom Toomey inħasad meta ċemplulu l-pulizija ta’ Anchorage fl-Alaska fejn joqgħod u qalulu li xi ħadd kien sab ċurkett li aktarx kien tiegħu. U kien ilu mitluf iktar minn 50 sena.

Sabu lil sidu għax fiċ-ċurkett kien hemm l-annu u l-isem tal-iskola. Kien ċurkett ta’ klassi biex jibqa’ jfakkarhom li xi darba kienu jattendu skola f’Massachusetts. Tgħid kien jaf dwar Sant’Antnin li jsib il-ħwejjeġ mitlufin? Naħseb li anki jekk kien jaf bih kien ilu li qata’ jitolbu biex isibhulu. Għax aħna kultant inħarsu lejn it-talb qisu kien swiċċ tal-elettriku. Tmissu u jixgħel. . . titlob u taqla’. Kultant il-Mulej ikun iridna nitolbu ftit iktar.

Nimxu Id F’Id - Lulju 2022

7


. . .jikteb Joe Portelli It-Tipi ta’ Ċelloli Bojod - It-Tieni Parti Tip ta’ ċellola X’xogħol tagħmel bajda 2.Granulocyte: Għandhom nu kleu b ’iktar minn boċċa waħda. Fihom bżieżaq li fihom sustanzi potenti. Skont kif jieħdu l-kulur il-bżieżaq tagħhom meta jtuhom il-kulur fillaboratoru, jikklassifikawhom bħala neutrophils, eosinophils jew basophils. Isiru fil-mudullun tal-għadam. Jeħilsu minn ħlejjaq ħajjin relattivament kbar li jikkawżaw il-mard bħal protozoa u helminths. a)Neutrophils L-ewwel li jaslu fejn hemm l-infezzjoni 50 sa 80 fil-mija u jibilgħu lill-ħlejjaq li jikkawżaw iltaċ-ċelloli l-bojod mard. huma neutrophils. b)Eosinophils Jeqirdu l-parassiti u jbiddlu l-ammont Bejn 1 u 6 fil-mija ta’ infjammazzjoni. c)Basophils Fil-bżieżaq ta’ ġoċ-ċelloli, għandek Xi 1 fil-mija histamines u leukotrienes li joħolqu infjammazzjoni. 3.Monocyte L-ikbar ċellola tad-demm. 4 sa 8 fil-mija miċ-ċelloli lbojod.

8

Jakkwistaw l-abbiltà li jibilgħu ħlejjaq li jikkawżaw il-mard. Bl-Ingliż isejħulhom macrophages.

Nimxu Id F’Id - Lulju 2022


. . .niktbu

Ortografija Maltija

bil-Malti tajjeb X’għandek tikteb: uffiċċju jew uffiċju?

It-tajba hija l-ewwel waħda, jiġifieri ‘uffiċċju’ bid-doppja ‘ċ’.

Huwa minnu li niktbu ‘uffiċjal’ (EN: officer) u ‘uffiċjali’ (EN: official) b’ċ waħda, iżda titqarraqx u tħallihomx ifixkluk! Għandek dejjem tikteb ‘uffiċċju’ bid-doppja ‘ċ’.

Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd. Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com Nimxu Id F’Id - Lulju 2022

9


Mid-Djarju tal-Qasam Għalkemm Ġunju jitqies bħala laktar xahar kwiet għall-Qasam tagħna, dan ma kienx il-fatt għaliex tajna bidu għal diversi attivitajiet li ser ikomplu magħna matul l-istaġun tas-Sajf. Fis-6 ta’ Ġunju tajna bidu għal Lobissajf taż-Żgħar li issa jibqa’ sejjer matul ix-xahar ta’ Lulju u jiġi fi tmiemu fil-Ġimgħa Museumina fit-tieni ġimgħa ta’ Awwissu flimkien ma’ Lobissajf tal-Kbar li jibda fl-1 ta’ Lulju. Il-Ġimgħa 10 ta’ Ġunju grupp ta’ 19-il adolexxent mill-Qasam tagħna rċevew il-Griżma tal-Isqof minn idejn il-Vigarju Ġenerali Mons Tarcisio Camilleri għar-raġuni li l-Isqof kien indispost. Inħeġġu lil dawn l-adolexxenti sabiex ikomplu jattendu għat-tagħlim u l-attivitajiet li għandna mħejjija matul dan is-Sajf.

10

Nimxu Id F’Id - Lulju 2022


Bdew ukoll ilpreparamenti marbuta malĠimgħa Museumina li din issena qed tfakkar il-75 anniversarju tal-bidu talQasam tas-Subien fin-Nadur. Fil-bidu ta’ Ġunju rrekordjajna l-Play li din issena ser tkun fuq Dun Mikiel Attard li huwa wieħed millbenefatturi l-kbar tal-Qasam tagħna u ħadem ħafna biex il-Qasam jikber ġewwa n-Nadur. Issa jibdew ukoll il-provi lill-kast li jgħodd numru kbir, kemm ta’ adolexxenti kif ukoll ta’ old boys tal-Qasam tagħna. Fil-ġranet li ġejjin jibda x-xogħol fuq wirja li ser tittella’ fis-Sala t’isfel li ser tittratta dwar l-Istorja tal-Qasam tagħna tul dawn l-aħħar 75 sena. Fil-ġranet tal-Imnarja ġejna wkoll mistiedna biex inżejnu n-niċċa ta’ San Pietru u San Pawl li fil-jiem tal-festa tkun vojta. Dan biex infakkru wkoll il-75 anniversarju tal-Qasam. Għalhekk ħadna l-istatwa tal-Madonna tal-Qasam flimkien mal-logo tal-75 sena u xbieha tal-Fundatur tagħna San Ġorġ Preca. Kienu bosta dawk il-barranin li kkummentaw b’mod pożittiv fuq din il-‘wirja’ ċkejkna.

Mark Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur Nimxu Id F’Id - Lulju 2022

11


Fuljett maħruġ mill-Museum tas-Subien tan-Nadur


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Nimxu Id f'Id - Lulju 2022 by Michael Debono - Issuu