Ritratt tal-faċċata: Debba tax-Xitan (M antis R eligiosa) - Bl-Ingliż tissejjaħ Praying Mantis minħabba l-fatt li s-saqajn ta’ quddiem jiġu mxebbhin ma’ par idejn jitolbu. Bil-Malti Debba tax-Xitan. Min jaf għaliex? Forsi xi ħadd raha kerha wisq u beża’ minnha! Il-kulur l-aktar komuni ta’ dan l-insett huwa ħadrani. Toqtol ħafna insetti billi toqgħod tistenniehom imbagħad taħtafhom b’saqajha ta’ quddiem. Għandha vista tajba ħafna. Huwa insett li jgħin ħafna fil-biedja. Ritratt meħud fis-17 ta’ Lulju 2021 - Martin A ttard
Għandek Minuta?
Nimxu Id F’Id Jannar 2022
Ħarġa Nru. 503
Hans kien iħobb jirrakkonta. Stejjer mimlija fantasija. U sħabu tal-klassi kienu jfittxu l-kumpanija tiegħu u joqogħdu jisimgħuh l-iktar meta jinzerta l-maltemp u ma jkunux jistgħu joħorġu jilagħbu barra. Din l-imħabba għall-istejjer aktarx li weritha mingħand missieru li minn meta kien għadu żgħir kien iqatta’ ħafna ħin ħdejh jirrakkontalu stejjer u ħrejjef li kien sema’. U billi x-xogħol ta’ missieru kien ta’ skarpan ġieli kien joqgħod ħdejh u jisimgħu jirrakkonta waqt li missieru jkompli ħidmietu. L-għalliem tiegħu tar-raħal ta’ Odense ħajru biex imur jistudja l-letteratura f’xi skola fil-belt kapitali ta’ pajjiżu. Iżda biex jidħol f’xi skola bħal din ried il-flus u Hans flus ma kellux. Iktar u iktar meta miet missieru u ħallieh orfni ta’ xi 14-il sena. Iżda Hans ma qatax qalbu. Xorta mar Copenhagen u talab biex ikollu udjenza mal-prinċep li kien sikwit jagħti xi scholarship lil studenti fqar Daniżi. Meta semgħu jirrakkonta dan qallu: “Ħabib aħjar flok toqgħod tirrakkonta dawn il-ħrejjef titgħallem xi sengħa.” Ħaddieħor aktarx kien jieqaf jittama imma Hans kompla jittenta xortih. Daħal fi skola u sab lil Meisling, is-surmast li l-pjaċir tiegħu kien li jumiljah. Riedu jitgħallem il-Matematika u x-Xjenza u ma kellux ħin għall-ħrejjef. Minn dan kollu kellu jgħaddi dak li llum hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa kittieba tal-ħrejjef fid-dinja. Hans Christian Andersen sar famuż u dawk li fi tfulitu nbarrawlu t-triq, fosthom il-prinċep u s-surmast, kellhom jitolbuh skuża u maħfra. Xi ħaġa li Hans tahielhom bil-qalb. Meta mar lura f’Odense u n-nies għamlulu festa kbira Hans qal sentenza li baqgħet famuża: “Ħajr lill-Mulej u lill-bnedmin li jien inħobbhom ħafna t-tnejn li huma.” Ħajtu ktieb miftuħ għal min ikollu xi ħolma u ta’ madwaru jaqtgħulu qalbu. Tiswa għal kull żmien iżda forsi ftit iżjed fil-bidu ta’ sena ġdida.
1
Wirt il-Fundatur Dun Ġorġ ħallielna teżor . . .f’kitbietu
Ir-riċetta prezzjuża ta’ Dr. Smith Dr. Smith, tabib Irlandiż, bniedem reliġjuż, meta kien jikteb lillmorda tiegħu r-riċetta tal-mediċina, taħt kien jikteb ukoll dawn it-tliet kelmiet: quiet, diet and merriment - kwiet, ikel u xorb bil-qies, u ferħ.
Din hija r-riċetta ordinata mhux biss għas-saħħa tal-ġisem, iżda wkoll għas-saħħa tar-ruħ. Infatti m’hemmx kwiet fejn hemm id-dnub; m’hemmx saħħa, meta wieħed jiekol u jixrob iżżejjed milli jmissu; m’hemmx ferħ, meta l-kuxjenza tkun iċċanfar.
Dan ir-rakkont huwa meħud mill-ktieb Gabinetti fil-Museum, kollezzjoni ta’ ġrajjiet b’tagħlimiet li Dun Ġorġ kien jippubblika minn żmien għal ieħor. Jeżisti abbozz ta’ dawn il-ġrajjiet li x’aktarx huwa tat-tmiem l-1947 jew il-bidu tal-1948.
2
Jannar
Il-Mistoqsija Oħt il-Għerf X’inhi Savanna? Ġieli jispelluha Savannah. Hija moxa art mimlija ħaxix li fiha jkun hemm xi ftit siġar imxerrdin ’l hawn u ’l hemm. Ġeneralment issibhom fejn jispiċċa d-deżert. Dawn is-siġar iridu jkunu kapaċi jgħixu għal ħafna xhur bla ma jirċievu qatra ilma.
Jannar
3
In-Natura: sabiħa jew kerha?
. . .jikteb Dr. Coronato Grech Jingħad li għajn ma tarax bħal oħra. U milli jidher hekk hu. Għax l-istess ħaġa, min jaraha sabiħa u min kerha. Huwa forsi min iżomm daqsxejn bilanċ li jara l-affarijiet l-eqreb kif inhuma. Intant, in-natura hija sabiħa jew kerha? Ovvjament hemm ħafna aspetti x’tiddiskuti imma tlieta komuni huma s-sema ta’ bil-lejl, il-ġisem u rrebbiegħa. Is-sema kalm ta’ bil-lejl huwa eżempju ta’ natura fl-isbaħ tagħha. Dawk il-kwiekeb iteptpu, dejjem fl-istess disinji fis-sema, dejjem jitbiddlu regolarment mal-istaġuni bi preċiżjoni kbira, huma simbolu ta’ dak kollu li huwa seren, komfortabbli u bla tibdil. Mhux ta’ b’xejn li tant artisti, poeti, mużiċisti u ħassieba ġew ispirati minn din it-trankwillità kollha.
(dan l-artiklu jkompli fil-ħarġa tax-xahar id-dieħel)
4
Jannar
. . .jikteb Ritchie Grech In-Nemel In-nemlu hu wieħed mill-insetti l-aktar komuni fuq l-art. Hu insett soċjali ħafna jiġifieri jaħdem fi gruppi ta’ nemel u l-Lhud kienu jammiraw l-għerf u l-bżulija tiegħu.
Fil-ktieb sabiħ tal-Proverbi Salamun jagħraf ix-xogħol siewi tan-nemel u jċanfar lil min hu għażżien biex jieħu l-eżempju tagħhom! “Mur għand in-nemla, ja għażżien, ara kif tgħix, u tgħallem minnha. M'għandhiex min hu fuqha, la għassies u lanqas ħakem; madankollu taħżen ikilha fis-sajf, tħejji għajxienha fi żmien il-ħsad. Kemm se ddum rieqed, ja għażżien? Meta se tqum minn ngħasek? Daqqa torqod, daqqa tongħos, daqqa tistrieħ b'idejk marbuta, u jiġi fuqek bħal ħalliel il-faqar, u bħal wieħed ġellied l-għaks.” [Prov:6:6-11]. U jkompli jfaħħar l-għerf ta’ dan l-insett tant żgħir “erba' ħwejjeġ huma l-iżgħar fl-art, iżda huma wkoll l-aktar għorrief: in-nemel mhumiex qawwija, iżda jħejju fis-sajf ikilhom” [Prov:30:24-25]. In-nemlu hu mill-familja tan-naħal u ż-żnażan u nstab bħala fossili ta’ miljuni ta’ snin ilu. Hu kkalkulat li hemm madwar 22,000 speċi differenti ta’ nemel u s’issa l-bniedem għadu biss ikklassifika 12,500 minnhom! Hawn naraw il-ħolqien sabiħ ta’ Alla anke fi speċi tant żgħira. Ejjew napprezzaw u nieħdu ħsieb dan kollu. Jannar
5
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima. F’Jannar tal-2015 fir-Rumanija kien hemm is-sale tas-soltu f’wieħed mis-supermarkets tal-pajjiż. F’ħanut minnhom kien hemm ilbies tat-tieġ bi prezz ridott ħafna. Daħlu fil-ħanut żewġ tfajliet u t-tnejn milli jidher għoġbithom l-istess libsa. U qabduha fl-istess ħin. Ħadd ma ried iċedi l-libsa u t-tfajliet spiċċaw jiġbduha. Tant li l-libsa nqasmet fi tnejn u hekk ħadd minnhom ma seta’ jgawdiha. Mhux biss imma kellhom jħallsu għaliha bejniethom għax tal-ħanut heddithom bil-pulizija. Ftehim dejjem aħjar mill-ġlied u dan ma jgħoddx biss meta bejnietna jkun hemm xi libsa tat-tieġ!
6
Jannar
Ħaddiem f’ħanut tal-pizza f’Michigan irċieva ordni mill-imgħallem biex kemm jista’ jkun malajr iwassal ikla f’Ann Arbor, ċentru msemmi għall-konferenzi. Il-ħaddiem mhux biss wassal il-pizza fi żmien qasir iżda wkoll bi tbissima. Min ordnaha, sinjur kbir, tant ħa pjaċir bis-servizz li ried jagħti tip lill-ħaddiem u staqsieh ismu. U hekk spiċċa b’cheque ta’ $2,084. “Qdejtni malajr u bi tbissima. Għandek rigal għas-servizz tiegħek.”
Il-ħaddiem qal li ħaseb li qed joħlom.
In-Nisrani jirċievi rigal ikbar meta juri ħniena mal-proxxmu. Rigal etern hu dejjem aħjar minn mijiet ta’ dollari!
Jannar
7
Il-bażi tal-ħajja
L-element li hu l-bażi tal-ħajja hu l-karbonju (carbon bl-Ingliż). Element hu materjal magħmul minn tip wieħed ta’ atoma; l-atomi kollha għandhom l-istess atomic number. Għall-karbonju dan in-numru hu 6. Jiġifieri f’kull atoma ta’ karboni hemm 6 protoni. U l-karbonju ssibu f’post numru 6 fil-Periodic Table. Nittendu li l-karbonju jinstab f’kull ħaġa ħajja għax kull meta taħraq biċċa ikel, tiswied; issir kulur il-karbonju. Il-materjali u sustanzi li tuża l-ħajja biex tagħmel il-mixja tagħha fihom kollha l-karbonju bħala bażi. Iz-zokkor fih ċrieki magħmula minn kullana ta’ atomi ta’ karbonju. Fid-DNA u r-RNA hemm hu ukoll, u anke fix-xaħmijiet u l-proteini. Għax din l-atoma ta’ karbonju għandha l-abbiltà li teħel ma’ oħrajn bħalha għal numru bla għadd ta’ drabi. Għalhekk anke ż-żejt iswed (bl-Ingliż crude oil jew petroleum) li jittella’ minn taħt l-art jew taħt qiegħ il-baħar u l-faħam fihom il-karbonju għax ġejjin minn ħlejjaq ħajjin. Il-faħam u l-crude oil magħmulin l-iktar minn idrokarboni (hydrocarbons li huma sustanzi magħmulin minn atomi ta’ karbonju mwaħħlin ma’ dawk ta’ idroġenu). Nittendu għax diesel jew xemgħa li ma tinħaraqx kompletament joħroġ minnha duħħan u nugrufun iswed, li huwa trab ta’ karbonju. Ħafna mill-atomi ta’ karbonju huma tat-tip C-12. Jiġifieri għandhom piż relattiv ta’ 12 (mass number ta’ 12). Imma waħda minn triljun ( miljun għal miljun darba) hi C-14. Dan tal-aħħar hu radjuattiv u jinbidel f’nitroġenu meta jitfa’ β particle min-nukleu tal-atoma. Nofs l-ammont ta’ C-14 f’oġġett jieħu 5,730 sena biex jinbidel f’nitroġenu. L-ammont ta’ C-14 f’xi ħaġa ħajja hu l-istess imma jibda jonqos meta l-ħlejqa ħajja tmut. Għalhekk mill-ammont li jibqa’, wieħed jista’ jkejjel kemm għandha żmien injama jew mummja. Dan il-metodu ta’ kif issib kemm għandha żmien injama jsejħulu radiocarbon dating jew carbon-14 dating. C-12 u C-14 huma iżotopi ta’ karbonju.
8
Jannar
. . .niktbu
Ortografija Maltija
bil-Malti tajjeb
Kif għandna niktbu: ftiehmna jew ftehimna? Il-verb ftiehem fil-forma tal-Perfett jiġi kkonjugat fuq il-mudell tal-verb tas-sitt forma ‘tbierek’.
Qis li tqiegħed l-h minflok r-r, bħal fl-eżempji t’hawn taħt: tberikt = ftehimt / ftehemt tberikt = ftehimt / ftehemt tbierek = ftiehem tbierket = ftiehmet tberikna = ftehimna / ftehemna tberiktu = ftehimtu / ftehemtu tbierku = ftiehmu Kif qed naraw, it-tajba hija ftehimna (jew tista’ tikteb ukoll
ftehemna - it-tnejn huma aċċettati fil-kitba).
Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd. Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com Jannar
9
Mid-Djarju tal-Qasam Dan kien it-tieni Milied li għexna f’pandemija imma dan ma qatgħalniex qalbna biex nippreparaw bħala qasam għal din il-festa tat-twelid ta’ Ġesù Bambin. Il-Qasam tagħna libes il-libsa tiegħu tal-Milied billi żejjinna l-kurituri, l-entratura u l-klassijiet tagħna. Din is-sena żanżanna wkoll xenarju ġdid li jikkumplimenta t-tiżjin tal-kuritur t’isfel.
Fl-10 ta’ Diċembru ftaħna l-Presepju li din is-sena kien maħdum minn James Azzopardi u Jean Paul Portelli. Għattberik tal-Presepju kienu preżenti kemm l-Arċipriet Mons Jimmy Xerri kif ukoll ilMinistru għal Għawdex l-Onor. Clint Camilleri, li huwa wkoll old boy tal-Qasam tagħna.
10
Jannar
Din is-sena wkoll ippreparajna n-Novena kemm għallPrimarja kif ukoll għasSekondarja fi gruppi fil-jiem li s-soltu jattendu għat-tagħlim. Kellna bosta features, b’mod speċjali feature dwar il-100 sena millewwel Dimostrazzjoni tal-Bambin ġewwa l-Ħamrun fl-1921, kif ukoll Adorazzjoni u l-Premjazzjoni.
Il-Kor baqa’ għaddej bil-provi tiegħu għall-kunċert fejn kellna wkoll żewġ provi ġenerali fis-sala kif ukoll Carol Singing filPjazza meta nxtegħlet is -Siġra tal-Milied fit-12 ta’ Diċembru. B’xorti ħażina l-Kunċert kellu jitħassar fl-aħħar jum minħabba ċirkustanzi li ma kellniex kontroll fuqhom.
Mark Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur
Jannar
11
Fuljett maħruġ mill-Museum tas-Subien tan-Nadur