Skip to main content

Il-Hbieb Isejhu - Gunju 2022

Page 1

ĠUNJU 2022 numru 670


+L-Iben t'Alla sar Bniedem

ĠUNJU 2022 numru 670 Id-diretturi ta’ ġnien botaniku ta’ Norfolk fl-Istati Uniti kienu fis-seba’ sema bil-ferħ meta ntebħu li ajkla kienet iddeċediet li tagħmel il-bejta tagħha fuq l-iktar ġebel għoli li kien hemm fil-ġnien. U biex ma jitilfu xejn minn din il-ġrajja kbira għalihom u għan-nies ta’ Norfolk għamlu sett ta’ cameras li bdew jirrekordjaw kull mument ta’ din il-ġrajja. Ir-residenti u anke t-turisti kienu jmorru jħarsu lejn il-monitors u jsegwu l-andament tal-binja talbejta. Raw l-ajkla ssaħħan il-bajd li biedet, kif dawn faqqsu u kif dehru l-ewwel ajkli żgħar qishom flieles. Kienu josservaw kif malli l-ajkla twarrab biex iġġib xi ikel għażżgħar tagħha jew hi stess titrejjaq, ir-raġel kien pront jieħu postu ħdejn ilbejta biex ikun ċert li ħadd ma jażżarda jersaq qrib tagħha. U ma kienx iwarrab minn hemm qabel ir-ritorn ta’ martu. Iżda meta ż-żgħar bdew jikbru l-ajkli ma baqgħux tant għassiesa tal-bejta. Kienu sikwit iħalluha weħidha. In-nies bdew jinkwetaw għax beżgħu li kienu ser jabbandunawhom. Iżda d-diretturi tal-ġnien ma kinux inkwetati għax kienu jafu li għalkemm ma għadhomx jidhru bil-cameras xorta kienu qrib biżżejjed biex f’każ ta’ bżonn ikunu fuq il-bejta fi ftit sekondi. Għajnejn l-ajkla ma kinitx taqlagħhom minn fuq il-bejta anke meta kienet titbiegħed xi ftit tfittex il-priża. Eżatt bħalma jagħmel il-Mulej magħna. Kultant jidher li telaqna weħidna iżda fil-fatt inkunu taħt il-ħarsa u l-kura tiegħu. Ikun dejjem qrib biex iweżinna u ma jħalliniex weħidna.

1


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ġunju2022

Jirrakkonta Jamie Buckingham fid-Reader’s Digest: Jgħid li bejnu u missieru kien hemm dejjem rispett iżda forsi r-relazzjoni ta’ bejniethom kienet aktarx nieqsa minn sentiment ta’ turija minn barra ta’ mħabba. Iżda darba, meta Jamie kellu 46 sena, u kien ġa b’familtu, b’martu u wliedu ħass xewqa tremenda qisha imbuttatura interna biex imur f’dar missieru u jgħidlu li jħobbu għad li bejn djarhom kien hemm distanza ta’ iktar minn 50 mil.

2

Missieru kien issa xjieħ jgħodd fuq it-tmenin imma kien għadu jidher b’saħħtu


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ġunju2022

dejjem jaqra, jikteb u jkkontja. Bniedem aktarx kwiet imma li kien ta kollox għal familtu u din qatt ma naqsitu mir-rispett. Iżda dakinhar Jamie ma setax jgħid le lix-xewqa li kienet timbuttah lejn dar missieru. Qabad il-karozza u wara li informa lil martu li kellu qadja importanti telaq lejn dar tfulitu u żgħożitu u sabu hemm bħas-soltu fl-uffiċċju lil missieru, jħażżeż u jikkontja għax għad li mdaħħal fiż-żmien kien għadu jżomm il-kotba ta’ xi klijenti li magħhom kien skrivan meta kien għadu ferm iżgħar. Missieru nħasad xħin rah għax ma kienx ħin li soltu jiltaqgħu “X’ġabek hawn Jamie? X’inqala?” “Ma nqala’ xejn pa iżda ridt niġi biex ngħidlek li jien inħobbok!” U malli qallu hekk għannqu miegħu u biesu. Missieru żammu mħaddan miegħu tant li Jamie qajla seta’ jinfired minnu. Kienet tgħanniqa li t-tnejn kienu donnhom ilhom jistennew.

“Ibni anke jien inħobbok ħafna wkoll għad li qatt ma għedtlek hekk għax donnu kont nistħi. Kont ngħid: ‘ħajti turi lilu u lil ħutu kemm inħobbhom!’” Jamie jgħid li din it-tgħanniqa baqa’ jħossha ħajtu kollha l-iktar meta missieru miet u warajh ħalla ħafna tifkiriet u memorji. Ma tħossx int ukoll li aħna l-bnedmin kapaċi noħolqu atmosfera ta’ ferħ u ħbiberija jekk flok ponn magħqud niftħuh biex nieħdu b’idejn xulxin?

3


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ġunju2022

DR CORONATO GRECH M.D. jiktbilna dwar:

Hija ħaġa tal-għaġeb li aħna ninsabu mdawrin b’dinja inviżibbli mimlija kreaturi mikroskopiċi, affaxxinanti, spiss misterjużi u kultant disturbanti. U fost dawn il-kreaturi strambi nsibu t-tardigrades. Din id-dinja mikroskopika inviżibbli, li aħna prattikament ngħumu ġo fiha, kien skoprieha għall-ewwel darba l-Olandiż Anton van Leeuenhoek (16321723) li kien ibigħ id-drapp, imma li bħala delizzju kien jagħmel lentijiet u mikroskopji. Bihom skopra, fost ħafna oħrajn, iċ-ċelloli tad-demm, il-mikrobi fil-bżieq u kreaturi mikroskopiċi fl-ilma. Pijunieri oħra bikrija talmikroskopju li ġew wara bħatTaljan Marcello Malpighi (162894)1, l-Ingliż Robert Hook (16351703)2 u l-Ġermaniżi Matthias

Schleiden (1804-81), Theodor Schwann (1810-82) u Rudolf Virchow (1821-1902)3 u tant oħrajn, komplew fetħu din iddinja inviżibbli. Illum nafu li fuq din il-pjaneta kull fejn hu possibbli li hemm ħajja, anke f’ambjenti ostili ħafna, hemm minn dawn il-kreaturi inviżibbli (viruses, bakterja, u pjanti u annimali uniċellulari): flarja, fil-ħamrija u taħt l-art, f’kull tip ta’ ilma u fil-qiegħ l-oċeani. Anke saħansitra jgħixu fuq u ġo kreaturi kbar oħra, inklużi aħna.

Fil-fatt xi wħud minn dawn, peress li jġibu l-mard, ħadu isem ikrah. U sa ċertu punt bir-raġun.

1. Malpighi, fost l-oħrajn, skopra l-kapillari li jikkomunikaw l-arterji ż-żgħar mal-vini ż-żgħar, tant importanti għall–iskoperta taċ-ċirkulazzjoni tad-demm minn William Harvey. 2. Bena mikroskopji eċċellenti u ppubblika ktieb klassiku tad-dinja mikroskopika. 3. Li bejniethom ħadmu fuq it-teorija taċ-ċelloli.

4


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ġunju2022

ta’ quddiem f’din il-lista nsibu ttardigradi.

Però l-fatt huwa li l-maġġoranza ta’ din il-ħajja mikroskopika hija ta’ benefiċċju. Ibda biex li kieku dawn il-ħlejjaq mikroskopiċi ma jikkaġunawx it-tħassir li jseħħ wara l-mewt u b’hekk il-materjal jerġa’ jiċċirkola, kieku l-ħajja tifga u tieqaf. Oħrajn insibuhom utli għax jikkaġunaw il-proċess tal-fermentazzjoni u jagħtuna linbid, il-ġobon u l-ħobż, fost affarijiet oħra. U jerġa’ dawk f’ġisimna4 jipproteġuna minn mikrobi li jġibu l-mard u jgħinuna fl-immunità. Xi wħud anke jagħmlu xi vitamini.

Illum għandna mikroskopji qawwija ħafna, inkluż l-electon microscope, biex naraw din iddinja inviżibbli. L-immaġni li juruna dawn huma dettaljati, strambi u forsi disturbanti. Minn

L-isem ‘tardigrade’ ġej minn ‘tardigradum’ li tfisser ‘jimxi bilmod’ u tahom dan l-isem itTaljan Lazzaro Spallazani (172999) Ġiżwita li għamel ħafna riċerka fil-bijoloġija5. Hemm iktar minn elf speċi ta’ tardigradi, li fid-daqs ivarjaw minn 0.05 sa 1.2 millimetru, li jfisser li l-ikbar jidhru anke b’lenti żgħir, għalkemm b’diffikultà kbira, għax huma kważi trasparenti. Huma l-ġganti, il-monstri taddinja mikroskopika. (Dr Grech itemm dan l-artiklu filħarġa ta’ Lulju)

4. Il-ġisem fih triljuni ta’ ċelloli, imma ġie kkalkulat li għandha wkoll triljuni ta’ kreaturi mikroskopiċi, anzi hemm iktar minn ċelloli! 5. Pereżempju kien sab li l-friefet il-lejl jinnavigaw b’sens ieħor ġdid, dak li llum ngħidulu echo location.

5


Qalb tenera

Risposta f’waqtha Sewwieq Skoċċiż, li kien qed isuq b’mod eċċessiv u abbużiv, twaqqaf minn pulizija. Meta ssewwieq ra isem il-pulizija fuq kartuna żgħira li kellu mdendla mal-pavru, qallu: “Jien Skoċċiż bħalek. Nitolbok tagħlaq għajnejk għalliżbalji ta’ ħuk!” U l-pulizija wieġbu: “Missieri Skoċċiż u ommi Ingliża. Ibqa’ ċert li din iċċitazzjoni qed tagħtihielek il-parti li tappartieni lil ommi!” U kellu jħallas il-muta ffissata.

6

Frans Kafka, awtur imsemmi u rebbieħ ta’ bosta premjijiet letterarji, kien għaddej minn triq f’Berlin u lemaħ tifla tibki. Meta staqsieha x’għandha qaltlu li xi ħadd kien ħadilha l-pupa. Kafka qalilha li ra l-pupa miexja u qaltlu biex jgħid lit-tfal li ser tmur f’post ieħor isbaħ u aħjar. Iżda li ser tibqa’ tiktbilha. Iżda nsiet lindirizz! Hu lest li jagħtiha lindirizz jekk jerġa’ jiltaqa’ magħha. It-tifla tagħtu l-indirizz tad-dar u Kafka kien sikwit jikteb ittra sabiħa lit-tifla jgħidilha blavventuri li kienet għaddejja minnhom il-pupa tagħha. Nies kbar huma ħafna drabi nies ta’ qalb ħanina. Inkella l-kobor tagħhom ikun vojt u mhux uman.


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ġunju2022

Idea divina Fr Joseph Vadakkan, qassis Indjan, għamel waħda tinkiteb. Kienet ġimgħa li fiha xi parruċċani lanqas kellhom għaxja ta’ lejla peress li xxita kienet ħaditilhom kollox. Minn fuq l-artal il-qassis qalilhom: “Ma nistax nibda l-quddiesa meta naf li xi wħud minnkom ser ikollhom ikla tajba f’nofsinhar waqt li oħrajn lanqas għandhom biex jitrejqu. Dawk fostkom li għandhom iktar minn biżżejjed imorru lura lejn darhom u jġibu ftit miż-żejjed lil min ma għandu xejn.” In-nies gergret għax qalu li l-karità tiġi mill-qalb u mhux bilfors. Iżda ħafna obdew u dik il-għodwa talĦadd ebda familja mill-parroċċa ta’ Fr Joseph ma baqgħet bil-ġuħ. Qalilhom il-qassis: “Kif nistgħu naqsmu flimkien ġisem il-Mulej jekk ma aħniex kapaċi naqsmu wkoll flimkien dak li l-Mulej ipprovdielna?

Paċi

Fil-bidu tas-seklu l-ieħor kien hemm inkwiet kbir bejn lArġentina u l-Perù. Ħafna beżgħu li ser tibda gwerra bejniethom u żżewġ nazzjonijiet bdew jippreparaw l-armi għal kontra xulxin. Daħal fl-istorja l-Isqof Marcella Bonaventa tal-Arġentina u rnexxielu jagħmilhom ħbieb. U l -armi li kienu ġa ppreparati ħallewhom u mill-metall tagħhom sawru statwa kbira ta’ Kristu li poġġewha fuq il-fruntiera ta’ bejniethom fuq il-Muntanji Andes. Taħt l-istatwa hemm il-kliem: Ġesù hu s-sultan tal-paċi u jridna ngħixu bħal aħwa.

7


IL-LAQGĦA TA’ MEJJU

Kellemna Dun Michael Said u peress li din il-laqgħa kienet lejlet Jum il-Vokazzjoni u Jum l-Omm mal-ħsieb Marjan daħlu wkoll dawn it-temi. Bdejna l-laqgħa billi qrajna s-silta minn San Luqa dwar it-taħbir tat-twelid ta’ Ġesù. F’din is-silta naraw il-vokazzjoni u l-maternità ta’ Marija. Minn din is-silta nistgħu nieħdu bosta tagħlimiet. Malli taha l-aħbar

8

Marija bdiet taħseb fiha nfisha. Kemm-il darba ngħidu tagħna qabel ma nifhmu dak li jrid ħaddieħor. Għandna ħabta kif naqgħu fid-difiża mal-ewwel frażi bla ma naħsbu ftit u nifhmu eżatt dak li jgħid ħaddieħor. Aħna nibżgħu mis-silenzju. Ma nafux noqogħdu ftit naraw x’qed jingħad u x’għandha tkun irrisposta tagħna. Marija ħasbet u staqsiet sabiex jiċċaralha l-ħsieb. Hemm differenza mill-ġrajja ta’ Żakkarija. Dan tal-aħħar donnu merieh lill-anġlu għax ma setax jifhem. Ma talabx spjegazzjoni bħal Marija. U għalhekk bata lkonsegwenzi għaliex naqset ilfidi tiegħu f’Alla li jista’ kollox. Iżda Marija emmnet anke meta ma fehmitx. Imbagħad Marija marret lura bil-memorja għallepisodji tat-Testment il-Qadim. Anke Sara, mart Abraham, kellha wild meta ma stennietx, l-istess ġara lil Ħanna, mart Elqana omm Samwel. Għal Marija Alla seta’ kollox u anke dan il-wild ser ikun bil-qawwa ta’ Alla. U wara li taħseb u tmur fil-memorja trid taġixxi. Malli Marija semgħet li qaribtha Eliżabetta wkoll ser ikollha tarbija telqet għal għandha. Ma għandniex miktub li qagħdet tistenna xi karovana sabiex tmur magħhom. Telqet


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ġunju2022

sabiex isservi. U kemm għandna bżonn nitgħallmu ftit ħniena lejn xulxin. Ħafna drabi nkunu iebsa lejn xulxin meta b’daqsxejn ħlewwa kollox isir ħafna aħjar. F’kull vokazzjoni hemm bżonn ilħniena lejn xulxin. Bi ftit ħniena d-dinja tkun ħafna aħjar għax la jkun hemm ġlied u wisq inqas gwerer. Nirringrazzjaw lil Dun Michael Said tal-laqgħa interessanti li għamlilna. Kienet laqgħa prattika ħafna u ta’ tips għal ħajja aħjar.

…GĦAL-LAQGĦA TA’ ĠUNJU Il-laqgħa ta’ Ġunju ser issir nhar is-Sibt 5 tax-xahar fit-8.00p.m. peress li l-aħħar quddiesa filparroċċa qed issir fis-7.00p.m.

Għażiż ħabib, nawguraw lilek u l-familja tiegħek ilfesta t-tajba. Bħala preparazzjoni għallfesta tal-patruni tagħna ma hemm xejn isbaħ minn qrara u tqarbina.

Il-Bord Editorjali

Għandu jiġi jkellemna Mons Arċipriet Jimmy Xerri f’dan ixxahar li jintemm bil-festa talpatruni tagħna San Pietru u San Pawl. Mela ħabib narawk nhar is-Sibt 5 ta’ Ġunju fit-8.00p.m. Ejja int u ħajjar lil ħbiebek jattendu wkoll.

9


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ġunju2022

“Imħabba aktar minn din ħadd ma għandu, li jagħti wieħed ħajtu għal ħbiebu.” Ġwanni 15, 13 Il-ktieb D-Day with the Screaming Eagles jagħti dettalji tal-kuraġġ tal-paratroopers li taw sehemhom fl-invażjoni tan-Normandija fid-D-Day tas-6 ta’ Ġunju 1944. Taw ħajjithom sabiex sħabhom jistgħu jillandjaw ħajjin. F’kumpanija waħda biss, qabżu 219-il raġel li minnhom 73 biss baqgħu ħajjin. Taw ħajjithom bħalma qalilna Kristu. Mietu sabiex sħabhom jgħixu.

#

Is-sagrifiċċju tal-paratroopers u l-kliem ta’ Ġesù jistednuni naħseb fuq l-ispirtu tiegħi ta’ sagrifiċċju. Kemm lest li nissagrifika – jekk mhux nasal sa ħajti, almenu l-ħin u l-affarijiet tiegħi?

10

Wieħed jista’ jeżisti bla qatt ma jgħix min ħafna jirċievi u ma jagħti xejn: Dak li ma jafx iħobb… lanqas grazzi ma jgħid… ikun twieled għalxejn. Thomas Gibons


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ġunju2022

“Ma jafx jirreċta, ma jafx ikanta. Diġà kważi fartas. Jaf jiżfen ftit.” Ħabat tajjeb li d-direttur ħasibha mod ieħor u għażel lil Fred. Illum meqjus wieħed mill-ikbar żeffiena fl-istorja taċ-ċinema.

Meta l-Imperatur Ferdinand attenda għall-ewwel serata talplay mużikali Marriage of Figaro tal-kompożitur Mozart, qal: “Storbjuża ħafna għażiż Mozart. Storbjuża ħafna.” Illum Marriage of Figaro meqjusa bħala waħda mill-iprem xogħlijiet mużikali ta’ kull żmien. L-Imperatur kien ħa falza stikka.

Kien hemm reklam għal żeffien mal-industrija tal-films. Fred Astaire applika ma’ ħafna oħrajn. Il-kumment li nkiteb dwaru baqa’ famuż:

L-attur Ed Wynn ma aċċettax li jkollu parti fil-film The Wizard of Oz. “Ma nixtieqx li nkun ikkunsidrat għal dan il-film għax inħoss li ftit li xejn jista’ jkun suċċess man-nies li jħobbu ċ-ċinema.” Mar imqarraq. Dan il-film għadu meqjus bħala wieħed millklassiċi. Adolf Hitler darba qal: “Il-ħolma tagħna trid tgħix iktar minn elf sena.” Din qalha fl-1934. Għaxar snin wara, din il-ħolma ta’ elf sena kienet diġà ntemmet. B’konsegwenzi terribbli għallumanità kollha. Għax il-ħolma li ħolom kienet mimlija qerq,

11


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ġunju2022

kattiverija u vjolenza. Fit-23 ta’ Mejju 1938, id-Daily Express, gazzetta rinomata Ingliża, qalet: “Il-Gran Brittanja mhix bi ħsiebha tidħol fil-gwerra la din is-sena u lanqas is-sena ta’ wara. Il-Ġermanja mhix ser tattakka liċ-Ċekoslovakkja. Għalhekk komplu għixu ħajjitkom b’kunfidenza u bla biża’.” Iżda fis-sena ta’ wara bdiet itTieni Gwerra Dinjija u l-gazzetta kellha tibla’ kliemha.

Fis-7 ta’ Diċembru 1941, Wendell Willkie, kandidat għallPresident tal-Amerika ġie mistoqsi waqt pranzu minn wieħed mill-mistiedna jaħsibx li l-Amerika tista’ tidħol fil-gwerra mal-Ġappun f’inqas minn 48 siegħa. Wieġeb hekk: “Niżgurakom li l-Amerika mhix ser tidħol fi gwerra mal-Ġappun la fit-48 siegħa li ġejjin, la fit-48 jum li dalwaqt ikunu magħna u lanqas fit-48 sena li għandna quddiemna. L-Amerika u lĠappun ser jibqgħu ħbieb.” Ftit sigħat wara din iddikjarazzjoni, il-Ġappun attakka

12

l-forzi Amerikani f’Pearl Harbour u dak li ma kellux jiġri fit-48 sena, ġara fl-inqas minn 24 siegħa.

Meta Gerald Ford, l-ex President Amerikan, kien qed jattendi pranzu kbir mogħti f’ġieħu flEġittu qam u stqarr: “Minn qalbi nifraħ lil dan ilpoplu kbir u dan il-gvern nobbli ta’ Israel… skużawni talEġittu.” L-iskuża ġiet tard wisq għax bħalma jgħidu ‘kelma li toħroġ ’il barra mis-sinna ddur id-dinja.’ U din li l-Ingliżi jsejħu slip of the tongue veru daret id-dinja filpaġni ta’ ħafna gazzetti internazzjonali.

Gerald Ford kien famuż għal dawn is-slips of the tongue. Darba waqt pranzu ieħor qal: “Kieku Abraham Lincoln għadu ħaj żgur li qed jitqalleb f’qabru jara dak li qed iseħħ fl-Istati Uniti.” Quddiem dawn is-sentenzi kollha naħseb li jkun sew naħsbuha qabel ngħiduha.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Il-Hbieb Isejhu - Gunju 2022 by Michael Debono - Issuu