MEJJU 2022 numru 669
+L-Iben t'Alla sar Bniedem
MEJJU 2022 numru 669
Id-devozzjoni Marjana lejn il-Madonna tal-Għoqiedi hi frott l-imħabba li kellu Papa Franġisku lejn ommna Marija taħt dan it-titlu. Hu stess jirrakkonta li meta kien għadu qassis inżerta qiegħed fil-knisja ddedikata lil San Pietru f’Augsburg fil-Bavarja l-Ġermanja. Wara li għamel viżta lill-Mulej fis-Sagrament Dun Bergoglio qagħad idur ftit mal-knisja jifli l-opri tal-arti u laqtitu pittura tal-Madonna mdawra b’anġli, wieħed inewlilha żigarella mimlija għoqiedi u din wara li tgħaddiha minn idejha tagħtiha lura lill-anġlu l-ieħor iżda din id-darba bla ebda għoqda. Staqsa dwar il-kwadru u xi ħadd irrakkontalu leġġenda ħelwa. Jgħidu li Wolgang Langenmantel u martu kienu għaddejjin minn żmien diffiċli tant li kienu qed jaħsbu li jiddivorzjaw. Iżda ddeċidew li qabel jagħmlu dan il-pass kellhom imorru jkellmu patri qaddis bl-isem ta’ Fr Jakob. Dan talabhom jagħtuh iż-żigarella li l-miżżewġin friski kienu jingħataw fl-okkażjoni tat-tieġ tagħhom u li suppost kellha tgħaqqadhom flimkien. Kien hemm id-drawwa li jżommuha dejjem fuqhom b’sinjal ta’ għaqda dejjiema. Il-mara ħarġet iż-żigarella iżda din kien fiha ħafna għoqiedi għax kull darba li kellhom xi ġlieda bejniethom kienet tagħmel għoqda ġdida. Il-patri ħa żżigarella u qalilhom: “Ħa npoġġiha f’riġlejn Marija. Hi taf iktar minni u minnkom kif tħoll dawn l-għoqiedi. Għada filgħodu erġgħu ejjew u naraw x’messaġġ tkun ser tagħtina Marija.” U meta reġgħu marru ħdejh kmieni l-għada filgħodu sabu li ż-żigarella issa ma kellhiex għoqiedi. Il-Madonna kienet ħolliethom kollha. U dan kien sinjal li żżwieġ tagħhom seta’ jiġi salvat issa li l-għoqiedi tal-passat kienu ntesew. U hekk ġara tabilħaq. U b’sens ta’ gratitudni wlied il-familja Langenmantel iddeċidew li jikkommissjonaw pittura tal-Madonna li ħallet l-għoqiedi talfamilja tagħhom. Mil-leġġenda nistgħu naslu għall-fatti. Marija hi ommna u żgur tgħinna nħollu l-għoqiedi tal-ħajja. Ejja f’dan ix-xahar iddedikat lilha nagħmlu premura li qatt ma norqdu qabel ma ngħidulha anke talba qasira.
1
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2022
Jirrakkonta Victor M Parachin fil-Messenger of St Anthony. Lanqas titwemmen kieku mhux l-awtur hu bniedem serju kittieb ta’ ċerta stoffa u fir-rakkont isemmi postijiet u n-nies li sawru din il-ġrajja.
Jgħid dan l-awtur li kienet lejla kiesħa ħafna f’Wisconsin fl-Amerika meta l-boiler ta’ fabbrika taż-żraben bl-isem ta’ Allen Edmonds Shoe Company ġralu xi ħsara u tort tagħha nbeda nar fil-kantini li malajr xtered mal-fabbrika kollha. Tant kienet ħuġġieġa qawwija li minkejja kull sforz tal-pumpieri ma kien fadal xejn mill-fabbrika kollha ħlief irmied. John Stollenwerk, sid il-fabbrika, wasal fuq il-post meta l-ħsara kienet saret. Beka jara kollox duħħan. Veru li xxurtjat u l-insurance kienet tgħinu jerġa’ jibda mill-ġdid iżda hu kellu f’moħħu l-ħaddiema li kienu bosta għexieren li tort il-ħruq kienu ser jispiċċaw bla xogħol sakemm il-fabbrika terġa’ tibda tiffunzjona.
2
Sema’ bl-aħbar ċertu Bob Leverenz, sid tal-fabbrika Leverenz Shoe Company
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2022
li bħal seħbitha kienet tiffunzjona f’Wisconsin ukoll. L-għada tal-inċident laqqa’ lill-ħaddiema u qalilhom: “Ħbieb, bħali smajtu x’ġara lill-fabbrika ta’ John Stollenwerk, l-Allen Edmonds Shoe Company. Inħoss li għandna nagħmlu xi ħaġa biex ngħinuhom għax inkella għexieren ta’ ħaddiema ser jispiċċaw bla xogħol. Ser nitlob minnkom sagrifiċċju kbir. Nixtieq li nibdew naħdmu ġimgħa ta’ erbat ijiem u flok tmien sigħat nagħmlu 10 sigħat xogħol biex hekk inġibu l-40 siegħa tas-soltu. Fit-tlett ijiem l-oħra nistieden lil John Stollenwerk jinqeda bl-għodda u l-magni tagħna biex ikompli l-produzzjoni taż-żraben tiegħu.” Ħadd mill-ħaddiema ma oppona l-pjan u fil-fatt l-istedina saret u kemm John Stollenwerk kif ukoll il-ħaddiema tiegħu aċċettaw l-istedina b’sens kbir ta’ gratitudni. Huma bdew jaħdmu fit-tlett ijiem l-oħra permezz ta’ sistema ta’ shift biex ikopru 40 siegħa xogħol u hekk il-fabbrika Allen Edmonds baqgħet fis-suq
u għexieren ta’ ħaddiema baqgħu fl-impieg. L-arranġament dam bosta xhur sakemm John Stollenwerk sab post ieħor minn fejn seta’ jkompli l-produzzjoni. Fid-dinja tal-kummerċ l-azzjoni ta’ Bob Leverenz titqies bluha għax ġieh ċans biex jeqred lill-kompetitur tiegħu u flok kompla jgħaddsu ’l isfel tah ħabel ta’ salvazzjoni. Ma tħossx int ukoll li aħna l-bnedmin kapaċi noħolqu atmosfera ta’ ferħ u ħbiberija jekk flok ponn magħqud niftħuh biex nieħdu b’idejn xulxin?
3
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2022
DR CORONATO GRECH M.D. itemm l-artiklu li beda f’April:
Lil hemm mis-Sistema Solari u bejn il-kwiekeb hemm speċi ta’ sħab irqiq ħafna, is-‘sħab interstellari’, li huwa magħmul fil-biċċa l-kbira minn hydrogen (madwar 75%) u helium (madwar 25%). U dan mhux għaġeb għax dawn iż-żewġ elementi kważi f’dawn il-proporzjonijiet jiffurmaw il-biċċa l-kbira talunivers. Dawn huma l-iktar elementi sempliċi. Nafu li minnhom kollox inbena fl-intern tal-kwiekeb. F’dan is-sħab interstellari jiffurmaw kwiekeb ukoll ġodda li mbagħad, meta fl-
evoluzzjoni tagħhom jisplodu, jferrxu elementi ġodda fis-sħab interstellari. U kien maħsub li ssħab interstellari huwa pjuttost sempliċi. Però f’dawn l-aħħar 50 sena, u l-iktar permezz ta’ radjuteleskopji, instabu wkoll, u b’sorpriża, ħafna atomi, molekoli u biċċiet ta’ molekoli ħafna iktar ikkumplikati minn elementi waħedhom. Fost dawn insibu ilma1, urea2, hydrogen sulphide3, hydrogen cyanide4, acetic acid5, u ethanol6. X’inhuma jagħmlu dawn fl-ispazju u hemm ħafna iktar7, diffiċli tgħid.
1. Formula kimika H2O, fost l-iktar materjali komuni u importanti għall-ħajja fid-dinja. 2. Formula kemikali CO(NH2)2, kimika pjuttost ikkumplikata li fid-dinja nsibuha fl-awrina tal-mammiferi; u tintuża, fost l-oħrajn, fl-agrikultura (filproduzzjoni ta’ fertilizzanti); fil-mediċina (bħala ingredjenti f’xi ingwenti talġilda), u fil-produzzjoni ta’ xi splussivi. 3. Formula kemikali H2S, gass jinten ħafna; nassoċjawh l-iktar ma’ bajd imħassar u drenaġġ. Velenuż ħafna. 4. Formula kemiklali HCN, gass velenuż ħafna, tant li huwa l-gass prinċipali filkmamar tal-gass tal-mewt fejn isiru eżekuzzjonijiet f’ċerti stati tal-Istati Uniti. 5. Formula kemikali CH3COOH, aċidu pjuttost ħafif li jinsab fil-ħall. 6. Formula kemikali C2H6O; dan huwa alkoħol. Iva fl-ispazju hemm l-alkoħol, imma trid daqs ta’ Sistema Solari biex forsi tiġbor gallun, għalkemm l-ispazju tant hu kbir li fil-Galassija ‘tagħna’ biss hemm tunellati ta’ alkoħol. 7. Sal-lum nafu li hemm madwar mitejn.
4
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2022
Intant, hemm affarijiet ikbar, bħal kwiekeb waħedhom, bejn ilgalassiji; jew galassiji waħedhom bejn il-gruppi ta’ galassiji? Iva jidher li hemm. U jerġa’, iktar riċenti, l-ispazju vojt jidher li huwa kkumplikat ferm iktar milli qatt ħsibna. Minn ħafna osservazzjonijiet u kalkulazzjonijiiet tal-movimenti tal-galassiji, instab li hemm xi forma oħra ta’ materja li mhix dik li nafu biha u s’issa għadna ma nistgħux nosservawha bl-ebda strument, għalkemm tajnieha lisem ta’ Dark Matter. Mhux hekk biss imma jidher li din l-‘materja’ stramba (jekk hija materja) tifforma madwar 85% tal-univers.
Kif ukoll hemm stramberiji iktar għax anke l-iktar spazju vojt jidher li mhux vojt! Fit-teorija quantum u l-prinċipju talinċertezza hemm lok li jeżistu partiċelli virtwali li jaqbżu minnon-eżistenza għall-eżistenza għal ħin qasir ħafna. U jekk din tidher li hija fantaxjenza però huwa b’dan il-fenomenu li jaħdmu, fost l-oħrajn, l-iscanning tunnelling microscope u ċerti microprocessors.
U għalissa nieqfu hawn, għalkemm forsi ta’ min jaħseb daqsxejn kif bil-metodu xjentifiku, aħna, kreaturi fuq pjaneta żgħira, f’Sistema Solari mitlufa f’galassija li hija mitlufa f’tant galassiji oħra, irnexxielna nieħdu idea tajba tal-univers li ninsabu fih, għalkemm jidher li baqgħalna ħafna u ħafna x’nitgħallmu! 8. U frankament hekk tidher li hi.
9 Speċi ta’ mikroskopju li kapaċi jara, u anke jimmanipula, atomi individwali. Użat ħafna fin-nanoteknoloġija, li jidher li ser tkun importanti ħafna. 10. Li tista’ tgħid li beda minn Galileo madwar 400 sena ilu.
5
Diskussjoni
L-omm Staqsew lil waħda omm li kellha ħafna wlied liema minnhom tħobb l-iktar. U wieġbet: “L-iktar żgħir sa meta jikber, l-iktar imbiegħed sakemm jerġa’ jiġi lura, l-iktar marid sakemm ifiq, l-iktar imġarrab sakemm jitfarraġ.”
Qalb l-omm hi dejjem magħna fliktar mumenti diffiċli. Tinsiex tixtrilha xi ħaġa sabiħa għal jum l-omm li jaħbat dan ix-xahar.
6
Żewġ anġli kienu qed jiddiskutu l-pellegrini li kienu marru Lourdes: “Kemm ġew nies f’Lourdes din is-sena?” “Miljuni.” “Min l-iżjed li ħa ġid minn dawn il-viżti?” “Martin is-sajjied.” “Martin is-sajjied lanqas biss ġie Lourdes din is-sena!” “Veru ma ġiex imma kellu l-ħsieb li jiġi iżda meta mar biex jaqta’ l-biljett intebaħ li kien hemm xi familji bil-ġuħ u flok biljett qassam il-flus lil dawk filbżonn. Quddiem il-Mulej hu kien l-iktar pellegrin li ħa ġid millvjaġġ lejn Lourdes!” Il-karità hi l-isbaħ talba.
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2022
Tattika Xi ħadd mar jirrapporta li ħaddiem fl-uffiċċju ta’ Martin Luther King jr inqabad jisraq. U mal-aħbar seħħ dan id-djalogu: King: U issa x’għamiltu? Uffiċjal: Għidtlu biex jiġbor ħwejġu u għada ma jiġix għaxxogħol. Jiġi s-Sibt biex jieħu lpaga dovuta lilu għax-xogħol li laħaq wettaq. King: Meta jiġi għall-paga ngħidulu li ħfirnielu. Jekk nibagħtuh inkunu qed nitfgħuh f’idejn ix-xitan u żgur li jispiċċa ħafna agħar milli hu. Jekk ikun fostna ngħallmuh li s-serq ma jrendix. Għax illum jew għada jinqabad u jispiċċa lħabs. Hekk għamlu u ż-żmien ta raġun lil King. Il-ħaddiem tgħaqqal u qatt iktar ma seraq. Anzi spiċċa fost liktar ħaddiema onesti. Issa jekk il-bniedem kapaċi jaħfer u jagħti ċans ieħor kemm iktar jagħmel hekk il-Mulej quddiem liżbalji tagħna.
Skont Għal xi żmien il-moviment femminista kien kontra li l-irġiel juruhom manjieri li juru xi ftit favoriżmu lejn in-nisa bħal meta wieħed iqum fuq xarabank biex xi sinjura toqgħod floku jew tipprova tgħinha ġġorr xi ħaġa tqila. Darba George Henley kien dieħel f’supermarket u ra sinjura ġejja. Pront fetħilha l-bieb u offrielha tidħol qablu. “Agħmilli pjaċir tiftaħlix bibien għax jien mara!” “Jien ma ftaħtlekx il-bieb għax int mara imma għax jien ġentlom!” X’ġara wara u x’intqal ma nafx!
7
IL-LAQGĦA TA’ APRIL Peress li fl-ewwel week-end ta’ April kellna fostna l-Q.T. il-Papa Franġisku l-laqgħa saret fit-tieni Sibt li inzerta lejlet Ħadd il-Palm. Kellemna Mons Karm Gauci u għamlilna ħsibijiet tassew interessanti fuq iż-żmien qaddis li konna fih. Beda billi fisser kif ilġrajjiet tal-aħħar ġimgħa ta’ Ġesù kienu l-ewwel parti mit-Testment il-Ġdid li nktibu. Għalhekk hemm ħafna paralleliżmu mal-ġrajja tattwelid… insibu anġli, faxex eċċ. fiż-żewġ rakkonti. Pereżempju meta lil Kristu niżżluh mis-salib għamluh f’liżar – meta twieled fil-faxex. Fil-ġnien taż-żebbuġ deherlu anġlu biex jikkonslah, fittwelid ta’ Ġesù dehru l-anġli. Ilqari tal-quddies li huma l-buildup għal-liturġija ta’ din il-ġimgħa huwa sabiħ immens. Jurina lil Ġesù fil-proprju dawl tiegħu ta’ Messija. Niltaqgħu malpersunaġġi prinċipali. Laqatna ħafna l-ħsieb fuq iċ-ċaħda ta’ Pietru li xħin qal li ma kienx jaf lil Kristu tista’ tagħtih raġun. Hu kien jaf lil Ġesù popolari, imdawwar dejjem min-nies li riedu jisimgħuh jew jarawh jagħmel xi miraklu; setgħan fuq
8
il-ħajja u fuq il-mewt u issa qed jarah maqbud bħall-ħaruf meħud għall-qatla. Kien dijametrikament differenti minn dak li kien ilu jaf tul it-tliet snin li kien ilu miegħu. Allura għalih dak Ġesù arrestat ma rahx jixbah lil dak li kien jaf. Imnalla kien is-serduk li ġabu f’tiegħu u fakkru fuq dak li kien qallu. Anke aħna bosta drabi ma nindunawx bl-iżbalji tagħna, nidraw fihom u jsiru qishom xejn. Bħar-re David għandna bżonn lill-profeta Natan li wrieh id-dnub
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2022 tiegħu ma’ Betsabè. David kien ħeba dnubu minn quddiem in-nies u għamel minn kollox sabiex anke jserraħ il-kuxjenza. Kien ilprofeta Natan li affrontah u wrieh kemm dak li għamel kien ħażin u anke jekk ħadd ma nduna quddiem Alla kollox mikxuf. Aħna wkoll għandna bżonn min jurina n-nuqqasijiet tagħna u jwassalna għand Ġesù. Ġesù jagħtina kull għajnuna sabiex nerġgħu naslu sa għandu. Poeta kien kiteb li l-għajta ta’ Kristu minn fuq is-salib kienet b’leħen għoli sabiex Ġuda jkun jista’ jisimgħu u hu wkoll jiddispjacih ta’ dak li għamel. Safejn nafu mill-Evanġelji Ġuda ma talabx maħfra imma żgur li Ġesù baqa’ jistennieh. Kristu ssallab għaddnubiet tagħna u għalhekk għandna nfittxu s-saċerdot għallqrar għax dawn l-għemejjel, ħsibijiet u xewqat tagħna, li żammewh mas-salib. Hu ħażin li tidħol fi skrupli imma sew li dak li hu ħażin insejħulu ħażin u mhux niġġustifikawh. Għalhekk Ġesù ħallielna s-sagrament talqrar. Nirringrazzjaw lil Mons Karm Gauci tal-laqgħa interessanti li għamlilna li żgur li serviet bħala introduzzjoni u preparazzjoni sabiħa għall-iktar ġimgħa għażiża tal-Liturġija Nisranija.
…GĦAL-LAQGĦA TA’ MEJJU Il-laqgħa ta’ Mejju ser issir nhar is-Sibt 7 ta’ Mejju fit-8.00p.m. peress li l-aħħar quddiesa filparroċċa qed issir fis-7.00p.m. Stedinna lil Dun Michael Said sabiex jiġi jagħmlilna ħsieb dwar Ommna tas-Sema f’dan ixxahar iddedikat għaliha. Mela ħabib narawk nhar is-Sibt 7 ta’ Mejju fit-8.00p.m. Ejja int u ħajjar lil ħbiebek jattendu wkoll.
9
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2022
“Inħaslu, tnaddfu, neħħu l-ħażen ta’ għemilkom minn quddiemi, ieqfu mill-ħażen, tgħallmu agħmlu t-tajjeb. Fittxu d-dritt, għinu l-maħqur…” Isaija 1: 16-17 Snin ilu meta l-kastigi kienu ħorox, raġel inqabad jisraq nagħġa u l-awtoritajiet ħarqulu l-ittri ST (Sheep Thief) fuq moħħu. Iżda r-raġel inbidel. Snin wara, meta kien xjaħ ħafna, it-tfal kienu jistaqsu lill-ġenituri x’kienu jfissru l-ittri li kellu fuq moħħu. “Saint – Qaddis,” kienu jweġbuhom. La rnexxielu dak ir-raġel għandna nirnexxu aħna wkoll. Aħna wkoll nistgħu nsibu triqitna lejn Alla. Kulma rridu nistaqsu lil Alla jgħinna.
#
X’inhi dik il-ħaġa f’ħajti li hemm bżonn nibdilha? Kif nista’ nibda t-triq?
10
L-indiema tfisser li tkisser qalbek għad-dnub u tiksirha mad-dnub. Xi wħud jindmu, iżda qatt ma jirriformaw. BONNELL THORNTON
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2022
Ħadd filgħaxija u dlonk waqfet ħdejh taxi b’xufier daqs ġolf. Dan qabad il-bagalja, li ma kinitx ħafifa, u poġġieha fil-booth tattaxi u b’guffaġni ordna lit-tabib jidħol fil-karozza.
Louis Granpas kien tabib Franċiż, Kattoliku prattikanti, ta’ qalb ħanina għax qatt ma kien jitħallas tas-servizz li kien jagħti meta jintebaħ li l-familja hi fqira u qajla qed tlaħħaq mal-ispejjeż talħajja. Mhux ta’ b’xejn li n-nies fis-subborg ta’ Pariġi fejn kellu lklinika tiegħu, kienu jħobbuh immens.
It-tabib xejn ma għoġbitu l-bixra ta’ dan ir-raġel iżda issa kien tard wisq biex jibdel. Daħal fit-taxi u wara li ta l-indirizz lix-xufier intefa’ jistrieħ fuq is-seat. U bla ma ried beda iteftef fil-kuruna tarRużarju li kien iżomm fil-but. Jitlob bil-qalb biex il-Madonna teħilsu minn xi saram li dan irraġel seta’ forsi jdaħħlu fih.
Darba Dr Granpas, wara li attenda seminar ta’ xi tlett ijiem u li fih ilparteċipanti kellhom jagħmlu xi esperimenti, wasal fl-istazzjon u beda jdur biex jara jilmaħx xi taxi li kellha twasslu d-dar. Kien ilIx-xuffier kien qed isuq b’veloċità kbira u ma qalx kelma. Iżda f’daqqa waħda nfaqa’ jgħid: “Ilni sigħat nipprova nsib tabib għax għandi ibni qed imut. Imma l-Ħadd filgħaxija jidher li kollha qegħdin bogħod millklinika tagħhom. Milli jidher int
11
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2022 tabib għax hekk hemm miktub fuq il-bagalja. Nitolbok tiġi miegħi u tara tistax tagħmel xi ħaġa għal ibni!” “Niġi bil-qalb,” qallu Dr Granpas u dlonk fehem li forsi din kienet ir-raġuni għala r-raġel kien tant mimli qilla. Meta waslu f’dar ix-xufier, Dr Granpas talab lir-raġel iġorr ilbagalja għax fiha kellu ħafna mediċina li kien uża fis-seminar. Ftakar ja verġni Marija li qatt ma nstema’ li xi ħadd intefa’ taħt ilħarsien tiegħek, talbek l-għajnuna u inti ma smajtux…”
U meta daħal sab mara tibki u tolfoq għax binha, tarbija ta’ ftit xhur, kien qed donnu jifga, jisgħol waħda f’waħda. Bil-kalma u b’kura kbira t-tabib ta xi mediċina liċ-ċkejken li wara ftit deher li donnu qed jirpilja. Issogħla naqset u n-nifs beda jirritorna għan-normal. Il-mara ħarset lejn it-tabib u qaltlu, “Ma nafx int temminx jew le. Iżda meta r-raġel ma setax isib tabib bdejt nitlob bil-qalb talba li tgħallimt meta kont żgħira. Tibda bil-kliem…
12
It-tabib tbissem. U weġibha: “Waqt li int kont qed titlob ittalba ta’ San Bernard imsejħa Miserere jien kont qed ngħid irRużarju. It-talb tiegħek u tiegħi wassluni hawn biex binkom ma jibqax jisgħol u bla nifs u forsi jmut ħesrem f’età tant żgħira!”
Għal min ma jemminx ġrajjiet bħal dawn huma kumbinazzjonijiet. Iżda għal min jemmen huma xhieda oħra li lMadonna tisma’ talbna u tgħinna f’xi saram li nsibu ruħna fih. (Ġrajja rrakkontata fil-website A Moment with Mary. Making Mary known and loved tat-Tlieta 11 ta’ Jannar 2022.)