Ritratt tal-faċċata: Sicilian Shrew (Crocidula Sicula) Għalkemm f’pajjiżna dan l-annimal huwa magħruf bħala l-Ġurdien Ta’ Denbu Twil, fil-fatt mhuwiex ġurdien. Huwa iżgħar fid-daqs, denbu iqsar, aktar muswaf u mnieħru ferm aktar ippuntat. Annimal rarissimu li apparentament jinsab f’Għawdex biss u skont ċertu studju x’aktarx li huwa speċi li għadha ħajja mill-Era tas-Silġ li ntemmet 2.5 miljun sena ilu. Jiekol insetti, dud u karkassi ta’ gremxul. Dan l-ispeċi partikolari (Crocidula Sicula ssp. Calypso) huwa endemiku għal gżira t’Għawdex.
Ritratt meħud fit-30 ta’ Diċembru 2021 - Wied Binġemma, in-Nadur - Martin A ttard
Għandek Minuta?
Nimxu Id F’Id April 2022
Ħarġa Nru. 506
John Rendall u Anthony Bourke kellhom iljun żgħir li kienu qed irabbuh qishom kellhom xi kelb. L-iljun beda jikber iżda qatt ma wera l-inqas aggressività. Anzi kien mans ħafna, jieħu pjaċir b’min joqgħod jilgħab max-xagħar ta’ taħt geddumu. Kien jilgħaq bil-qalb is-swaba’ ta’ min ikun qed ifissdu biex jurih kemm qed jieħu pjaċir. Iżda ż-żmien baqa’ għaddej u l-iljun beda jikber. John u Anthony sikwit kienu joħorġu jpassu miegħu. Kien ikun marbut iżda min kien jiltaqa’ magħhom kien jieħu qatgħa jara ljun għaddej qisu kien xi kelb fidil. Bdew isiru rapporti lill-pulizija li dan l-annimal sar perikoluż u m’għandux jibqa’ jgħix fost l-abitanti. Anki Anthony u John fehmu li n-nies kellhom raġun. Riedu jagħmlu xi ħaġa. U fl-aħħar iddeċidew li jeħduh il-Kenya u jitilquh fis-safari biex jingħaqad ma’ ljuni oħra fl-ambjent proprju tagħhom. Bkewh meta ħallewh warajhom. Għaddew sentejn u l-ħbieb imtlew bixxewqa li jerġgħu jaraw l-iljun tagħhom. U rritornaw il-Kenja u marru fis-safari fejn kienu telquh. Ħarġu millkarozza u bdew jgħajtulu b’ismu. . .Christian. U Christian sema’ l-għajta u għarafha. Lebbet lejn fejn kienu Anthony u John. Min kien magħhom twerwer jara ljun ġej jiġri għal ħdejhom. Iżda Anthony u John kienu żguri li Christian ma kienx ġej biex jaħbat għalihom iżda biex jurihom li ma nesihomx. U hekk kien. Għax tgħidx kemm għannaqhom bil-qalb u beda jilgħaq wiċċhom. Donnu ried juri li hu mhux biss jismu Christian imma ried ikun Kristjan bil-fatti. Anki jekk qatt ma fehem x’ifisser ismu. Gratitudni tremenda f’annimal selvaġġ. Jalla f’qalbna wkoll jkollna imqar daqstant gratitudni lejn il-ġenituri li tant jagħmlu magħna u għalina. U mal-ġenituri nħossuna grati wkoll lejn il-Mulej li jħobbna bi mħabba tal-ġenn. Ferm iktar milli qatt setgħu jħobbu l-iljun tagħhom il-ħbieb li semmejna fl-istorja.
1
Wirt il-Fundatur Dun Ġorġ ħallielna teżor . . .f’kitbietu
Imperatur kien jiġġudika biss fuq l-estern skont is-sensi tiegħu, u ħuh ikkoreġieh billi offrielu jagħżel, waħda minn żewġ kaxxi. Kaxxa kien fiha għadma, u din kienet minn barra sabiħa wisq, u l-oħra kien fiha djamant prezzjuż wisq, li l-imperatur bosta drabi kien talabhulu lil ħuh, u din minn barra kienet bla ebda tiżjin. L-Imperatur għażel il-kaxxa mżejna u sabiħa u fiha sab l-għadma. Allura ħuh fetaħ quddiemu l-kaxxa l-oħra, u wrieh x’kien fiha.
M’għandux wieħed jiġġudika skont il-wiċċ, iżda skont il-ġustizzja.
Dan ir-rakkont huwa meħud mill-ktieb Gabinetti fil-Museum, kollezzjoni ta’ ġrajjiet b’tagħlimiet li Dun Ġorġ kien jippubblika minn żmien għal ieħor. Jeżisti abbozz ta’ dawn il-ġrajjiet li x’aktarx huwa tat-tmiem l-1947 jew il-bidu tal-1948.
2
Nimxu Id F’Id - April 2022
Il-Mistoqsija Oħt il-Għerf Min ivvinta l-gomma? Tiskanta. Il-gomma ġiet xi mitejn sena wara li kien daħal fl-użu l-lapes. Qabel kienu jużaw materjali differenti biex iħassru dak li jkun inkiteb jew ġie ddisinjat. Imma l-Enġinier Ingliż Edward Naine (1770) intebaħ li l-lasktu jagħmel xogħol aħjar minn kull materjal ieħor li kien jintuża qabel. Imbagħad Charles Goodyear saħħaħ il-lasktu biex għamlu iktar resistenti u hekk il-gomma ġiet isservi ħafna iżjed. Kien imbagħad Hymen Lipman li fl-1858 ivvinta l-lapes bil-gomma miegħu. Imma tgħid għax ħadet 150 sena biex issir din il-kixfa li hi tant loġika? . . .lapes u gomma jmorru flimkien!
Nimxu Id F’Id - April 2022
3
Maġija fil-Weraq . . .jikteb Dr. Coronato Grech Hija ħaga ovvja li l-kampanja, speċjalment dik tax-xitwa, hija ħadra minħabba l-ħaxix, is-siġar u l-pjanti, u li dawn huma hekk prinċipalment minħabba l-weraq u magħhom xi zkuk u friegħi ta’ pjanti żgħar li huma ħodor ukoll. X’inhu li jagħmel din il-ħdura sabiħa fil-weraq? Bħal kull ħaġa ħajja oħra, il-weraq huma magħmulin minn ċelloli li trid mikroskopju biex tarahom. Li għandhom partikolarment differenti ċ-ċelloli tal-pjanti huma li fihom ħafna boċċi żgħar li huma ħodor. U jerġa’ dan il-kulur ġej minn molekola kkumplikata msejħa klorofil, mill-Grieg kloros li jfisser aħdar. Kien biss fil-1817 li l-klorofil ġie identifikat u msemmi minn żewġ xjentisti Franċiżi u jerġa’ kien wara ħafna riċerki minn ħafna oħrajn, li sal-1967, sirna nafu l-istruttura u l-funzjoni daqsxejn fid-dettall. U aċċidentalment, il-molekola tal-klorofil tixbah ħafna lill-moleka ħemoglobina li tinsab fiċ-ċelloli ħomor tad-demm u li ġġor l-ossiġnu mill-pulmuni għal madwar il-ġisem kollu. Imma waqt li l-klorofil fih il-metall magnesium (kif instab fl-1906) il-ħemoglobina fija l-ħadid. Dan kollu jkompli juri l-unità tal-ħajja kollha.
(dan l-artiklu jkompli fil-ħarġa tax-xahar id-dieħel)
4
Nimxu Id F’Id - April 2022
. . .jikteb Ritchie Grech Id-Dubbiena Qtajja’ ta’ dubbien kien ir-raba’ kastig fuq l-art tal-Eġittu li mess lillFargħun u ġab ħafna mard. Dan talli ma ħalliex lil-Lhud jitilqu minn pajjiżu “u daħlu qtajja' ta' dubbien fid-dar tal-Fargħun, fid-djar tal-qaddejja tiegħu u fl-art kollha tal-Eġittu, u tħassret l-art minħabba d-dubbien” [Eż:8:21]. Id-dubbien jagħmel parti mill-familja tal-insetti, li huma l-akbar speċi fid-dinja. Id-dubbien hu żgur tajjeb ħafna biex itir. Fil-fatt l-isem bl-Ingliż hu proprju fly. Kien komuni minn dejjem u hekk għadu u jeżistu ħafna speċi differenti fosthom dawk li jgħixu u jbidu fis-suf tal-annimali u fil-ħamiem. Dawn aħna nafuhom bħala xidja għax ma jħallux lil annimal li jkunu fuqu u aħna nirreferu wkoll għall-persuna fitta bħala xidja! Tissemma wkoll fil-Bibbja! “Erħa sabiħa l-Eġittu, xidja mit-Tramuntana ġiet fuqu” [Ġer 46:21]. Anke d-dubbiena Afrikana tropikali tsetse kienet komuni fost il-Lhud fl-Eġittu li bil-gidma tagħha tferrex il-marda tal-irqad. Xi riferenzi oħra fil-Bibbja: “u jiġri f'dak il-jum: isaffar il-Mulej lid-dubbiena, li hemm f'ras ix-xmajjar tal-Eġittu” [Is 7:18]. “Bħalma d-dubbien mejjet initten il-fwieħa fil-vażett, hekk il-fama kbira tal-għaref tgħarraqha ftit tal-bluha” [Koħ 10:2]. Anke Salmi 78 vers 45 u 105 vers 31 ifakkru fil-kastigi li ġew fuq il-Fargħun u l-Lhud inħelsu.
Nimxu Id F’Id - April 2022
5
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima. Lily kien l-isem li ngħatat ħarufa żgħira li kienet tgħix ma’ familja Ingliża f’Northamptonshire. U tant drat tgħix mal-klieb tal-familja li bdiet tagħmel bħalhom. . . torqod fejn jorqdu huma, tħokk ma’ sidha bħalma kienu jagħmlu huma, u tilgħab bħalma kienu jilagħbu huma. Kemm logħob bejn l-annimali u kemm logħob mas-sid. Dan qal: “Kollox tagħmel bħal klieb. . . barra li tinbaħ.” Il-proverbju jgħid: Għidli ma’ min tagħmilha u ngħidlek x’int.
U dan ma jgħoddx biss għall-ħrief li jagħmluha mal-klieb.
6
Nimxu Id F’Id - April 2022
Zach Norris inzerta dilettant tal-arloġġi. Fi Frar 2013 daħal għand regattier f’Phoenic Arizona, u lemaħ arloġġ tal-idejn li għoġbu. Kien jidher antik u li xeba’ jintlibes. Peress li sabu immarkat 6 dollari ddeċieda li jixtrih. Meta wasal id-dar ħa ritratt tiegħu u poġġieh fuq website għax basar li seta’ jkun jiswa ħafna iktar minn 6 dollari. U hekk kien tabilħaqq għax larloġġ kien Jaeger-LeCoultre li dilettant ieħor, din id-darba sinjur kbir, tah tiegħu 35,000 dollar. Somma enormi għal Zach li b’kumbinazzjoni kellu ħafna spejjeż ġejjin peress li kien ser jiżżewweġ fi ftit ġimgħat. Meta ma tapprezzax li jkollok tneħħih bix-xejn. Kultant nagħmlu hekk aħna meta nfallu quddiesa bi skużi tat-tfal. Għal min jemmen inkunu rmajna teżor.
Nimxu Id F’Id - April 2022
7
. . .jikteb Joe Portelli Il-Jena Mtektka (Spotted Hyena jew Laughing Hyena) L-isem xjentifiku huwa Crocuta crocuta. Il-film Lion King ta’ Disney ta fama ħażina lill-jena għax ġiet impinġija bħala annimal li jikkomplotta, ċiniku u miġnun. Imma l-jena hi annimal dinjituż daqs l-iljun u t-tigra. Il-jena tiġri b’veloċità ta’ 55 kilometru fis-siegħa għal tul ta’ 3 kilometri. Għandha xedaq b’saħħtu li kapaċi jkisser għadam oħxon ta’ 7 ċentimetri. L-istonku kapaċi jħoll l-għadam tant li l-ħmieg tal-jena għandu kulur abjad għax fih ammont kbir ta’ kalċju. Ħafna mard ma jidhirx li jagħmel effett ħażin fuq l-jena. Fil-fatt l-anthrax (marda kkawżata b’tip ta’ bacterium) u r-rabies (rabja - marda kkawżata b’virus) ma jidhrux li naqqsu l-ammont ta’ jeni f’post imma qatlu karnivori oħra li jgħixu hemm. Meta jmut xi persuna mill-Maasai jitħalla barra biex jittiekel mill-jeni. Il-Maasai (jew Masai) huma razza ta’ nies li jgħixu fil-Lvant tal-Afrika u huma nomadi jiġru mal-merħliet tagħhom. Il-jena tgħix fi grupp isejħulu clan. Dan il-grupp jaf ilaħħaq mal-mija. In-nisa jkunu fuq nett f’dal-grupp. Il-jena għandha ħafna intelliġenza soċjali. Saqajha ta’ wara huma iqsar minn saqajha ta’ quddiem u għalhekk daharha mżerżaq ’l isfel lura. Iktar hi qrib il-qattus milli lejn il-kelb bħala razza. L-eqreb razez li jiġu minnha huma l-fossa tal-Madagaskar u l-mongooses u s-civets. Hi karnivoru. Għalkemm uħud jaħsbu li jieklu biss dak li jħallu warajhom l-iljuni, 95 fil-mija tal-ikel li jieklu jaqbduh huma. Il-jena u l-bniedem jistgħu jgħixu fil-paċi flimkien fl-Afrika mingħajr il-bżonn li l-bniedem jippersegwita lil dan l-annimal. Ir-responsabbiltà qiegħda f’idejn il-bniedem għax hu għandu iktar saħħa. Il-bniedem jista’ jipproteġi lill-annimali tiegħu mill-jena mingħajr ma jfittex li jivvelenaha. Jista’ jdawwar fejn għandu l-annimali bi lqugħ li anke jkun mgħaddas fl-art biex il-jena ma tidħolx. U bniedem jista’ jevita li jiġi attakkat mill-ijena billi jevita li jorqod barra. Għalhekk nikkonkludu li ma għandniex noqogħdu fuq impressjoni li nieħdu fuq mill-media imma għandna nfittxu l-fatti dwar xi ħaġa.
8
Nimxu Id F’Id - April 2022
. . .niktbu
Ortografija Maltija
bil-Malti tajjeb
Kont taf li fil-Malti naqilbu ‘heatwave’ bħala ‘mewġa ta’ sħana’? L-Ewropa kollha ġiet milquta minn mewġa ta’ sħana qawwija hekk kif it-temperaturi madwar il-kontinent kollu qegħdin ikomplu jogħlew, u jistabbilixxu rekords ġodda u allarmanti. Il-gżejjer tagħna, li huma magħrufa għal sjuf sħan bix-xemx tisreġ ġmielha, ma ħelsuhiex ħafif lanqas. Għalhekk fis-sajf jekk tmur għal xi ġurnata l-baħar (tinsiex tindilek bil-krema għal kontra x-xemx) u tixtieq tisfoga l-frustrazzjoni tiegħek kontra x-xemx taħraq u s-sħana soffokanti, ipprova uża ‘mewġa tas-sħana’ minflok ‘heatwave’. Bil-Malti, ngħidu ‘mewġa’ għal ‘wave’ u ‘sħana’ għal ‘heat’ u għalhekk, ‘mewġa ta’ sħana’ ġġorr l-istess tifsira ta’ ‘heatwave’.
Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd. Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com Nimxu Id F’Id - April 2022
9
Mid-Djarju tal-Qasam F’dawn l-aħħar sentejn fix-xhur ta’ Marzu u April la stajna nattendu l-Qasam u lanqas nattendu għall-funzjonijiet tassew sbieħ tal-Ġimgħa Mqaddsa. Imma din is-sena, jekk is-Sinjur Alla jrid, inkunu nistgħu nesperjenzaw b’mod aħjar dak li tkun trid twasslilna l-Knisja f’dan iż-żmien qaddis. Anke fil-Qasam tagħna nippreparaw għal dan iż-żmien b’iktar impenn biex dak li jsir, it-talb u l-lezzjonijiet marbuta mal-Passjoni ta’ Ġesù jħallu ħafna ġid. Anke din is-sena qed nippreparaw bi sħiħ ħalli niftħu ċ-Ċena tas-Sinjur b’mod speċjali għat-tfal u l-adolexxenti li jattendu l-Qasam wara li għal dawn l-aħħar sentejn din ma setgħetx issir. Għall-ewwel darba din ser issir fil-kamra tal-ġenituri u mhux fis-sala t’isfel li bħalissa qed tintuża bħala klassi għat-tagħlim. Grazzi lil dawk kollha li ħadmu fiha.
10
Nimxu Id F’Id - April 2022
Fl-ewwel jiem ta’ Maru kellna wkoll l-ewwel qrara għat-tfal li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina f’Ġunju li ġej. Tmintax-il tifel attendew flimkien mal-bniet għall-funzjoni li saret fil-Knisja Parrokkjali millArċipriet Jimmy Xerri. Fl-aħħar tal-għoti ta’ dan is-sagrament l-Arċipriet qassam tifkira lit-tfal preżenti. Komplejna wkoll bilpassiġġati. Minħabba lmaltemp kellna nħassru xi wħud minnhom imma xorta waħda sibna l-opportunità sabiex inkomplu nżuru postijiet sbieħ ġewwa gżiritna, fosthom l-Għolja t’Għammar fejn rajna l-istatwi tal-Via Sagra u s-Santwarju ta’ Pinu fejn invistajna l-Madonna u rajna wkoll is-siġġu li ser juża l-Papa Franġisku meta ser ikun qed iżurna fit-2 t’April.
Mark Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur Nimxu Id F’Id - April 2022
11
Fuljett maħruġ mill-Museum tas-Subien tan-Nadur