Skip to main content

Il-Hbieb Isejhu - Frar 2022

Page 1

FRAR 2022 numru 666


+L-Iben t'Alla sar Bniedem

FRAR 2022 numru 666 Fil-ħajja ta’ San Ġwann Bosco hemm rakkont ħelu dwar kif il-qaddis irnexxielu jikseb offerta sabiħa ta’ flus favur l-oratorju f’xi belt fl-Italja fi żmien meta kien verament imrekken minn bosta nies li kellu jagħtihom u ma setax iħallashom. Fil-qrib ta’ dan l-oratorju kien hemm kontessa li kellha flus bir-radam imma kienet iebsa ħafna biex tagħti karità. Għalxejn marru bosta jitkarrbulha biex tagħti xi ħaġa favur l-oratorju ta’ dan ilqassis twajjeb li kien ġabar mijiet ta’ tfal mit-toroq ta’ bliet Taljani u tahom edukazzjoni reliġjuża u anke akkademika. Idejha kienu magħluqin iktar minn ta’ ġellied waqt ġlieda boxing. Don Bosco ddeċieda li jmur ikellimha. Ħabbat il-bieb u meta fetħet qalilha: “Nixtieq jekk jogħġbok inkellem lill-mamma tiegħek!” Il-kontessa nħasdet, “Il-mamma ilha mejta s-snin!” “Skużani. Imma tant rajtek għadek żgħira fl-età li immaġinajt li int it-tifla tal-kontessa.” U l-kontessa tant għoġobha dan il-kumpliment li tagħtu somma sabiħa li biha seta’ jieħu ftit tar-ruħ. Kien sabilha l-punt debboli… naqqsilha l-età u fetħilha idejha beraħ. Kumpliment joħloq arja ta’ ħbiberija, atmosfera ta’ sodisfazzjon, ambjent ta’ ferħ. Tkunx iebes biex tagħtih.

1


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Frar2022

Tirrakkonta Judie Gulley fil-Messenger of St Anthony. Ma nafx hix storja vera jew fittizja iżda t-tagħlima hi attwali ħafna. Tgħid li l-ġrajja seħħet waqt il-quddiesa tal-Ħadd f’jum il-karità li fih il-parruċċani kienu mħajra jagħtu xi ħaġa extra għall-bżonnijiet ta’ dawk li ma kellhomx għaxja ta’ lejla u forsi lanqas saqaf fuq rashom. Kif kulħadd kien qed jistenna li joħroġ Fr Joe u jgħidilhom l-aħbarijiet tal-ġimgħa raw dieħel fil-knisja raġel xiħ izappap, b’kowt oħxon u qadim fuqu b’xagħar imqanfed jitlob lill-miġemgħa biex tagħmillu ftit wisa’ ħalli jkun jista’ jistrieħ fuq xi bank iżda ħadd ma warrablu għax ħadd ma riedu fejnu. Ix-xiħ kompla miexi lejn l-artal maġġur u kulħadd jinbarralu t-triq tal-bank tiegħu biex ma jidħolx ħdejh. Kienu donnhom qed ixommu riħa ta’ xorb u forsi ta’ tabakk qadim. Beżgħu li jkun marid li seta’ jwassal xi mikrobu qerriedi. Għattew ħalq iż-żgħar tagħhom b’imkatar illumtati.

2


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Frar2022

Il-ġemgħa ssummat. Fr Joe ma qalilhom xejn. Dar u telaq lejn l-artal biex jibda l-quddiesa. Dakinhar ma kienx hemm bżonn ta’ omelija twila. Li f’jum il-karità jkeċċu barra raġel xwejjaħ b’ħafna skużi żgur ma kienx jagħmel ġieħ lil min jgħid li hu Nisrani.

Imbagħad qam raġel u resaq lejn il-fqajjar, “Ħabib int postok mhux hawn. Hawn ħu xi ħaġa u erġa’ mur mnejn ġejt għax aħna rridu nibdew il-quddiesa!” U dlonk tah dollaru. Ix-xiħ aċċettah u tbissem b’sens ta’ approvazzjoni għall-karità li kien irċieva, imbagħad telaq minn fejn daħal miexi bil-mod il-mod sakemm wasal f’nofs il-korsija. Hemm beda jinża’ l-kowt, neħħa d-daqna sfiqa, warrab il-parrokka u quddiemhom deher Fr Joe.

Fr Joe kien ipprova jiftħilhom għajnejhom u f’omelija ta’ ftit kliem qalilhom “Illum rajtu lil Fr Joe moħbi f’raġel fqir. Ftakru li f’kull raġel fqir hemm Ġesù u kull għajnuna li nagħtu lil min jidher imwarrab u forsi anke maħmuġ u jinten hemm fih moħbi Sid il-ħolqien.” Jekk il-lezzjoni waslitx f’qalbhom ma nafx. Iżda żgur li Fr Joe kien ħajjarhom jifhmu li quddiem il-Mulej ħadd ma hu għar-rimi. Ma tħossx int ukoll li aħna l-bnedmin kapaċi noħolqu atmosfera ta’ ferħ u ħbiberija jekk flok ponn magħqud niftħuh biex nieħdu b’idejn xulxin?

3


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Frar2022

DR CORONATO GRECH M.D. itemm l-artiklu dwar:

Matul l-istorja, anki din iddaqsxejn ta’ dubbiena laqtet lattenzjoni ta’ filosofi u kittieba. IlFranċiż Rene Descartes1 (1596 -1650) kien imdorri jdum ħafna ma joħrog mis-sodda filgħodu. Kien joqgħod jaħseb, jistudja, u jikteb. Jingħad li darba meta kien fis-sodda jħares ’il fuq, ġibditlu l-attenzjoni dubbiena li kien hemm miexja massaqaf tal-kamra. Huwa irrealizza li l-movimenti taddubbiena jistgħu jiġu deskritti matematikament

b’referenzi għal żewġ ħitan tal-kamra minn fejn allura seta’ jieħu l-hekk imsejħa koordinati. Fi kliem ieħor għamel graph li b’iktar studju fuqha, għaqqad partijiet millalġebra mal-ġometrija. Il-poeta, pittur, inċiżitur u mistiku Ingliż William Blake2 (1775-1827) ġie wkoll ispirat minn dubbiena. Fil-poeżija The Fly jistħajjel li dubbiena u hu qegħdin fl-istess ilma, suġġetti għall-mewt u ċirkustanzi inkonrollabbli. U jibda: Little fly Thy summers play,

1. Descartes, li fil-filosofija forsi huwa magħruf l-iktar għal frazi cogito ergo sum, meta ra l-inkwiet li daħal fih Galileo mal-Inkwiżizzjoni, beża’, waqaf jippubblika, u aċċetta stedina tar-reġina enerġetika Kristina tal-Isvezja biex jgħallimha l-Matematika u l-Filosofija. Imma bejn li din kienet tqajmu fil-ħamsa ta’ filgħodu, u bejn il-kesħa Skandinava, Descartes laqqat bronkite u miet qasir lgħomor. 2. Kien jgħid li jara viżjonijiet ta’ kreaturi strambi.

4


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Frar2022

My thoughtless hand Has brush’d away. U jispiċċa: Then am I, A happy fly, If I live, Or if I die U bħal f’ħafna xogħlijiet oħra huwa poġġa din il-poeżija f’pittura tipika tiegħu. Fil-1965, il-kompożitur Ingliż Benjamin Britten irranġa biċċa mużika għaliha. Il-kittieb umorisitiku Amerikan Mark Twain (18351910) meta, għall-aħħar ta’ ħajtu, kien għaddej min-niket profond minħabba l-imwiet ta’ martu u bintu, kiteb xi artikli satriċi, Letters From Earth, li minħabba li kienu kontroversjali ġew ippubblikati biss fil-1962. F’wieħed minnhom, The Fly, jimmaġina lil Noe tal-Bibbja, wara d-dulluvju, jerġa’ jqassam lannimali u jibgħathom mad-dinja. Bid-dubbiena ma kienx jaf x’ser

jaqbad jagħmel, ma sabilhiex nazzjonalità. Għalhekk qalilha biex tmur tiġġerra kullimkien u fejn trid, tiffitta, iddejjaq, tippjaga, iġġib mard u xxerred miżerja kemm tista’. U jikkonkludi, b’eżaġerazzjoni, ‘The housefly wrecks more human constitutions and destroys more lives than all the Gods multitude of misery messengers and death agents put together’.

U l-poeta umoristiku Amerikan Ogden Nash (1902-68) għandu żewġ versetti famużi fuq iddilemma ta’ dubbiena: God in his wisdom made the fly And then forgot to tell us why. Madankollu, dawn ovvjament huma opinjonijiet umani. Millaspett bijoloġiku, dubbiena3 hija kreatura sofistikata, effiċjenti, ferm addattata u ta’ suċċess kbir fis-siġra tal-ħajja. Għalhekk tista’ taħseb daqsxejn f’dan meta, irritat minn xi dubbiena fitta, qed tara x’ser taqbad biex teqridha!

3. Is-sens femminil huwa użat għal konvenjenza biss.

5


Mhux il-ġid jew il-fama Kompetizzjoni

Charlie Chaplin kien jaf joħloqhom il-praspar! Waħda minn dawn kienet meta nħeba taħt isem ieħor u ħa sehem f’kompetizzjoni ta’ dawk li kapaċi l-iktar jimitaw il-karattru li hu stess kien ħoloq fil-films. U skont il-ġurija tawh it-tielet post. Ara x’mistħija ta’ din l-istess ġurija meta ntebħu li dak li kiseb it-tielet post kien fil-fatt Chaplin innifsu. Mur oqgħod għall-ġudizzju tannies. Anke jekk dawn jinzertaw li jkunu esperti!

6

Rahman III kien jaħkem fuq Spanja. Dam jaħkem għal 50 sena (fl-għaxar seklu). Kiteb hekk dwar ħajtu: ‘Ili naħkem għal 50 sena fi gwerer u paċi. Kont maħbub mill-poplu, kont inwerwer lillgħedewwa, rispettat minn renjanti oħra. Kelli flus, unuri, poter u pjaċiri. Jekk inħares lura nsib li kelli biss 14-il jum ta’ veru ferħ f’ħajti.’ (50 sena jġibu iktar minn 18,250 jum!) Imbagħad nies bħal San Franġisk Saverju, missjunarju fl-Indja, li kultant lanqas kien ikollu biex jitrejjaq, jitlob lill-Mulej: “Mulej naqqas ftit mill-paċi tiegħek għax nibża’ li ser immut bil-ferħ!”


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Frar2022

Parir aħħari

Preġudizzji

Fiodor Dostoievski, awtur ċelebri Russu li tana stejjer bħal Crime and Punishment u The Borthers Karamazov, meta ntebaħ li kien riesaq lejn tmiem ħajtu, talab lil martu teħodlu l-bibbja li kienet dejjem ktieb qrib ħafna ta’ fejn kien jorqod u qalilha biex taqralu għal iktar minn darba l-parabbola taliben il-ħali. Qalilha li ma hemm xejn li jserraħ il-qalb tal-bniedem qrib il-mewt milli jerġa’ jipperswadi ruħu li dalwaqt jiltaqa’ mal-Mulej… Missier ħanin li lest dejjem jaħfer in-nuqqasijiet u ddnubiet tagħna.

Meta l-propoganda Nażista kontra dak kollu li hu Lhudi kienet flaqwa tagħha, ġara każ li baqa’ jissemma. Persuna anzjana waqgħet fix-xmara. Żagħżugħ li inzerta għaddej minn hemm intefa’ fl-ilma biex isalvah iżda folla li nġabret bdiet tgħajjat: “Ħallih jegħreq! Dak Lhudi!” Iżda ż-żagħżugħ ma tax kas, kompla jgħum u salvah. Meta wasslu fuq l-art intebħu li x-xiħ kien Ġermaniż. Skużaw ruħhom maż­żagħżugħ. “Imn’alla ma smajtx minna. Dan ix-xwejjaħ mhux Lhudi imma Ġermaniż!” “Qed nieħu gost. Imma sewwa tkunu tafu li jien Lhudi!”

Iżda Fiodor, din il-parabbola ma semagħhiex biss f’dawn l-aħħar sigħat ta’ ħajtu. Qraha u reġa’ qraha għexieren ta’ drabi tul ħajtu. Jalla aħna wkoll insibu f’din ilparabbola s-serħan il-qalb li kien isib Fiodor Dostoievski.

U baqa’ sejjer fi triqtu mxarrab għasra. Kemm hu ikrah il-preġudizzju!

7


Il-laqgħa ta’ Jannar

Kellemna Mons Arċipriet Daniel Xerri dwar is-Serv t’Alla Dun Mikiel Attard. Għalina Dun Mikiel hu persuna ta’ ġewwa. Illaqgħa tal-ġuvintur u l-fuljett IlĦbieb Isejħu huma marbuta sew miegħu. Għalhekk ħadna gost nisimgħu dwaru minn xi ħadd li għex miegħu l-formazzjoni saċerdotali tiegħu u kien qribu għal bosta snin sa serva wkoll ta’ postulatur fil-bidu tal-kawża tiegħu. Mons Xerri qalilna kemm Dun Mikiel kien bniedem ta’ fidi, konvint f’dak li jemmen. Għalhekk kien bniedem ta’ talb imma mhux talb egoistiku għalih

8

biss imma għall-oħrajn. Kien iqatta’ ħafna ħin quddiem issagrament bosta drabi tard bil-lejl (kellu ċ-ċavetta tal-knisja) jitolbu għal dawk kollha li jkun iltaqa’ magħhom dakinhar. Anke niċċa tal-Madonna (speċjalment dik f’tarf it-triq Għajnqatet Victoria) kienet tnissel fih talba sabiex jafdalha f’idejha s-seminaristi (peress li għal ħafna snin kien iddirettur spiritwali tagħhom). Kemm-il darba kien jgħid li meta jkun xi mkien jew is-safar jipprova jsib post fil-għoli u jitlob il-barka ta’ Alla fuq in-nies talpost. L-hena tiegħu jara jsibx kampnar ta’ knisja għaliex jaf li fil-qrib tiegħu hemm Ġesù Sagramentat. Kien saċerdot marbut mal-Knisja Kattolika u fi żmien ta’ taqlib ta’ wara lKonċilju Vatikan II kien jgħin ħafna lil ħutu s-saċerdoti jaċċettaw il-bidliet li l-Knisja kienet għaddejja minnhom. Kien miftuħ għall-ispirtu ta’ Alla u dejjem attent għal xi idea ta’ ġid. Bħala eżempju nistgħu nsemmu lGymtalb, il-Moviment Missjunarju u x-xewqa li f’Għawdex ikun hawn xi patrijiet jew sorijiet kontemplattivi. Meta xi ħaġa ma tirnexxix ma kienx jaqta’ qalbu. U tant kien ċert minn dan li qatt ma qagħad lura


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Frar2022

milli jipproponi dak li rah ta’ ġid anke meta kien ċert li ma kienx ser ikun mifhum jew aċċettat. B’dan il-mod kien attent ukoll għal dawk ta’ madwaru. Kienu bosta li jfittxuh għall-pariri u xi drabi kien jidher li jmur kontra lkurrent. Sabiex jikkalma lil dak li jkun quddiemu kien jgħidlu li jidħol hu responsabbli quddiem Alla għal dak li qed jissuġġerilu. Qatt ma qal li għejja imma dejjem kellu l-ħin anke meta n-nies kienu jfittxuh f’ħinijiet ma tantx komdi. Kien bniedem umli, ħieles u ta’ paċenzja. Kien jemmen li kollox isir x’ħin irid Alla… in his way and in his time. Nirringrazzjaw mill-qalb lillMonsinjur Daniel Xerri talesperjenza tiegħu ta’ Dun Mikiel li qasam magħna u kif ukoll lillfamilja Attard tal-kotba li għaddewlna ta’ Dun Mikiel u li tellajniehom wara l-laqgħa.

GĦAL-LAQGĦA TA’ FRAR Għall-Frar għandu jkollna fostna lill-missjunarju Dun Raymond Portelli u għalhekk stedinnieh sabiex jagħmlilna din il-laqgħa. Ilna sentejn ma niltaqgħu miegħu peress li sena ilu ma stajniex niltaqgħu għal-laqgħa minħabba r-regolamenti maħruġa mid-Dipartiment tassaħħa relatati mal-pandemija talCovid-19. Aħna napprezzaw ħafna li fost il-ħafna appun­ tamenti li jkollu fil-ġimgħat li jqatta’ fostna jsib ħin ukoll li jiġi u jkellemna u jżommna aġġornati dwar il-missjoni tiegħu fil-Perù. Il-laqgħa ser issir nhar is-Sibt 5 ta’ Frar fis7.30p.m.

Mela ħabib nittamaw li narawk nhar is-Sibt 5 ta’ Frar fis7.30pm. Ejja int u ħajjar lil ħbiebek jiġu wkoll.

9


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Frar 2022

Imma Ġesù qalilhom: “Profeta qatt mhu bla ġieħ ħlief f’pajjiżu, fost qrabatu u f’daru.”

Mark 6:4

L-Olimpjadi kienu jsiru fil-Greċja fil-pjanura ta’ Olimpja mis-sena 776qK. Il-bliet il-qodma kienu jonoraw lil xi ħadd minn belthom permezz ta’ statwa. Storja Griega ssemmi każ fejn belt minn dawn għamlet statwa lil xi ħadd minn uliedha. Ir-rival tal-eroj tant imtela b’għira li lejl minnhom mar ikisser l-istatwa. Beda jħarrikha min-naħa għall-oħra sakemm waqgħet fuqu u qatlitu. L-istorja turina l-effett ta’ boomerang li għandha l-għira. Il-kruha tal-għira huwa kawża għaliex il-profeti ma humiex apprezzati f’pajjiżhom.

#

Safejn tasal l-għira fix-xogħol tiegħi u f’ħajti? X’nista’ nagħmel sabiex innaqqasha?

10

L-imħabba tħares ġo teleskopju, l-għira ġo mikroskopju. E C McKenzie


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Frar2022

ma’ oħrajn ferm ’l hinn millkonfini tal-kontinent tagħna. Dawn il-maskri ma kinux jintlibsu biss (u għadhom sal-lum) fil-jiem tal-Karnival iżda kienu wkoll jintlibsu matul is-sena. Kien ikun hemm mijiet minnhom fit-toroq għal diversi raġunijiet. Kienu jintlibsu mis-sinjuruni biex ħadd ma jkun jaf fejn sejrin u hekk ħadd ma jissuspetta dwar xi kuntratt li jkunu ser jagħmlu. U ħadd ma kien jidentifikahom meta jkunu ser jinvestu f’xi inizjattiva ġdida li tkun ser tirrendi bi sħiħ.

Forsi domna ftit biex drajniehom il-maskri. L-iktar dawk fostna li jużaw in-nuċċali. Ħallina nilmentaw għax il-ħġieġ jittappan. Imma lkoll obdejna lordnijiet għax ridna nagħtu lkontribut tagħna biex titrażżan limxija tal-Covid-19. Iżda forsi qajla nafu li l-maskri kienu popolari ħafna f’Venezja ta’ sekli ilu. Meta din il-belt kienet ċentru finanzjarju u meta lVenezjani kienu jgawdu ħajja ta’ sinjuri. Il-qawwa ekonomika ta’ Venezja kienet frott in-negozju li kienu kapaċi jagħmlu l-Venezjani ma’ popli oħra Ewropej u anke

Kienu jintlibsu min-negozjanti biex ħadd ma jkun jaf min huma waqt li jkunu qed ibigħu u jixtru.

Kienu jintlibsu minn atturi fuq ilpalk biex ħadd ma jidentifika lattur li jitfa’ xi botta fuq xi Venezjan partikulari li kien ikun ħaqqu tbeżbiża pulita.

Kienu jintlibsu min-nisa biex ħadd ma jerfa’ salibhom meta

11


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Frar2022 jmorru għal xi serata ta’ kant, żfin tbaħrit eċċ. U lanqas kienu jintgħarfu l-irġiel li kienu jiffrekwentaw dawn lokkażjonijiet.

konoxxenza l-għada meta s-sid joħroġ b’xi maskra ġdida. Għalhekk aktarx li f’Venezja ftit kienu l-protesti kontra l-maskri tal-Covid-19 għax għan-nies talbelt dawn kienu jagħmlu parti mill-kultura storika u kkulurita ta’ belthom.

Kienu jintlibsu minn dawk li kienu jqattgħu sigħat jilagħbu għall-flus u għall-proprjetà. Min jaf kemm Venezjani daħlu sinjuri f’dawn il-postijiet u ħarġu b’ta’ fuqhom senduqhom. Imma ftit kienu jkunu jafu min huma ttelliefa u r-rebbieħa. Kienu jkunu maskri magħmulin b’sengħa kbira hekk li kienu jippermettu lil min jilbishom li jiekol u jixrob bla ma jinżagħhom. Kien hemm f’Venezja artisti apposta li kienu joħolqu maskri kkuluriti u b’ħafna disinji. Kienu jagħmlu mijiet l-istess biex hekk l-identità ta’ min jilbishom tkun iktar diffiċli li tiġi mikxufa. Issinjuri kien ikollhom għexieren ta’ maskri biex żgur li jekk xi darba xi ħadd jidentifikahom b’maskra partikulari jitlef kull

12

Xi ħadd fuq gazzetta Ingliża kiteb li l-kelma ‘fear’ ġejja minn erba’ kelmiet oħra… False Evidence Appear ing Real


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Il-Hbieb Isejhu - Frar 2022 by Michael Debono - Issuu