MARZU 2022 numru 667
+L-Iben t'Alla sar Bniedem
MARZU 2022 numru 667 Min qatt żar il-belt ta’ Firenze aktarx li waqaf issummat quddiem il-koppla maestuża tadduomo… il-katidral ta’ din il-belt. Timmeraviljak minn barra u forsi iktar minn ġewwa. L-istorja tagħha teħodna lura ħafna sekli. Għal mijiet ta’ snin in-nies ta’ Firenze kellhom katidral bla koppla. Bini sabiħ u kbir iżda b’toqba kbira fin-nofs. Donnu ħadd ma ried jidħol għal din ilbiċċa xogħol. Kulħadd kien jibża’ li jagħmel xi fjask. Fl-aħħar fl-1418, il-kunsill tal-belt ħareġ stedina biex ikun jaf kienx hemm xi ħadd imħajjar li jidħol għal dan ix-xogħol. Daħlu ħafna iżda l-iktar disinn li ntgħoġob kien dak ta’ Filippo Brunelleschi. Iżda meta dan ġie biex ifiehem il-pjanijiet tiegħu l-kunsill bagħtu ’l barra għax qal li dan hu ‘lablabi u miġnun’. Iżda mhux il-membri kollha qablu ma’ din il-konklużjoni u kien hemm min baqa’ jemmen f’Filippo. Sakemm dawn irnexxielhom jikkonvinċu lil sħabhom biex iħallu lil Brunelleschi jwettaq ilħolma tiegħu. Iżda għad li tawh il-permess jibda x-xogħol bagħtulu l-iktar għadu tiegħu – ċertu Lorenzo Ghilberti, ġenju f’dak li hu disinn iżda qajla jifhem fis-sengħa talkostruzzjoni, biex jieħu responsabbiltà totali tal-proġett. Lorenzo kellu jgħasses fuq Filippo qisu seqer ħalli jara li x-xogħol miexi kif suppost. Kien jitħallas iktar mill-istess Brunelleschi. Sakemm dan jum wieħed meta kollox kien lest għal biċċa xogħol diffiċli fit-tiswir tal-koppla rrapporta marid u qalilhom biex imorru fejn Ghilberti ħalli jgħidilhom hu x’għandhom jagħmlu. Iżda dan, minkejja li kellu l-pjanti kollha lesti b’dettalji eżatti, kellu jammetti li ma jafx ikompli u xxogħol li sar fl-essenza ta’ Filippo kellu jerġa’ jsir mill-ġdid. Minn dakinhar Filippo kellu ferm iktar libertà biex ikompli l-ħolma tiegħu li llum hi meqjusa bħala waħda mill-ikbar kapolavuri tad-dinja. Fil-ħajja tajjeb nisimgħu kull kritika iżda ma għandniex inħallu l-kritika ttellifna li nwettqu xi ħolma sabiħa li l-Mulej ikun nebbet f’qalbna.
1
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Marzu2022
Jirrakkonta Fr Mario Conte patri Franġiskan li jgħix f’Padova fil-bażilika u kunvent ta’ Sant’Antnin. Jgħid li darba snin ilu mar ħdejh raġel xwejjaħ jismu Alfonso minn Oderzo, raħal żgħir xi 50 kilometru bogħod minn Padova li rrakkontalu storja dwar bott komuni iżda li għal Alfonso kellu ħafna memorji marbuta mat-Tieni Gwerra Dinjija.
Dan Alfonso kien suldat Taljan li ttieħed il-Ġermanja biex ikompli jiġġieled anke meta l-Italja kienet ċediet. F’dan il-bott Alfonso kien jitfa’ dak kollu li jingħata bħala ikel u xorb fil-kamp fejn kien jgħix ma’ mijiet ta’ suldati oħra. U biex żgur ħadd ma jeħodlu ħarbex fuqu ismu u n-numru militari tiegħu.
2
Kienet ir-rebbiegħa tas-sena 1945 meta Alfonso flimkien ma’ suldati Taljani oħra rnexxielu jaħrab wara li għal ħafna xhur kien ilu jtenni t-talba, “Mulej ħudni lura lejn familti,
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Marzu2022
biex irodd lura dak li kien sab.
U l-awtoritajiet Kanadiżi wara tiftix intensiv sabu lil Alfonso u permezz tal-ambaxxatur Taljan fil-Kanada wasslulu l-bott li tant kien għażiż għalih.
marti u wliedi.” U fil-fixla tal-ħarba nesa l-bott li kellu marbuta miegħu għexieren ta’ ġrajjiet mumenti li qatt ma kien ser jinsa. Għalih kien sar għażiż. Għaddew bosta snin u darba l-awtoritajiet Kanadiżi infurmawh li kien hemm Ġermaniż li kien sab il-bott u għad li ma kien jiswa xejn ġabru għax la kellu isem u numru ħaseb li seta’ jsib lil sidu. Ħalla ħafna żmien jgħaddi għax beża’ li jekk xi ħadd jintebaħ li kien suldat Ġermaniż forsi jitkeċċa mix-xogħol jew isir bniedem mibgħud minħabba dak li kienu għamlu n-Nażisti. Iżda meta għaddew 40 sena ħass li kien għadda żmien biżżejjed
Għal Alfonso din il-ġrajja ġabitlu ħafna memorji. Kien iħares lejn il-bott… issa jitbissem… issa jibki. Għalih kien oġġett sentimentali li qdieh għal bosta xhur. U mbagħad bdiet storja oħra. Xtaq jiltaqa’ ma’ min kien bagħtulu. U saru arranġamenti biex l-ex-suldat Ġermaniż imur Oderzo, raħal Alfonso u hemm jagħmel konoxxenza ma’ ħabib li hu ma kienx jaf għax qatt ma tkellmu u qatt ma rah jew iltaqa’ miegħu. Imma kienu saru ħbieb permezz ta’ bott komuni. Ma tħossx int ukoll li aħna l-bnedmin kapaċi noħolqu atmosfera ta’ ferħ u ħbiberija jekk flok ponn magħqud niftħuh biex nieħdu b’idejn xulxin?
3
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Marzu2022
DR CORONATO GRECH M.D. jiktbilna:
Din probabbli hija l-iktar formula famuża fix-Xjenza. Kien ħareġ biha Albert Einstein (1879-1955) fil-19051 wara ħafna studju dettaljat li kien jinvolvi wkoll ħafna matematika kkumplikata. Din il-formula tgħid li l-enerġija E hija ekwivalenti għall-materja m. Li jfisser li jistgħu jinbidlu f’xulxin2. Din hija xi ħaġa tal-
għaġeb għax waqt li materja nafu x’inhi għax kollox madwarna huwa magħmul minn materja, lenerġija hija ħafna iktar astratta. Definizzjoni minnhom tgħid li ‘enerġija’ hija l-kapaċità li jsir xogħol jew tibdiliet. Ovvjament vaga u trid spjegazzjonijiet iktar. Forsi iktar familjari huma forom differenti ta’ enerġija li nosservaw madwarna inkluż, fost
1. Din is-sena hija, bir-raġun, ikkunsidrata l-annus mirabilis ta’ Einstein. Fiha kellu erba’ pubblikazzjonijiet kbar: Photoelectric effect li ta bażi għal quantum. Brownien motion fejn ta xhieda konkreta għall-molekoli. Special relativity fejn ta dimensjonijiet ġodda għal spazju, veloċità u żmien. Energy mass equivalence li hija t-titlu ta’ dan l-artiklu. 2. Għalkemm l-enerġija u l-materja jistgħu jinbidlu f’xulxin, l-ammont totali tagħhom jibqa’ dejjem l-istess, dak li fforma bih l-univers. L-enerġija tista’ tinbidel minn forma għal oħra ta’ enerġija, bħal pereżempju fi splużjoni fejn lenerġija kemikali tinbidel f’moviment, sħana, dawl u ħoss, kollha forom ta’ enerġija. Materja wkoll tista’ tinbidel f’materja oħra bħal fir-reazzjonijiet kemikali kollha li jsiru madwarna; u anke xi partiċelli subatomiċi jistgħu jinbidlu f’xulxin. Fi kliem ieħor l-materja u l-enerġija ma jistgħux la jinqerdu u lanqas jinħolqu. Madankollu l-ammont ta’ enerġija utli qiegħda dejjem tonqos. Dan għaliex fittibdil ta’ enerġija u materja ċertu ammont ta’ enerġija dejjem tispiċċa f’forma ta’ sħana li ma tistax tintuża iktar. Li jfisser li l-ammont ta’ enerġija inutli, imsejħa
4
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Marzu2022
l-oħrajn id-dawl, is-sħana, lelettriċità, il-ħoss u dik kemikali. Is-simbolu ‘c’ fil-formula qiegħed għall-veloċità tad-dawl. Din hija kbira ħafna, 300,000,000 metru fis-sekonda. Fil-fatt hija l-ikbar veloċità possibbli fl-univers. Għaliex ma jistax ikun hemm veloċità ikbar u għaliex dan in-numru huwa daqsxejn strambi u misterjużi. Sempliċiment hekk jaħdem l-univers, u hekk nosservaw. Intant, peress li c huwa numru kbir ħafna u peress li fil-formula jerġa’ huwa mmultiplikat bih innifsu, l-enerġija li toħrog millmaterja meta tinbidel f’enerġija hija kbira ħafna. Dan jidher drammatikament f’bombi nukleari fejn anke nitfa materja tinbidel f’enerġija kbira. Din hija wkoll minn fejn iġibu l-enerġija l-
kwiekeb, inkluż ix-xemx3. Madankollu, meta materja tinbidel f’enerġija taħt ilkundizzjonijiet ikkontrollati ta’ stazzjonjiet nukleari, jew bla kontroll f’bombi nukleari, jew fil-kwiekeb, huwa persentaġġ żgħir ħafna (madwar 1% ) ta’ materja li tinbidel f’enerġija. Ġie kkalkulat, issa b’matematika mhux daqshekk ikkumplikata, li jekk inti adult/a tiżen 70 kilogrammi, u din il-materja kollha tinbidel f’enerġija, din tkun ekwivalenti għal 30 bomba nukleari tal-hydrogen. Intant, jekk tħossok għajjien, mgħaxxex, u bla saħħa, ftakar daqsxejn x’enerġija toħrog minnhekk jekk ikollok tisparixxi totalment fi splużjoni nukleari4!!!
entropy, dejjem qed tiżdied. Li jfisser ukoll li naqra naqra l-univers qed ‘imut’ u xi darba fil-futur ferm u ferm remot għad jispiċċa kollu f’forma ta’ sħana flinqas temperatura possibbli, l-hekk imsejħa l-heat death of the univers. F’dan iż-żmien ferm remot fil-futur, anke l-materja kollha tispiċċa enerġija f’forma ta’ sħana. Ġie kkalkulat (dawn l-ideat huma bbażati fuq ħafna matematika kkumplikata) li proton (waħda mill-partiċelli prinċipali tal-materja) tispiċċa f’10 u 32 zero warajh, snin, numru immaġinabbli kbir. Intant xi ħadd daqsxejn ċiniku poġġa dan kollu fil-forma: Y ou must play the game. / You can’t win / You can’t break even / You can’t quit the game. 3. Huwa kkalkulat li fiċ-ċentru tax-xemx, kull sekonda, madwar 4 biljun kilogramma ta’ materja, (hydrogen), jinbidlu f’enerġija (prinċipalment sħana u dawl). 4. Għalkemm bħala materja ma tibqax teżisti imma tibqa’ ekwivalenti bħala sħana, moviment, dwal, ħsejjes eċċ eċċ!
5
Trid spjega
Qalhielu Fil-belt Russa ta’ Moska, Lhudi xiħ deher jistudja l-grammatika Lhudija. Aġent sigriet Russu resaq viċin biex jara x’qed jaqra u meta ntebaħ qallu: “Issa int, xiħ ta’ xi tmenin sena, għaliex qed tistudja l-lingwa Lhudija meta taf li żgur li m’intix ser tmur lura f’pajjiżek?” “Qed nistudjaha biex meta mmur il-ġenna nkun naf nitkellem sew għax hemm fuq il-lingwa franka hi l-Lhudi!” “U jekk tmur l-infern?” “Diġà naf nitkellem sew bir-Russu!”
6
Bejjiegħ tas-sandwiches kien iħobb jgħajjat li l-laħam li jpoġġi bejn il-ħobż hu fifty fifty tiġieġ u laħam taż-żiemel. Iżda t-togħma kienet dejjem tal-laħam tażżiemel u t-togħma tat-tiġieġ ma kienet tinħass qatt. Xi ħadd darba qallu: “Imma kif int tgħid u tiftaħar li l-laħam tiegħek hu fifty fifty żiemel u tiġieġ meta ssib biss togħma tal-laħam taż-żiemel?” “Ħafna jaħsbu li jien nagħmel fifty laħam taż-żiemel u fifty laħam tat-tiġieġ. Imma jien irrid ngħid li fifty fifty ifisser li għal kull żiemel nagħmel tiġieġa!” Kultant nofs verità agħar minn gidba.
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Marzu2022
Survey
Skont fuqiex tieqaf
Sar survey interessanti dwar ilmixja tal-bniedem f’ħafna bliet biex jaraw l-għaġla tal-ħajja għannies ta’ dawn il-bliet. U nstab li liktar nies li jidhru mgħaġġla huma dawk li joqogħdu f’Singapore għax dawn ikopru 60 pied f’inqas minn 11-il sekonda. Fi New York jieħdu sekonda oħra biex jagħmlu l-istess distanza. Imma fil-belt Amerikana ta’ Blantyre f’Malawi l-ħajja jeħduha iktar bil-lajma għax in-nies ta’ din il-belt ikopru l-istess distanza f’31 sekonda.
De Vincenzo kien għadu kemm rebaħ kompetizzjoni prestiġjuża tal-golf. Tar-rebħa ngħata rigal ta’ bosta eluf ta’ ewro. Eżatt kif kien ħiereġ mis-sala wara lpreżentazzjoni tat-tazza u ċ-ċekk, mara b’tarbija f’idha marret fuqu u talbitu xi ħaġa karità għax binha kien marid b’kanċer u riedet tixtrilu l-mediċina.
F’Malta naħseb li noqorbu sew lejn dik ta’ New York. Jalla nidraw insibu ħin nieqfu ftit mill-ġirja talħajja biex niggostaw is-sabiħ ta’ madwarna, biex insibu ħin ngħidu kelma ma’ dawk qrib tagħna u biex induru ftit lejn il-Mulej u nuruh li la nsejnieh u lanqas warrabnieh. Ħajjitna hekk tieħu dimensjoni oħra. Inqas għaġla imma sodisfazzjon ikbar ukoll.
De Vincenzo taha l-flus kollha li kellu fil-kartiera li kienu jammontaw għal diversi għexieren ta’ ewro. Xi ħadd ra x-xena u telaq ikellem lil De Vicenzo, “Jekk dik il-mara qaltlek b’xi tifel marid b’kanċer kienet qed tigdeb u jekk tajtha xi karità kienet qed tidħak bik!” “Grazzi li għedtli li mhux veru li hemm tifel marid bilmarda tal-kanċer. Din l-isbaħ aħbar li ħadt din il-ġimgħa.” U kompla sejjer fi triqtu.
7
Il-laqgħa ta’ Frar Peress li kellna fostna lil Dun Raymond Portelli mill-missjoni tiegħu f’Iquitos fil-Perù ħadna lokkażjoni u stedinnieh jiġi jkellemna. Peress li Dun Raymond hu wkoll tabib kellemna ħafna fuq dak li għaddew minnu fiż-żmien iebes tal-pandemija. L-uniku mezz li tasal Iquitos huwa bl-ajruplan. U sentejn ilu ngħalaq ġimgħa eżatt wara li wasal hemm minn btala fostna. Ħassu xxurtjat li kien f’Iquitos u mhux għadu għallbtala meta ngħalaq l-ajruport. Għall-bidu tal-pandemija ħadd ma kien jaf xejn dwarha u għalhekk ma kinux jafu
8
x’mediċina hemm bżonn biex tiġġildilha. Meta l-virus wasal f’Iquitos – peress li hemm popolazzjoni densa ta’ nofs miljun persuna – jikkalkolaw li nofs il-popolazzjoni mardet. La kellhom mediċini u lanqas ilbies protettiv. L-isptar prinċipali ġie litteralment invadut mill-pazjenti u s-sistema tas-saħħa kkrollat. Kien hemm saħansitra min miet hu u jistenna li jmissu jara tabib. Minn madwar 120 tabib f’Iquitos, mietu 27 wieħed – 4 minnhom kienu sħab Dun Raymond fil-kors tal-mediċina. Professur tiegħu kien ċempillu u ħajru jagħmel ġabra sabiex jixtru magna li tipproduċi l-ossiġnu (għaliex dik li kien hemm l-isptar inħarqet). Imma din tiswa madwar
€100,000. Talab permess u fuq ilfacebook tiegħu għamel avviż flimkien mal-kontijiet tal-bank. Ma immaġinax li ser ikun hemm rispons qawwi. L-għada ċċekkja l-kontijiet u ġieh dubju miż-żeros wara l-figura jew il-punt diċimali fejn qiegħed. Isib li f’24 siegħa nġabru aktar minn miljun soles (madwar kwart ta’ miljun ewro). Dawn kienu kollha offerti millPeruvjani. . . uħud minnhom sinjuri li taw l-eluf u oħrajn nies komuni li taw milli setgħu. Peruvjani fi bliet oħra mxerrdin mad-dinja wkoll għamlu sehemhom. Ordnaw il-magna talossiġnu u ftit ġimgħat waslet f’Iquitos. Permezz tagħha salvaw ħafna u ħafna ħajjiet. Inxtrat ukoll ħafna mediċina. Il-Knisja wkoll għamlet is-sehem tagħha. Offriet lill-Gvern dar tal-irtiri li saret sptar għall-morda bil-Covid-19 u Dun Raymond beda jieħu ħsieb dan il-post. Kienet saret ukoll ġabra f’pajjiżna għall-missjoni tiegħu. L-ewwel mewġa biss ħalliet ħafna mwiet. Illum, għallgrazzja ta’ Alla, il-qagħda ta’ hemmhekk tixbah ħafna lil dik f’pajjiżna u tidher ikkontrollata ferm. Jikkalkolaw li perċentwalment Iquitos kien laktar reġjun li bata fl-ewwel mewġa u li għoxrin fil-mija tattfal sfaw orfni. Nirringrazzjaw lil Dun Raymond li kull darba li jkun għall-btala f’pajjiżna jiġi bil-qalb jagħmlilna l-laqgħa.
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Marzu2022
…GĦAL-LAQGĦA TA’ MARZU Għal-laqgħa ta’ Marzu stedinna lil Ms Dorianne Cassar li hija għalliema u lecturer gradwata b’Liċenzjat fl-istudji Bibliċi. Barra fi skola sekondarja u lUniversità tagħti wkoll korsijiet qosra dwar aspetti differenti talBibbja. Ser tkellemna fuq ilġrajja tal-ħolqien u l-aspetti differenti tagħha. Ms Cassar ser tagħtina togħma sabiħa talprofondità tal-istudji bibliċi b’sempliċità li jifhimha kulħadd.
Mela ħabib narawk nhar is-Sibt 5 ta’ Marzu fis-7.30p.m. Ejja int u ħajjar lil ħbiebek jiġu wkoll.
9
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Marzu 2022
[Ġesù qal:] “Nagħtikom kmandament ġdid, li tħobbu ’l xulxin, bħalma ħabbejtkom jien, tħobbu intom ukoll lil xulxin. Minn dan jagħrafkom kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jekk għandkom l-imħabba lejn xulxin.” Ġwanni 13: 34-35 Il-film La Strada li Frederico Fellini ħadem fl1954 kiseb popolarità kbira. F’xena klassika minnu klown qiegħed jitkellem ma’ tfajla. Kienet xebgħet tħobb lil min ma jirritornax l-imħabba u ma tantx hu ta’ min iħobbu. Fi tmiem id-diskursata t-tfajla daret biex titlaq imma l-klown jgħidilha, “Imma jekk ma tħobbx lil dawn it-talin min ser iħobbhom?”
#
Il-kliem tal-klown lit-tfalja u dawk ta’ Ġesù lid-dixxipli jistednuni ngħarbel lil qalbi u nara kemm jien kapaċi nħobb.
10
Li tħobb id-dinja kollha mhix ħaġa kbira. Kif ser tħobb lill-ġar hija l-problema. Anonima.
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Marzu2022
Mhux in-nies ta’ Rio biss huma mkabbra b’din l-istatwa imma lBrażiljani kollha. U għandhom raġun għax din l-opra artistika ntgħażlet minn miljuni ta’ nies bħala waħda mis-7 binjiet li joħolqu stagħġib fid-dinja moderna. L-istorja wara din l-istatwa tirrakkonta kif grupp ta’ nies millbelt ta’ Rio kienu qegħdin jaraw indifferenza kbira reliġjuża wara tmiem l-Ewwel Gwerra Dinjija. Ħassew li għandhom jagħmlu xi ħaġa. Iddjalogaw mal-Arċisqof u ħarġu bl-idea ta’ statwa ġganteska ta’ Kristu Salvatur fuq l-għolja Corcovado li kienet tiddomina lplajja maestuża ta’ belthom. Wara ħafna konsultazzjonijiet u permessi bdiet ħidma intensiva biex jintgħażel disinn għal dan ilproġett. U rebaħ l-iskultur Pollakk Paul Landowski li
ppreżenta abbozz ta’ Kristu Salvatur b’idejh miftuħin beraħ qisu qed jgħannaq miegħu l-popli kollha tad-dinja. Daħlu għal dan il-proġett massiċċ il-periti Albert Caquot (Franċiż) u Heitor da Silva Costa (Brażiljan). Kien proġett enormi b’pedestal għoli fuq 25 pied u statwa li kienet tlaħħaq kważi mitt pied. U bilfors hekk riedet tkun biex titgawda min-nies li kienu jgħaddu minn taħt il-għolja ta’ Corcovado li kellha għoli ta’ 2300 pied. Ix-xogħol fuq il-pedestal beda fl1922 u kien taħt id-direzzjoni ta’ Heitor Levy, Brażiljan li tant
11
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Marzu2022
ossessjona ruħu b’dan il-proġett li beda jgħix fuq l-għolja Corcovado, jiekol u jorqod hemm. Kien xogħol ta’ periklu kbir għax il-ġnub tal-muntanja kienu qishom dagħbien bla qiegħ. Heitor kien attent ħafna biex ħadd mill-ħaddiema ma jisfa’ vittma ħtija ta’ għaġla żejda jew nuqqas ta’ attenzjoni.
jitpoġġew f’karti żgħar li kellhom jitħalltu mal-konkrit l-iktar qrib il-qalb fl-istatwa tas-Salvatur. Għax emmen il-kliem marbut ma’ wegħda ta’ dan Ġesù f’dehra privata lis-soru Margerita Maria Alacoque (Franċiża li għexet fis17-il seklu), “Min ixerred iddevozzjoni lejja jkollu ismu mnaqqax f’qalbi għal dejjem.”
Iżda darba hu nnifsu tfixkel ma’ fallakka u li ma kienx għallintervent instittiv ta’ xi ħaddiema tiegħu kien żgur jispiċċa mejjet b’waqgħa terribbli fil-wied ta’ taħt l-għolja Corcovado. Levy ma kienx Kattoliku iżda dan linċident ressqu lejn ir-reliġjon Kattolika u beda jħoss li kien Ġesù li ħelsu minn traġedja u beda l-mixja lejn ir-reliġjon li tagħha l-figura ta’ Ġesù hi ċentrali. Mhux biss sar Kattoliku imma ried li ismu u isem familtu
L-istatwa ġiet inawgurata f’Ottubru 1932. F’din l-okkażjoni l-Arċisqof ta’ Rio xtaq u stieden lil kull min iħares lejn l-istatwa jitħajjar jgħid talba żgħira lillMulej li meta kien jgħix fostna fil-Palestina qalilna: “Ejjew għandi intom imtaqqlin u mgħobbijin u jien inserraħkom”. Talba li nistgħu ntennuha aħna wkoll.
12
Jitqies miraklu l-fatt li ebda ħaddiem ma tilef ħajtu tul ilkostruzzjoni ta’ dan il-monument.