Ritratt tal-faċċata:
Artikla Ħamra (Beadlet Anemone - actina equina)
Għalkemm tista’ taħsibha xi tip ta’ fjura, fil-fatt hija annimal marittimu. Jikber sa 5 ċentimetri fid-dijametru u jaf ikollu 192 tentakolu u dawn imqassmin f’sitt ċrieki wieħed f’ieħor. Il-ħalq jinsab fin-nofs. Bħat-tentakoli tal-bram, dawn għandhom ftit velenu biex jipparalizzaw u jaqbdu organiżmi żgħar li jkunu għaddejjin minn ħdejhom u eventwalment jikluhom. Meta jitbaxxa l-livell tal-baħar u jsibu ruħhom barra mill-ilma, it-tentakoli jinġabru ġewwa u jieħdu forma ta’ ballun.
Ritratt meħud fit-22 ta’ Mejju 2022 - Daħlet Qorrot, in-Nadur - Martin A ttard
Għandek Minuta?
Nimxu Id F’Id Ġunju 2022
Ħarġa Nru. 508
Għall-parruċċani li kienu jattendu l-knisja ta’ San Donaci x-xena kienet waħda tas-soltu. Ħadd ma kien jilmenta li l-anzjana Maria Lochi kienet iġġib magħha l-knisja l-kelb fidil bl-isem ta’ Tommy. Kien iwennisha u ma setgħetx tħallih waħdu d-dar għax jibda jingħi. Il-kappillan, Don Donato Panna kien taha l-permess għax kien jaf li Tommy ser iġib ruħu sew. Forsi ferm iktar minn ħafna mill-parruċċani. Kien joqgħod kwiet ħdejn sidtu u lanqas kien jitħarrek meta din tqum biex titqarben għax kien jaf li għadu ma wasalx il-ħin li joħorġu flimkien. Dam jagħmel hekk is-snin. Meta sidtu mietet, il-kelb fidil li issa kellu 12-il sena akkompanja t-tebut u qagħad fejn kien joqgħod is-soltu għalkemm sidtu ma kinitx fil-bank. U baqa’ jmur il-knisja u joqgħod fl-istess post kuljum għal bosta ġimgħat. Donnu jistenna li xi darba terġa’ titfaċċa sidtu. B’wiċċ imdejjaq kien iħares ’il hawn u ’l hemm biex forsi jilmagħha xi mkien. Il-parruċċani ħabbewh lil Tommy u kienu jeħdulu l-ikel ħdejn id-dar tax-xiħa biex ma jkun jonqsu xejn għajr il-preżenza ta’ Maria. L-istorja dehret fuq il-gazzetti u ħafna kienu dawk li kienu jattendu għall-quddiesa tal-Ħadd fil-parroċċa ta’ San Donaci biex ikunu xhieda ta’ din il-ħbiberija dejjiema bejn il-kelb u l-bniedem. U din l-istorja baqgħet tirrepeti ruħha sakemm Tommy miet. Dment li kien għadu jiflaħ jimxi ma naqas qatt li jkun fejn kienet toqgħod sidtu, jistennieha bit-tama li fl-aħħar jerġa’ jaraha. Mhux jaħasra li l-imħabba tagħna lejn il-Mulej tkun tixbah l-imħabba li Tommy kellu għal sidtu Maria.
1
Wirt il-Fundatur Dun Ġorġ ħallielna teżor . . .f’kitbietu
Rajmondu, ġuvni fuq ruħu, kien Bormla riekeb fuq bicycle bla dawl billejl. Il-pulizija ħarrku. Rajmondu qallu: “Issa din iċ-ċitazzjoni sejra tmiss lilek ukoll, għax mhux jien waħdi, iżda ħbieb tiegħi oħra rajniek tpejjep waqt is-servizz.” Iċ-ċitazzjoni baqgħet sejra mar-riħ, għax ma ġietx ippreżentata. Min jiskonġra jeħtieġ li jkun pur, jgħid il-proverbju.
Dan ir-rakkont huwa meħud mill-ktieb Gabinetti fil-Museum, kollezzjoni ta’ ġrajjiet b’tagħlimiet li Dun Ġorġ kien jippubblika minn żmien għal ieħor. Jeżisti abbozz ta’ dawn il-ġrajjiet li x’aktarx huwa tat-tmiem l-1947 jew il-bidu tal-1948.
2
Nimxu Id F’Id - Ġunju 2022
Il-Mistoqsija Oħt il-Għerf Liema huma s-siġar li l-iktar li jikbru fil-għoli? Is-siġra ġganta msejħa redwood ta’ California. Titla’ 90 metru, jiġifieri trid it-tul ta’ tliet grawnds tagħna biex tkun tista’ tmiddha mal-art. Iz-zokk tagħha jkollu dijametru ta’ 15-il pied jew iktar. Kapaċi tgħix sa 1,500 sena.
Nimxu Id F’Id - Ġunju 2022
3
Maġija fil-Weraq . . .jikteb Dr. Coronato Grech (. . .ikompli mill-ħarġa tax-xahar ta’ Mejju) L-ewwel li studja l-proċess tal-fotosintesi, kien it-tabib Olandiż Jan Ingenhousz (1730-99). Huwa sab li l-pjanti jieħdu l-gass carbon dioxide u jitfgħu ’l barra l-ossiġnu, imma li jagħmlu dan biss fil-preżenza tad-dawl tax-xemx. Ħafna qabel, il-Flemiż Jan Baptist Helmont (1577-1635), minn esperimenti li għamel, sab li l-ilma li tixrob il-pjanta jinbidel fil-materjal tagħha. Kien sab ukoll li l-gass carbon dioxide jifforma meta l-injam jaqbad. Wieħed mill-iktar li studja l-fotosintesi fid-dettall kien l-Amerikan Melvin Calvin (1911-97) u li minħabba f’hekk kien rebaħ premju Nobel.
(dan l-artiklu jkompli fil-ħarġa tax-xahar id-dieħel)
4
Nimxu Id F’Id - Ġunju 2022
. . .jikteb Ritchie Grech Il-Brimba Il-brimb jinstab mad-dinja kollha barra mill-Antartiku. Skont l-istudjużi hemm madwar 48,200 speċi ta’ brimb imqassmin f’120 familja. Minn dejjem għaġġbu lil bniedem kif jaħdmu l-għanqbuta tagħhom, kull speċi b’waħda differenti, minn likwidu li malli jmiss mal-arja jibbies. Fil-Bibbja wkoll insibu referenzi għall-brimb u għax-xogħol tagħhom. Isaija jċanfar lil-Lhud għax il-ħażen kien kotor wisq qalb il-poplu t’Alla: “ifaqqsu bajd is-sriep, u jinsġu għanqbut il-brimb. Min jiekol mill-bajd tagħhom imut; u jekk tkisser waħda minnhom tfaqqas lifgħa. L-għanqbut tagħhom ma jlibbisx, u b'xogħolhom in-nies ma jilbsux għax xogħolhom xogħol il-ħażen, u għemil il-vjolenza għemil idejhom” [Is 59,5-6]. Anke fil-ktieb ta’ Ġob insibu lil Bildad iċanfar lil Ġob u jakkużah li d-deni li ġie fuqu kien kollu tort il-ħażen tiegħu u t-tama żgħira li kellu f’Alla, akkuża li Ġob ċaħad b’saħħtu kollha: “għax irqiqa sifja t-tama tiegħu, għanqbuta l-fiduċja tiegħu. Iserraħ fuq daru iżda ma tiflaħx, jaqbad magħha iżda ma żżommx.” [Ġob 8,14-15]. U jkompli Ġob iċanfar lil min jkun għex fil-ħażen: “ikun bena daru bħal għanqbuta, bħala għarix li tella' għassies” [Ġob 27,18].
Nimxu Id F’Id - Ġunju 2022
5
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.
F’Marzu 2015 waqt li l-Papa Franġisku kien qed jagħmel żjara f’Napli qal li jixxennaq għall-biċċa pizza Naplitana. Lanqas laħaq sema’ x-xewqa li n-Naplitan Enzo Cacialli mar ippreparalu waħda u meta l-Papa kien għaddej mit-toroq tal-belt, Enzo qorob u ppreżentahielu. Il-Papa laqagħha bittbissima u n-nies infexxet iċċapċap għax bla ma forsi kien jaf, ix-xewqa tiegħu fissret reklam enormi għall-pizza Naplitana.
6
Nimxu Id F’Id - Ġunju 2022
F’Marzu 2015 ittra li nkitbet fuq il-vapur Titanic u li fil-fatt qatt ma ntbagħtet lil min kellu jirċeviha, inbiegħet bħala xi ħaġa marbuta ma’ din it-traġedja. Għax fl-ittra kien hemm dettalji dwar il-vjaġġ ta’ dan il-vapur sa ftit ħin qabel seħħet id-diżgrazzja. U min xtara l-ittra, ċertu Garreth Wood minn Edinburgh, ħallas għaliha 150,000 ewro. Mur għidilha lil min kiteb l-ittra li l-kitba tagħha ser iġġib daqstant flus. Ara kemm hawn awturi li jqattgħu ħajjithom jiktbu u ma jaqilgħux din is-somma bil-paġni kollha li jkunu kitbu.
Id-dilettanti sinjuri kapaċi jħallsu somom kbar biex jakkwistaw dak li jixtiequ. Mhux jaħasra li aħna wkoll nixxennqu għall-Ġenna bl-istess xewqa tad-dilettanti għall-memorji tat-Titanic.
Nimxu Id F’Id - Ġunju 2022
7
. . .jikteb Joe Portelli It-Tipi ta’ Ċelloli Bojod - L-Ewwel Parti Tip ta’ ċellola X’xogħol tagħmel bajda 1.Lymphocytes: Xi 30 fil-mija taċ-ċelloli bojod huma lymphocytes. a)Lymphocyte B cell. Isiru fil-mudullun talgħadam. b)Lymphocyte T cell titbiddel f’ċelloli differenti: helper regulatory, cytotoxic jew memory T cells. Isiru fil-mudullun talgħadam u jimmaturaw fit-thymus. It-thymus huwa glandola limfatika li tinstab taħt l-għadma tas-sider. c)Helper T Cells:
d)Ċelloli T regolatorji e)Cytotoxic T Cells f)Memory T Cells g)NK (Natural Killer) Cells
8
Tinbidel fi plasma cell u tibda tipproduċi l-antibodies. Jagħrfu li ċellola hi infettata jew li ċellola talkankru u joqtluha. Jgħinu wkoll biex jiġu magħmulin l-antibodies.
Jixegħlu (jattivaw) lil ċelloli oħra biex dawn jibdew jiġġieldu l-mard. Jipproduċu scytokines. Jorkestraw il-ġlieda kontra l-mard. Jeħlu u joqtlu ċelloli infettati bil-mard u ċelloli tal-kankru. Idumu ħajjin għal ħafna żmien wara li tkun fiqt u għalhekk il-ġisem jibqa’ jiftakar (ikollu memorja) kif jiġġieled dik il-marda. Xogħol bħat-T cells.
Nimxu Id F’Id - Ġunju 2022
. . .niktbu
Ortografija Maltija
bil-Malti tajjeb
Kelli l-agħar ġurnata tal-ġimgħa! jew Kelli l-għar ġurnata tal-ġimgħa! Liema hija t-tajba f’dan il-każ, ‘agħar’ jew ‘għar’? ‘Agħar’ u ‘għar’ it-tnejn jeżistu fil-kitba Maltija u jaqgħu taħt il-kategorija ta’ omofoni, jiġifieri kliem li jitlissen l-istess u ġieli wkoll jinkiteb l-istess, iżda li jġorr tifsira differenti.
‘Agħar’ hija l-ekwivalenti ta’ ‘worse’ fl-Ingliż, mentri ‘għar’ hija l-ekwivalenti ta’ ‘cave’. Għalhekk f’dan il-każ it-tajba hija ‘agħar’.
Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd. Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com Nimxu Id F’Id - Ġunju 2022
9
Mid-Djarju tal-Qasam Din is-sena stajna nerġgħu norganizzaw il-Quddiesa fl-okkażjoni tal-Fundatur tagħna San Ġorġ Preca f’jum il-festa liturġika tiegħu – dik tad-9 ta’ Mejju, wara li għal dawn l-aħħar sentejn din ma setgħetx issir. Kienet quddiesa sabiħa ħafna animata mill-Kor u li fiha l-Arċipriet Mons. Jimmy Xerri wasslilna omelija mibnija fuq sentenzi li kien iħobb itenni Dun Ġorġ. Kien hemm ukoll preżenza sabiħa ta’ tfal, adolexxenti, ġenituri u ħbieb miż-żewġ sezzjonijiet għal din il-quddiesa. Fid-29 ta’ Mejju saret l-ewwel Tqarbina lit-tfal tal-parroċċa tagħna. 19-il tifel li jattendu l-Qasam tagħna flimkien ma’ 14-il tifla, irċevew lil Ġesù Ewkaristija għall-ewwel darba. Bħas-snin ta’ qabel il-Covid saret purċissjoni qasira minn ħdejn il-Qasam tagħna sal-Pjazza fejn wara saret il-quddiesa li fiha ħadu sehem it-tfal permezz ta’ qari ta’ talbiet u t-tlugħ tal-offerti li f’dawn l-aħħar sentejn ma setax isir minħabba r-restrizzjonijiet li kien hemm.
10
Nimxu Id F’Id - Ġunju 2022
Fl-aħħar jum ta’ Mejju, ukoll wara nuqqas ta’ sentejn, organizzajna l-Purċissjoni blistatwa tal-Madonna tal-Qasam mill-Pjazza sal-Qasam u wara sar Programm ad unur tal-Madonna bis-sehem talkant, poeżiji u Prietka qasira. Tifel u tifla minn kull klassi flimkien ma’ ġenitur offrew ukoll bukkett lill-Madonna u wara l-Arċipriet Emeritus Mons Salv Muscat, fl-assenza tal-Arċipriet li kien imsiefer, għamel it-talba ta’ Konsagrazzjoni lill-Madonna. Għal din l-attività kien hemm attendenza numeruża ħafna. Grazzi lil dawk kollha li għenuna narmaw għal din l-attività Bdiet is-sħana u millaħħar Ħadd ta’ Mejju lPassiġġata tagħna ħaditna lejn ir-Ramla l-Ħamra u magħha lewwel għawma tas-Sajf. Nistiednu aktar adolexxenti biex jingħaqdu magħna. Tkomplew ukoll ittħejjijiet marbuta mal-Ġimgħa Museumina li din is-sena qed infakkru wkoll il-75 sena millbidu tal-Museum tas-Subien fin-Nadur. Ħriġna wkoll Logo biex infakkru din l-okkażjoni. Grazzi lil Maria Camilleri li ħejjiet dan il-logo. Isfel jidher ukoll il-kliem “...biex nagħrfuk u nħobbuk, Sinjur Alla.” Hija l-istqarrija li għażilna bħala l-motto ta’ dawn l-attivitajiet marbuta mal-Qasam tagħna.
Mark Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur Nimxu Id F’Id - Ġunju 2022
11
Fuljett maħruġ mill-Museum tas-Subien tan-Nadur