JANNAR 2022 numru 665
+L-Iben t'Alla sar Bniedem
JANNAR 2022 numru 665 Sa Mejju 2003 fil-Muntanji bojod tal-Amerika kien hemm blata li mill-bogħod kienet qisha wiċċ ta’ bniedem. Meta ħares lejha l-poeta Nathaniel Hawthorne laqqamha Wiċċ ix-Xwejjaħ talMuntanja u għan-nies tal-qrib hekk kienet magħrufa. Kienu jqisuh xi ħadd misterjuż li kien qed iħares il-bliet tal-madwar biex il-popolazzjoni tagħhom ma ssofri l-ebda saram. Kienu jemmnu li qed jgħixu taħt il-ħarsien tar-raġel tal-muntanja. Eluf kbar kienu jmorru biex jaraw kif in-natura kienet skolpiet figura qisha umana. Iħarsu u jikkummentaw dwar ix-xebh tal-għaġeb li nnatura kienet sawret matul iż-żmien. Speċjalment fix-xhur tas-sajf kont tara karozzi tat-turisti jmorru fil-qrib u jieħdu ritratti biex jinżammu b’tifkira. Iżda f’Mejju 2003 din il-biċċa tal-muntanja waqgħet u l-wiċċ qisu uman sar frak. Min kien iqisu bħala għassies issa tilef dik il-kura misterjuża li kien iħoss. U n-nies bkew u beżgħu li issa ma kienx fadal min iħarishom minn xi diżgrazzja. Iżda predikatur famuż qal lin-nies: “Ejja nduru lejn il-Mulej li żgur jibqa’ jħarisna u nemmnu bi sħiħ li l-kura tiegħu hi dejjiema. L-ebda maltemp jew żmien ma jista’ jwarrab il-ħarsa ħanina tal-Mulej minn fuqna… wliedu.”
U dak li jgħodd għan-nies li kienu jgħixu ħdejn il-Muntanji Bojod jgħodd ukoll għalina. Il-ħarsa u l-kura tal-Mulej fuqna hi dejjiema. U jekk dan ilħsieb jhennina dejjem żgur li bidu ta’ sena ġdida hu l-aħjar żmien biex inkebbsu fina din il-fidi fil-Mulej missier tagħna li jħobbna b’imħabba talġenn.
1
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Jannar2022
Il-Milied għadda iżda l-ġrajjiet marbuta miegħu jibqgħu jgħallmuna fosthom bla dubju dik irrakkontata minn Roul Tunley dwar ġrajja marbuta mal-Ewwel Gwerra. Kienu xhur ta’ biki u diqa għall-bosta familji fl-Ewropa meta f’inqas minn sitt xhur kien hemm diġà 250,000 suldat mejjet kollha fl-aħjar tagħhom. U kull mewt kienet tħalli wlied bla missier, ommijiet romol, ġenituri b’qalb maqsuma għax l-Ewropa kienet bdiet dik li ssejħet Il-Gwerra l-Kbira. L-għelieqi ta’ Flanders kienu miksija dmija ta’ żgħażagħ li setgħu taw kontribut siewi ħafna lis-soċjetà. Iżda min jikkmanda deherlu li ried jiġġieled. Hu ma marx fuq il-fruntieri lanqas iltewa fit-trunċieri. Baqa’ fl-uffiċċju jippjana xi attakk ieħor għad li f’qalbu kien jaf li f’dan l-attakk ser ikun hemm eluf li ma jarawx ix-xemx tal-għada.
2
Lejlet il-Milied tas-sena 1914 inzerta sabiħ b’qamar mimli u fiż-żewġ trunċieri
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Jannar2022
kemm dik Ġermaniża kif ukoll dik Ingliża kien hemm għexieren ta’ suldati għassa mbeżżgħa li jista’ jkun hemm xi attakk bla mistenni. Iżda flok attakk u sparar is-suldati Ingliżi bdew jaraw dwal iteptpu. Ħasbu li kienet xi siġra tal-Milied. Issuspettaw li kien xi pjan ġdid biex jaħsadhom. U beda jinstema’ kant mis-suldati Ġermaniżi. Kant tas-Silent Night (Stille Nacht). L-Ingliżi rrispondew bil-kant tal-First Noel. Imbagħad id-dawl tal-Ġermaniżi beda joqrob. Iżda kull suldat deher li ma kienx armat. Dik kienet sejħa biex jieqaf il-ġlied u għal-lejl tal-Milied jestendu id ta’ ħbiberija flok ponn ta’ ġlied.
U hemm seħħ miraklu għax fuq dik l-art ta’ Flanders miksija dmija ta’ eluf u eluf ta’ żgħażagħ suldati, żgħażagħ oħra kienu qed jifirħu b’xulxin jaqsmu rigali ma’ xulxin jitgħannqu u jistaqsu għaliex kienu qed jiġġieldu. U l-għada fil-Milied komplew iċ-ċelebrazzjnijiet.
Rigali oħra ġew mogħtija lil dawk li qabel kienu għedewwa. U saru bejniethom logħbiet ta’ futbol kultant b’ballun tal-karti imgeżwer bl-ispag għax l-importanti ma kinitx il-logħba iżda s-sentiment ta’ ħbiberija li nħoloq f’dik l-art mimlija demm ta’ Flanders. Il-kapijiet xejn ma ħadu pjaċir b’din il-ġrajja u kienu lesti jieħdu azzjoni iebsa kontra dawk li pparteċipaw f’dawn il-festini. Iżda n-numru ta’ dawk li ħadu sehem kien tant kbir li ma setgħux jikkastigawhom kollha u għażlu li jagħlqu għajnejhom qishom ma raw xejn, qisu li dak li ġara ma ġarax. U l-għada l-ġlied kompla u baqa’ sejjer għal kważi erba’ snin oħra b’miljuni jmutu fuq l-istess raba’ li kien ra s-suldati Ingliżi u Ġermaniżi jifirħu u jitgħannqu flimkien lejlet il-Milied tas-sena 1914. Ma tħossx int ukoll li aħna l-bnedmin kapaċi noħolqu atmosfera ta’ ferħ u ħbiberija jekk flok ponn magħqud niftħuħ biex nieħdu b’idejn xulxin?
3
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Jannar2022
DR CORONATO GRECH M.D. jibda ar tiklu dwar :
Fix-xhur sħan tas-sajf ġeneralment ikollna ħafna dubbien, waqt li fix-xhur kesħin tax-xitwa ma jkun hawn kważi xejn. Fejn imur id-dubbien fixxitwa? It-tweġiba qasira hija li ma jmur imkien. Imut. Imma lbiċċa hija kkumplikata daqsxejn iktar minn hekk. Matul ix-xhur sħan tas-sajf iddubbiena mara, wara fertilizzazzjoni ta’ darba mirraġel (dubbienu), kapaċi tibqa’ tbid sa madwar elf bajda matul ħajja ta’ madwar tlieta jew erba’ ġimgħat. Dan il-bajd ifaqqas wara madwar ġurnata u minnu joħroġ dudu żgħir bajdani (larva) li aktarx li jsib x’jiekol mill-ewwel għax id-dubbiena tbid l-iktar fuq ikel, żibel, tħassir eċċ. Wara ftit ġranet, id-dudu, issa fih ftit millimetri, jerġa’ jiċkien, jeħxien u jrabbi qoxra iebsa daqsxejn kannella. Ġo din l-fosdqa id-dudu jinbidel u, madwar ħamest ijiem wara, joħroġ dubbien adult ġdid, irġiel u nisa, li f’jumejn jew tlieta jsiru adulti. U b’hekk jerġa’ jibda
4
ċ-ċiklu. Però fortunatament ħafna minn dan il-bajd qatt ma jasal sa l-aħħar stadju, għax jiġi mikul minn insetti, brimb u għasafar eċċ. Meta t-temp jiksaħ id-dubbien kważi kollu jmut. Xi ftit isibu xi postijiet sħan u kennija, u hemmhekk jgħaddu x-xhur taxxitwa fi stat ta’ kemm kemm jgħixu. Meta terġa’ tibda s-sħana iqumu, u jerġgħu għall-attivitajiet normali. Però l-maġġoranza taddubbien jgħaddu x-xitwa fl-istat ta’ larva ġol-fosdqa u jiżviluppaw u joħorġu biss meta jiġu x-xhur sħan.
Kif jidher anki dik id-daqsxejn ta’ dubbiena fitta li forsi tajtha daqqa ta’ kartuna, waqqajtha u ma ħsibtx iktar fiha, għandha struttura kkumplikata u meraviljożament addatata għallħajja ta’ dubbiena. Fil-fatt dubbiena hija ferm iktar sofistikata u versatili, u tagħmel azzjonijiet u manuvri effiċjenti, ferm iktar mill-aqwa robot li sal-
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Jannar2022
lum ivvintajna1. Kemm dan kollu dubbiena tagħmlu totalment b’mod awtomatiku jew għandhiex xi ħjiel ta’ konxju diffiċli ħafna tgħid, għax sal-lum għadna lanqas biss nafu x’inhu l-konxju. B’moħħ ta’ madwar 100,000 newroni2 dubbiena tidher li hija biss biċċa makkinarju ta’ effiċjenza kbira kif jidher missuċċess kemm bħala speċi u kemm fin-numri ta’ individwi3. Anki fil-mezzi li vvintajna biex noqtluhom (eż. insettiċidi), ftit li xejn kellna suċċess. L-aħjar metodu biex tevita d-dubbien huwa li żżomm livell għoli ta’ iġjene partikularment fil-ġbir u t-tneħħija ta’ żibel u skart. U dan huwa importanti għax iddubbien iġib mard serju inkluż kolera, salmonella u tifojde. Dan jagħmlu għax iġorr u jferrex
mikrobi meta jdur minn fuq żibel u tħassir għal fuq l-ikel. (Dr Grech itemm dan l-artiklu filħarġa li tmiss.)
IĊ-ĊIKLU TAL-ĦAJJA TA’ DUBBIENA
Bajd
1. Madankollu peress li ċ-ċelloli tal-ħajja u robots jaħdmu fuq sistemi differenti, ma tantx tista’ tagħmel ħafna paraguni. Għax għal ċerti kalkulazzjonijiet robot jew kompjuter kapaċi jagħmel eluf u eluf fis-sekonda, ferm u ferm iktar minn moħħ uman. U robot jista’ jiġi pprogrammat biex jieħu ċerti deċiżjonijiet waħdu. Pereżempju l-vetturi spazjali li ntbagħtu fuq il-pjaneta Mars kapaċi jaraw xi ħaġa interessanti u jmorru lejha, jew anke jevitaw li jaqgħu f’xi ħofra, jew iduru ma’ ostaklu. U dan huwa importanti għax jekk jistennew l-ordnijiet mid-dinja, dawn jieħdu sa madwar 20 minuta biex jaslu sa Mars (daqshekk ieħor biex jibagħtu minn hemm). 2. Newroni huma ċ-ċelloli speċjalizzati ta’ moħħ. Il-moħħ uman fih mawar 100 biljun newroni li b’xi mod bejniethom joħorġu l-fenomenu enigmatiku talkonxju. Inċidentalment il-Ġalassija fiha wkoll madwar 100 biljun kewkba, talinqas skont l-inqas kalkolu. 3. Anzi dan jista’ jingħad għall-insetti kollha għax huma l-iktar kreaturi li fihom varjetajiet ta’ speċi, l-iktar varjetajiet ta’ struttura, u l-iktar addazzjoni għal ambjenti differenti.
5
Kulħadd b’xi ħaġa Richard Dawson kien raġel qasir ħafna. Qisu nanu. Iżda kulħadd kien jaf xi kwalitajiet militari kellu. Kienu jqisuh ġeneral ta’ ħila kbira. Meta l-ġeneral kien ser jiġi stazzjonat fl-Irlanda ta’ Fuq talbu biex jipprovdilhom xi ritratti ħalli s-suldati għassa tal-istakkament militari jagħrfuh mill-ewwel jekk ikun ser jispezzjoni xi bażi tagħhom. U l-ġeneral bagħtilhom salt ritratti meħudin minn fuq rasu. U qalilhom: “Nimmaġina li l-għassiesa tagħkom huma fost l-itwal filmilitar għax hekk hi d-drawwa. Għalhekk dan hu li ser jaraw meta jien nasal fejnhom!” Kemm jgħix iktar kuntent min kapaċi jaċċetta lilu nnifsu!
6
Kellu raġun! Kien ħaddiem f’zoo u tgħidx kemm beka meta sar jaf li liljunfant xiħ kien miet. Sħabu ppruvaw isabbruh għax ħasbu li qed jibki tant kemm kien iħobbu. Qalulu: “Tinkwetax. Il-ġimgħa ddieħla ser ikollna ljunfant ieħor floku!” Iżda l-ħaddiem wieġeb: “Qed nibki għax filkuntratt għandi li rrid naħsiblu għad-difna! Ara x’qabar ikolli nħaffirlu ljunfant bħal dak!” Kultant l-apparenzi jqarrqu.
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Jannar2022
Dak li hemm moħbi Meta Angelo Roncalli laħaq Papa u ħa l-isem ta’ Ġwanni XXIII ried li jkollu lil Loris Capovilla, qassis ta’ 37 sena, bħala segretarju. Xi ħadd sema’ b’dan il-ħsieb u mar ikellem lill-Papa l-ġdid. “Li kont minnek, Santità, ma kontx nagħżel lil Capovilla. Narah qassis marradi u żgur ma jkunx kapaċi jaqdi din il-missjoni tqila ta’ segretarju tal-Papa. Din ilkariga tibagħtu l-qabar qabel iżżmien.” Il-Papa wieġbu: “Fil-każ, Capovilla jibqa’ msemmi bħala Segretarju tal-Papa u li miet f’qasir il-għomor!” Il-Papa wettaq il-ħsieb tiegħu u Capovilla mhux talli ma mietx f’qasir il-għomor talli għex bosta u bosta snin wara l-mewt tal-Papa. Ta’ 97 sena, il-Papa Franġisku għamlu Kardinal b’qima u rispett lejn ħidmietu fis-snin li dam segretarju ta’ dan il-Papa twajjeb.
Fejn hi d-differenza? Kien sewwieq żagħżugħ li ħafna drabi kien jakkompanja sewwieq ieħor fi vjaġġi kbar u twal tul lEwropa kollha. U ntebaħ li minkejja li dawn il-vjaġġi kienu verament jgħajjuk, sieħbu x-xiħ kien dejjem bi tbissima. Qatt ma semgħu jilmenta. Darba ma felaħx iżomm iżjed u staqsieh: “Dan kif int dejjem tiġi għax-xogħol ferħan minkejja li limpieg tagħna hu daqstant diffiċli. Jien it-Tnejn ikolli nervi ta’ kelb meta niftakar x’ġimgħa għandna quddiemna!” “Id-differenza bejni u bejnek forsi qiegħda hawn. Jien niġi għax-xogħol bl-idea li ser inqatta’ ġimgħa nivjaġġa fost lisbaħ postijiet fl-Ewropa. Int tiġi hawn biex taqla’ l-paga!” Fid-dinja l-attitudni tagħmel differenza kbira.
7
Il-laqgħa ta’ Diċembru Bħalma ktibna fil-fuljett ta’ Diċembru l-laqgħa għamilha lpsikologu Dr Michael Galea PhD. Kellemna fuq is-saħħa mentali u kemm għandna bżonn naqraw issinjali meta naraw li l-affarijiet mhumiex mexjin kif nixtiequ. Kif nieħdu ħsieb is-saħħa fiżika tagħna hemm bżonn li nagħtu kas ta’ dik mentali. Sfortunatament ma’ ċerti nies għad fadal stigma fejn tidħol is-saħħa mentali għad li rridu nifhmu li ħadd ma hu eskluż milli jgħaddi minn problemi bħal dawn. U aħna lirġiel qegħdin f’riskju aktar minnisa meta tqis li f’pajjiżna sebgħa minn kull għaxar suwiċidji jkunu rġiel u l-mentalità li raġel hu mistenni li jżomm kollox ġo fih ma tagħmilx ġid. Bħal dak li għandu x’jaqsam ma’ problemi fiżiċi aktar ma nfittxu kmieni lgħajnuna aktar hemm ċans ta’ fejqan. U l-ġurnata tal-lum – għad li kulma nafu biss hu madwar 15% tal-moħħ – il-kura u lmediċina għamlu passi kbar u jeżistu għajnuniet li ġenerazzjoni ilu ma konniex nafu bihom. Tana wkoll xi pariri ta’ x’għandna nagħmlu sabiex nieħdu ħsieb issaħħa mentali tagħna: 1. Ma nibqgħux marbutin mal-passat.
8
Kulħadd għadda minn episodji negattivi f’ħajtu jew inkella xtaq jagħmel xi ħaġa u ma għamilhiex. Il-passat għadda u ma nistgħux inġibuh lura. Dawk li jgħixu filpassat għandhom possibbilità ikbar ta’ dipressjoni. Tgħallem mill-passat u ibqa’ għaddej. Taċċajt tibqa’ tibki n-nanna. Dak li għadda għadda. 2. Oqgħod attent minn persuni negattivi. Hawn min kull meta tiltaqa’ miegħu għandu xi tgergira jew inkella xi storja negattiva x’jirrakkonta. Żomm iddistanza min-nies bħal dawn għaliex faċli li int ukoll taqa’ f’negattività li tipperikolalek issaħħa mentali. u 3. Tibżax titlob għajnuna mingħand professjonisti. Dak li ħadem għal ħaddieħor mhux bilfors jaħdem fuqek. Ma nistgħux nilagħbu ma’ problemi ta’ saħħa u lprofessjonist jista’ jgħidilna x’għandna bżonn. Nirringrazzjaw lil Dr Galea tallaqgħa sabiħa u informattiva li għamlilna li niżlet tajjeb ħafna ma’ dawk preżenti. Il-mistoqsijiet fl-aħħar tal-laqgħa wrew kemm laqgħat bħal din huma importanti. Ix-xewqa tagħna hi aktar ġuvintur u old boys jilqgħu l-istedina tagħna u n-numru jiżdied minn laqgħa għal oħra.
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Jannar2022
IS-SENA T-TAJBA
IL-LAQGĦA TA’ JANNAR Peress li l-ewwel tas-sena ser ikun is-Sibt il-laqgħa ser issir fit-tieni Sibt 8 ta’ Jannar fis-7.30p.m. Stedinna lill-Arċipriet taxXewkija Mons Daniel Xerri li kien il-postulatur tal-kawża għallbeatifikazzjoni ta’ Dun Mikiel Attard. Għalina Dun Mikiel hu wieħed ta’ ġewwa. Hu wieħed minn dawk li ħarġu bl-idea ta’ din il-laqgħa tal-ewwel Sibt. Niftakruh f’tarf is-sqaq tal-qasam iħajjar lil kull ġuvni li jgħaddi minn quddiemu sabiex jidħol għal-laqgħa. L-istess jingħad għall-fuljett tagħna Il-Ħbieb Isejħu. Kien inkoraġġiena ħafna meta bdejna noħorġu f’kotba listejjer li jkunu dehru fil-fuljett. Kien jixraqlu li r-raba’ ktieb niddedikawhulu. Għalhekk din illaqgħa għandha tkun speċjali għalina għaliex dwar persuna għażiża għalina u li l-laqgħa u lfuljett tagħna jidhru fil-bijografija tiegħu.
Jalla l-paċi u l-ferħ li ġabet it-tarbija ta’ Betlem jgħammru f’darek u f’qalbek tul il-jiem kollha tas-sena l-ġdida. _________________
Il-Bord Editorjali
9
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Jannar 2022
“U d-dinja tgħaddi bix-xewqat tagħha, imma min jagħmel ir-rieda ta’ Alla jibqa’ għal dejjem. 1 Ġw 2:17 Il-fotografu ta’ Seattle Komo-Tv David Crockett kien fil-qrib tal-muntanja St Helens meta din splodiet fit-18 ta’ Mejju 1980. Kien kważi ndifen bit-tifrik u t-trab li tar. Għaxar sigħat wara meta d-dħaħen tlebbtu intlemaħ minn helicopter, salvawh u ħaduh l-isptar. Aktar tard kiteb: ‘Tul dawk l-għaxar sigħat rajt muntanja tinqasam. Rajt foresta tisparixxi... Rajt li Alla biss li ma jitħarrikx... Qed inħossni li ngħatajt ċans nerġa’ nibda… b’dak kollu li għandu ppjanat għalija.’
#
Kemm nemmen bis-serjetà li Alla għandu pjan għalija?
10
Nixtieq li ngħix ħajja twila. It-tul taż-żmien hemm postu imma bħalissa moħħi mhux f’dan, irrid biss nagħmel ir-rieda ta’ Alla. Martin Luther King Jr.
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Jannar2022
jew oġġett trid tagħraf il-valur tagħhom. Riflessjoni: Kieku nifhmu lvalur tal-Quddiesa tal-Ħadd aktarx li napprezzawha aktar.
1. Kelma ta’ kuraġġ issaħħnek xitwa sħiħa Tifsir (li mhux bilfor s taqbel miegħu!): Kelma ta’ kuraġġ kapaċi tagħmel ġid kbir filpersuna li tirċeviha. Tkun qisha imbuttatura ’l quddiem li tiftaħ orizzonti ġodda ta’ tama. Riflessjoni: Għaliex kultant aħna tant xħaħ biex nagħtuha? 2. Żrinġ ġo bir jaħseb li d-dinja kollha hi l-bir tiegħu Tifsir: kultant ningħalqu f’dinja żgħira meta hemm dinjiet kbar jistednuna ’l hemm mix-xefaq. Riflessjoni: Xi dr abi for si taħseb li taf kollox fuq xi suġġett partikulari u tinsa kemm fadallek x’titgħallem. 3. Jekk tagħti ħuta u munita tad-deheb lill-qattus, dan jagħżel il-ħuta u jwarrab ilmunita. Tifsir: Biex tappr ezza per suna
4. Ilsien użat ħażin ma jagħmilx ħoss daqs terremot imma jista’ jagħmel ħsara daqsu. Tifsir: Kelma żejda tista’ ġġib firda, ġlied u ħafna tbatija. Riflessjoni: Aħjar kelma nieqsa minn waħda żejda.
5. L-għaġla xxerred l-ilma millbarmil Tifsir: Meta twettaq dmir ek b’ħafna tferfix titlef mill-ġid li
11
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Jannar2022 tista’ tikseb b’ħidmietek. Riflessjoni: (slogan għassewwieqa) Aħjar tasal ftit tard milli qatt.
6. Eħfef tagħmel operazzjoni milli toqgħod tħammem fuqha. Tifsir: Il-ħsieb ta’ xi ġrajja iebsa li għadha ġejja kultant tkiddek iktar mill-ġrajja nnifisha. Riflessjoni: Li tinkedd iżżejjed fuq il-futur qisek qed tħallas imgħax fuq flus li ma sselliftx.
8. Jekk tikkaċċja żewġt ifniek f’daqqa aktarx tispiċċa b’idejk vojta. Tifsir: Aħjar tikkonċentr a fuq ħaġa waħda jekk trid tikseb suċċess fil-ħajja. Riflessjoni: Meta tqalleb minn stazzjon għal ieħor biex tara xi tliet partiti tal-futbol f’daqqa tispiċċa qisek ma rajt xejn. 9. Jekk fil-ħajja taqa’ 7 darbiet qis li tqum 8 darbiet. Tifsir: Fil-ħajja kulħadd ikollu lwaqgħat tiegħu. Il-ħażin meta nibqgħu nitkaxkru mal-art u ma nippruvawx inqumu. Riflessjoni: Il-ballun jgħallimna. Iktar ma jaħbat mal-art b’sabta iktar jerġa’ jitla’ fil-għoli.
7. Ħelu tal-plastik jidher sabiħ imma jħallik bil-ġuħ. Tifsir: L-apparenzi faċli jqarrqu bik u faċli li jħalluk diżappuntat. Riflessjoni: Ifli sew qabel tiddeċiedi għax l-iktar inbid bnin mhux bilfors ikun fl-isbaħ flixkun.
12
10. Tagħrif mingħajr għaqal qisu piż ta’ ħafna kotba fuq dahar ta’ ħmar. Tifsir: Mhux kemm taf jgħodd imma kemm kapaċi tikseb frott minn dak li taf. Riflessjoni: Kultant niskata għaqal twasslek iktar minn pataflun pretensjonijiet.