Skip to main content

Hbieb Isejhu - Dicembru 2021

Page 1

l

NEWSPAPER POST

Il-Hbieb Isejhu

DIĊEMBRU 2021 numru 663


Triq l-Imgarr, Victoria, Gozo


+L-Iben t'Alla sar Bniedem

DIĊEMBRU 2021 numru 664

Gomez Cinainequi għadda minn esperjenza tremenda li ntemmet f’Settembru 2013.

Kien qed jaqsam minn pajjiżu Uruguay għall-Arġentina. Suppost li kien hemm passaġġ li kien jafu li seta’ jwasslu fid-destinazzjoni tiegħu iżda maltempata silġ tellfitlu triqtu u spiċċa jdur u jagħqad fuq il-muntanji li jifirdu dawn iż-żewġ pajjiżi. U l-maltemp kompla għal bosta jiem. Gomez spiċċa f’għar imdaqqas li fih sab li kien hemm xi ħaġa tal-ikel, li kien ħalla xi ħadd li kien waqaf ukoll fl-istess post. Gomez ipprova kemm-il darba jsib il-passaġġ mixtieq imma qatt ma rnexxielu u dejjem kien jerġa’ lura lejn l-istess għar jistenna bil-ħniena xi forma ta’ għajnuna. Iżda din l-għajnuna ma waslitx u l-ikel li kien tħalla fl-għar kien issa għosfor. Ried bilfors jara x’ser jiekol. Kien joqtol sriep u ġrieden u jikolhom. U magħhom kien jipprova jsib xi frotta minn siġar li kienu jikbru fuq il-muntanja iżda dawn kienu rari ħafna f’dak l-ambjent. Siġar kien hemm iżda frott li jittiekel ma kienx isib. Kienet eżistenza li ħallietu bla saħħa. Iżda fl-aħħar wara erba’ xhur f’dan l-għar waslet l-għajnuna. Kien hemm xi suldati Arġentini li b’kumbinazzjoni kienu qed jagħmlu xi taħriġ fl-inħawi u spiċċaw ħdejn dan l-għar. Gomez lanqas kellu saħħa jgħajjat. Iżda semgħuh jokrob u malajr sejħu l-għajnuna ta’ sħabhom u ħaduh fl-eqreb sptar. F’dawk ix-xhur kien tilef 20 kilo. Is-suldati raw f’din il-ġrajja miraklu għax huma ma kellhom ebda pjan li jispiċċaw ħdejn dak l-għar. Donnu xi ħadd misterjuż mexxiehom lejn dak limkien. Fl-isptar wieħed mis-suldati li mar jarah staqsieh: “Ħabib, għidli l-verità, int temmen?” “Ma kontx nemmen, iżda issa bdejt nemmen!” Allaħares ikollna ngħaddu minn esperjenza tant iebsa biex aħna nibdew nemmnu.

1


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Diċembru2021

Lord Shaftesbury (1801 – 1885)

Kien bin is-sinjuri u seta’ għex ta’ sinjur kbir. Seta’ għamel bħal sħabu s-sinjuri Ingliżi u dawwar rasu meta kien jara t-tbatija tal-poplu. Iżda ma għamilx hekk. Anzi ddedika ħajtu biex jara l-foqra, morda u l-emarġinati jingħataw l-attenzjoni li tixirqilhom.

Kollox beda meta darba kien għaddej minn triq ftit imwarrba u hemm lemaħ erba’ min-nies iġorru tebut b’katavru ta’ fqir fih. Għal xi raġuni t-tebut żelqilhom minn idejhom u meta ħabat b’sabta mal-art dawk li kienu jġorruh infexxew iwaħħlu f’xulxin u jagħtu bis-sieq l-ġenb tat-tebut.

2

...bixxewqa li jkunu għalina gwida għal ħajjitna.

Shaftesbury indiehex bix-xena li baqgħet f’moħħu ħajtu kollha. Ma setax jifhem kif għax fqir il-mejjet ma kien iġorr l-ebda rispett minn dawk li kienu ser iwassluh sal-qabar. Kiber, mar l-università, daħal fil-parlament u fl-ewwel diskors tiegħu semma l-foqra u l-ħajja iebsa li kienu jgħixu, semma kif familja sinjura jkollha ikel bl-abbunanza, ikollha sefturi biex jieħdu ħsieb uliedhom u biex jaraw li fid-dar ma jkun jonqos xejn waqt li l-foqra lanqas kellhom għaxja ta’ lejla u dan f’pajjiż li kien jippretendi


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Diċembru2021 li hu simbolu tal-ġustizzja u d-demokrazija. U tul ix-xhur u snin ta’ wara baqa’ jsemmi każijiet ta’ tfal ħaddiema, tfal ta’ inqas minn disa’ snin li kienu jqattgħu iktar minn għaxar sigħat kuljum fil-minjieri. Ommijiet li kienu jaħdmu f’kundizzjonijiet mhux umani f’fabbriki Ingliżi tat-tessuti, Subien ta’ inqas minn sitt snin imġiegħla jnaddfu ċ-ċmienen u mhux l-ewwel darba li kienu jifgaw u jmutu fil-porċess. Stejjer tal-waħx ta’ kuljum u donnu ħadd ma ried isemmihom u lanqas jisma’ bihom. Iżda Lord Shaftesbury baqa’ jitkellem dwarhom f’kull okkażjoni li kienet tinbet anke meta ħbiebu kienu jwarrbuh għax ma kienx jiġbed il-linja ta’ familthom. Kien iżur ta’ spiss il-ħabsijiet u sptarijiet fejn kienu jinżammu nies b’mard mentali f’kundizzjonijiet li llum lanqas temminhom marbutin bi ktajjen u b’nofs ilbies f’xitwa ta’ kesħa tremenda. Kien jgħidilhom, “Il-klieb tas-sinjuri qed jgħixu ħajja ferm iktar aċċettabbli mill-foqra u l-morda tagħna. Ejja nħobbu ħafna l-klieb tagħna bla ma ninsew lil dawn ħutna.” Kien qisu vuċi fid-deżert iżda xorta baqa’ jsemma’ leħnu

anke meta kien iħoss li qed jagħżaq fl-ilma. Għex jaħdem għal dawn il-prinċipji u fin-nuqqas ta’ suċċess kien jgħid, “L-importanti li meta nidher quddiem il-Mulej ngħidlu, ‘jien għamilt ħilti kollha biex ta’ madwari jaraw l-inġustizzji u jaħdmu biex jeliminawhom.’” Lord Shaftesbury miet fl-1885 fl-età ta’ 84 sena iżda kliemu baqa’ jirbombja u dak li ħadem u stinka għalih beda jitwettaq. Ftit minnu meta kien għadu ħaj. Ħafna minnu wara mewtu għax ħajtu serviet ta’ fanal biex ta’ warajh jaraw it-triq li minnha kellhom jgħaddu jekk riedu li jissejħu Nsara.

3


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Diċembru2021

DR CORONATO GRECH M.D. ikompli jagħtina stampa differenti u personali tas-sitwazzjoni globali

Id-dinja bħala pjaneta ilha teżisti ferm u ferm iktar, madwar 4,500 miljun sena. Xhieda minn fossili turi li l-ewwel forom ta’ ħajja mikroskopika (ċellola waħda), huma minn madwar biljun sena, 3500 miljun sena ilu, għalkemm, inkredibbilment, għal madwar 3 biljun sena oħra, il-ħajja ma żviluppatx iktar. Madwar 600 miljun sena ilu, imbagħad, għal xi raġuni, bdiet ħajja multiċellulari li fi żmien relattivament qasir evolviet f’tant u tant speċi differenti għad li l-biċċa l-kbira spiċċaw estinti. Dan għaliex sadattant id-dinja għaddiet minn ħafna katastrofi naturali1 inklużi: tibdil qawwi fit-temperatura b’epoki kbar ta’ silġ li xi wħud għattew kważi d-dinja kollha, splużjonijiet ta’ vulkani li, inċidentalment reġgħu tellgħu ttemperaturi bil-gassijiet li tefgħu (inkluż carbon dioxide), ħbit ta’

meteoriti li għamlu ħerbiet kbar2, moviment tal-kontinenti birriżultat ta’ tibdiliet kbar fiċċirkulazzjoni tal-kurrenti tal-ibħra u oċeani, kif ukoll ċ-ċirkulazzjoni tal-atmosfera, episodji ta’ nixfa u għargħar u l-bqija.

B’xi mod jew ieħor l-ħajja dejjem iggranfat u salvat. Anzi, ironikament, katastrofi bħal dawn huma importanti biex isseħħ levoluzzjoni, għax huma ta’ stimolu biex meta ċerti annimali (u pjanti) jinqerdu fl-ispazju li

1. Tal-inqas mill-punto di vista tal-ħajja. 2. Forsi l-iktar famuża dik li waqgħet fil-peninsula Yucatan fil-Messiku, madwar 65 miljun sena ilu, u li kienet il-kawża tal-qerda tad-dinosawri, fost ħafna oħrajn. Il-fatt li n-naħa ta’ barra tas-Sistema Solari hemm il-pjaneta ġganteska Jupiter jawgura tajjeb għalina, għax din taqbad il-biċċa l-kbira talmeteoriti u kometi deħlin fis-Sistema Solari.

4


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Diċembru2021 jħallu mingħajr kompetizzjoni, oħrajn jevolvu u jieħdu posthom3. Hekk, pereżempju, meta nqerdu d-dinosawri (li kienu ilhom hawn madwar 165 miljun sena) posthom, bħala lannimali dominanti, bil-mod ilmod ħaduh il-mammiferi, li minnhom ġejjin aħna.

jinqerdu huma u ħafna mill-ħajja preżenti. Imma d-dinja fi ftit miljuni ta’ snin terġa’ tirkupra. Għamlitha kemm-il darba. U jerġgħu jiffurmaw ambjenti ġodda. U jerġgħu jevolvu kreaturi ġodda. U forsi jkunu aħjar minna! L-umanità tkun speċi oħra fost ilħafna speċi li spiċċaw!

Fil-preżent, l-iktar mammiferi influwenti, numerużi u kapriċċużi huma l-bnedmin. Bnew armamenti nukleari li kapaċi, f’mument ta’ ġenn, jeqirdu kważi kollox. U kif diġà ssemma, issa qed jiżdiedu fil-popolazzjoni b’mod allarmanti, jużaw dejjem iktar ir-riżorsi limitati4, u jeqridu l-ambjent. Però kif rajna wkoll id-dinja għaddiet minn ħafna katastrofi enormi, bil-ħajja kważi meqruda għal kollox, imma l-ħajja tidher li hija tenaċi ħafna u s’issa minkejja tant estinzjonijiet5, dejjem irkuprat. Għalhekk, il-bnedmin jistgħu jiżdiedu kemm iridu, jistgħu jeqirdu l-ambjent, u jistgħu jesplodu l-bombi nukleari. U

U meta tqis kif ittrattajna d-dinja, l-estinzjoni umana ma tkunx idea daqstant ħażina! Anke li l-idea li l-bnedmin kapaċi jeqirdu d-dinja wkoll hija ftaħira oħra bombastika, mimlija importanza vojta.

Għalhekk, jekk għandek għax tinkwieta, inkwieta għalina u mhux għad-dinja!

3. Fejn l-ambjent jibqa’ stabbli għal miljuni ta’ snin, l-annimali u l-pjanti jibqgħu l-istess, u għalhekk sal-lum għadek issib l-hekk imsejħa ‘fossili ħajjin’ eż il-ħuta coelacanth li tinsab f’baħar fond ħafna u relattivament stabbli flIndoneżja, fl-Oċean Indjan. 4. Anke llum qed jiffurmaw il-faħam u ż-żejt, imma bil-mod ħafna. Huwa kkalkulat li d-dinja tieħu tliet miljun sena biex tifforma żejt kemm nużaw bħalissa f’sena waħda biss. 5. Huwa kkalkulat li madwar 99% tal-ispeċi li evolvew spiċċaw estinti.

5


Il-kaxxi tal-Milied

Fost l-Ingliżi hemm it-tradizzjoni li l-għada tal-Milied jissejjaħ boxing day. Forsi meta konna żgħar konna naħsbu li dakinhar hu jum ta’ boxing (ġlied) wara xi xarba iktar min-normal fil-Milied. Meta kbirna sirna nafu li boxing day tissejjaħ hekk għax l-aristokrazija Ingliża kienet tagħti jum btala lis-sefturi tagħhom (wara li jkunu seftrulhom fil-festi talMilied) u dawn kienu jmorru għand nieshom b’kaxxi mimlija rigali, bonus kif ukoll ikel li jkun fadal żejjed mill-imwejjed tas-sinjuri. Iżda għall-Irlandiżi boxing day għandha sinifikat ieħor. L-għada talMilied, fl-Irlanda il-kappillani jiftħu l-kaxxi tal-karità li jkun hemm filknisja u l-flus li jsibu fihom jgħadduhom lill-foqra tal-parroċċa. Kemm dawruha sabiħ l-Irlandiżi din il-frażi Ingliża! Eżatt mal-festa li lġewwien tagħha għandha dejjem insibu l-karità u l-ġenerożità Nisranija marbutin mat-Tarbija ta’ Betlem li ġie biex ikun għotja għalina lkoll.

Bejn il-miżżewġin Kienet ilha snin tgħidlu biex meta jaħsel snienu ma jħallix it-toothpaste bla tapp. Imma kienet qisha qed tgħid lill-ħajt. Fl-aħħar ir-raġel iddeċieda li jobdi u beda jpoġġi t-tapp f’postu. Xi jiem wara l-mara qaltlu: “Nista’ nkun naf għaliex ma għadekx taħsel snienek?”

6


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Diċembru2021 Ħasbiha Il-kappillan intebaħ li xi ġenituri ma kinux qed jibqgħu ma’ wliedhom meta dawn ikunu qed jitħejjew għall-Ewwel Tqarbina, kif suppost li kellhom jagħmlu. Iżda malajr sab soluzzjoi għax għamel dan l-avviż: ‘Dawk it-tfal li ma jkollhomx ġenituri jakkompanjawhom ser nagħtuhom kelb żgħir biex ikollhom kumpanija u naturalment ikunu jridu jeħduh magħhom id-dar.’ Minn dakinhar ’il quddiem il-ġenituri kollha kienu jibqgħu mat-tfal fil-ħin tat-tħejjija.

Kumpliment Mark Twain, l-awtur ta’ Tom Sawyer and Huckleberry Finn darba stqarr: “Kapaċi ngħix sitt xhur b’kumpliment sinċier.” U aħna kultant kemm aħna iebsa biex dak li jkun ngħidulu ‘prosit’ u nifirħulu għal dak li jkun għamel.

De Gaulle, President ta’ Franza għal bosta snin, u li qajla kien magħruf għall-umiltà tiegħu, ġie mistoqsi minn ġurnalist għala meta jiltaqa’ ma’ Churchill kważi dejjem jispiċċaw jgħajtu ma’ xulxin. U de Gaulle wieġeb: “Għax jien ngħajjat meta jkolli raġun u Churchill jgħajjat meta jkollu tort.” Viva l-umiltà ta’ de Gaulle!

7


nistgħu nerġgħu niltaqgħu ovvjament bil-kundizzjonijiet maħruġa mid-Dipartiment tasSaħħa. It-temperatura tittieħed filbieb, jintlibsu l-maskri la ser inkunu ġewwa, fejn issir il-laqgħa tinżamm ċerta distanza u t-twieqi u l-bibien ikunu miftuħa.

Il-laqgħa ta’ Novembru Għall-grazzja ta’ Alla erġajna bdejna niltaqgħu. L-aħħar laqgħa kienet saret f’Marzu 2020 għaliex kienu ħarġu direttivi minħabba lCovid-19. Nirringrazzjaw lil dawk l-individwi li kienu jistaqsuna meta ser nerġgħu nibdew u r-risposta tagħna kienet dejjem l-istess, “Aħna nixtiequ ferm li titkompla din il-laqgħa imma dan ma jiddependix minna. Għandna l-bżonn tal-permess tasSoċjetà tal-Museum u dak tadDipartiment tas-Saħħa.” Issa

8

Konna ilna snin nagħmlu quddiesa għal ruħ l-old boys u dawk kollha li xi darba kienu jattendu din il-laqgħa. Din is-sena qaddsilna Mons Ġużepp Attard u ħadna gost nerġgħu narawkom fostna. Fil-prietka fissrilna r-rabta bejn aħna li għadna ħajjin u dawk l-għeżież tagħna li telqu qabilna. Trid tieħu impenn li temmen li dawk li mietu qabilna huma ħajjin fi ħdan il-Mulej. Aħna nsibuha diffiċli li naċċettaw dak li ma jaqax taħt is-sensi tagħna. Imma dawk ġa jinsabu ma’ Kristu rxoxt. Qegħdin igawduh b’mod perfett għax qegħdin jaraw lil Alla. Aħna wkoll mexjin lejn dik iddirezzjoni… ta’ għaqda sħiħa mal-Mulej li fl-aħħar mill-aħħar hija d-dar ta’ kull bniedem millPapa sal-aktar persuna komuni li ħadd ma jaf biha. Nagħmlu sew li noffru l-isbaħ talba li għandna għall-erwieħ tal-għeżież tagħna imma nafdaw kollox f’idejn ilMulej li jieħu ħsieb Papa li meta jmut ikollu talb għal ruħu mid-


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Diċembru2021 dinja kollha u dak l-immigrant li għereq u li ħadd ma jaf bih. Nixtiequ ferm li dan in-numru jkompli jikber biex ta’ kull xahar nisimgħu flimkien messaġġ pożittiv. Il-futur tal-laqgħa jiddependi mill-attendenza tagħna.

Il-laqgħa ta’ Diċembru Stedinna lill-psikologu kliniku Dr Michael Galea PhD. Bħala suġġett issuġġerejnielu li jagħtina tips ta’ kif nieħdu ħsieb is-saħħa mentali tagħna. Qed insiru konxji ħafna ta’ kemm għadna nħarsu s-saħħa mentali bħalma nagħtu kas dik fiżika. Żgur li ser jagħtina tips ta’ kif għandna nieħdu ħsieb saħħitna u kif naqraw lindikaturi li għandna bżonn nieħdu ħsieb xi ħaġa.

Il-laqgħa ser issir nhar is-Sibt 4 ta’ Diċembru fis-7.30p.m. Nistennewk ħabib. Ejja int u ħajjar lil xi ħaddieħor jiġi wkoll. Aktar ma nkunu aħjar.

Nixtiequ l-Milied it-tajjeb lilkom u lill-għeżież kollha tagħkom. Jalla t-Tarbija ta’ Betlem titwieled f’nofskom u tagħtikom il-paċi smewwi tagħha.

Il-Bord Editorjali

9


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Diċembru2021

“Il-Kelma… ..Fiha kienet il-ħajja, u kienet il-ħajja d-dawl tal-bnedmin. Id-dawl jiddi fid-dlam, imma d-dlam ma laqgħux.” Ġwanni 1: 4-5 Artist pitter xbieha ta’ raġel fuq dgħajsa jaqdef bil-lejl. ’Il bogħod kien hemm kewkba waħda. Tagħtik l-impressjoni li jekk il-qaddief ma jibqax jara l-kewkba jħossu mitluf. Dak li l-pittura tgħid fuq il-qaddief jaqdef f’nofs baħar fid-dlam tagħtina tagħlima: jekk ma nibqgħux naraw id-dawl li hu Ġesù aħna nkunu mitlufa tassew.

#

Meta ħassejtni l-eqreb li qed nitlef id-dawl ta’ Ġesù? X’nista’ ngħidlu lil Ġesù?

10

Ġesù kun il-kewkba li tmexxini. Kun il-wens tiegħi. Kun it-triq tiegħi. Kun il-fjamma tħeġġeġ ġo fija. Kun kollox għalija – illum u dejjem. Anonimu.


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Diċembru2021

Inkurunat Imperatur nhar ilMilied tas-sena 800 Charlemagne, ġeneral ta’ armata tremenda li kiseb fama kbira flEwropa, irnexxielu jegħleb lgħedewwa kollha li kienu qed jassedjaw lil Ruma u reġa’ poġġa lill-Papa Ljun III fil-Vatikan. Għax il-Papa kellu jagħmel żmien imbiegħed minn Ruma peress dawk li ħadu l-belt taħt idejhom kienu lesti li jtemmulu ħajtu. Il-Papa b’sens ta’ gratitudni ried li jinkuruna lil Charlemagne bħala Imperatur tal-Imperu Qaddis Ruman. Ġrajja importanti ħafna fl-istorja tal-Knisja li ħalliet riperkussjonijiet mhux żgħar – mhux kollha favorevoli - fl-istorja tal-Papat. Din l-inkurunazzjoni seħħet fil-Milied tas-sena 800.

Milied 1643 – Christmas Island In-navigatur Ingliż William Mynors ħaseb li kien l-ewwel kaptan li ra din il-gżira partikulari f’nofs l-Oċean Indjan. U ladarba ħaseb li hu kien l-ewwel li rnexxielu jsir jaf biha kellu dritt li jsemmiha. U peress li l-jum ħabat il-25 ta’ Diċembru semmieha Christmas Island. Illum din il-gżira tagħmel parti mit-territorju Awstraljan għad li hi mbiegħda iktar minn 1500 kilometru mill-kosta ta’ dan ilkontinent. Minn bosta sorsi nafu li kien hemm navigaturi oħra li raw din il-gżira ħafna qabel Mynors iżda ħadd minnhom ma kien taha isem. U hekk l-isem ta’ Christmas Island baqa’ mwaħħal magħha. Kif għadu sal-lum. Fil-fatt fl-Oċean Paċifiku hemm gżira oħra jisimha Christmas Island. Illum iktar magħrufa bħala Kiritimati li tagħmel parti millarċipelagu ta’ Kiribati. Iżda din il-gżira ma għandha x’taqsam xejn mal-Milied għad li

11


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Diċembru2021 msemmija għalih. Skont tradizzjoni tal-baħħara, din ilgżira ħadet dan l-isem għax meta telgħu fuqha l-baħrin Ingliżi riedu jkun jafu x’jisimha u l-abitanti qalulhom xi kelma li kienet tixbah ħafna l-ħoss ta’ Christmas. U hekk ħadet dan l-isem.

Serqu l-ġebla tad-destin filMilied 1950 Għall-Iskoċċiżi din il-ġebla taddestin kellha importanza kbira. Għax fuqha kienu jiġu inkurunati r-rejiet tal-pajjiż meta dan kien indipendenti. Imma fl-1296 ir-Re Edward I rebaħ lill-Iskoċċiżi u ħa l-ġebla f’Westminster Abbey f’Londra. U hekk ir-rejiet Ingliżi bdew jiġu inkurunati proprju fuq din il-ġebla tad-destin. Iżda fil-lejl tal-Milied tas-sena 1950 xi żgħażagħ Skoċċiżi rnexxielhom jisirquha mill-Abbey u ħaduha lura lejn l-Iskozja. Lawtoritajiet damu jfittxuha ħafna sakemm sabuha f’April tas-sena ta’ wara moħbija fil-Katidral ta’ Arbroath. U din il-ġebla taddestin reġgħet ittieħdet lura lejn Londra fost il-protesti ta’ ħafna

12

Skoċċiżi li riedu li tibqa’ f’arthom għax kienet tagħhom. Disintegrazzjoni tal-Unjoni Sovjetika Kien propjru fil-Milied tas-sena 1991 li l-Unjoni Sovjetika iddisintegrat b’mod uffiċjali. U hekk ħafna pajjiżi li kienu jagħmlu parti mir-Russja kisbu mill-ġdid il-libertà u saru pajjiżi indipendenti. Fost dawn kien hemm l-Ukranja, Georgia, Armenia, Azerbaijan, Moldova, Latvia u oħrajn. Għalihom ilMilied 1991 ġabilhom il-fidwa għax inqatgħu darba għal dejjem mid-dittatura Russa. Uħud minn dawn il-pajjiżi għadhom sal-lum jiffesteġġjaw żewġ festi fil-25 ta’ Diċembru. Ma’ popli oħra jifirħu fil-Milied u jiftakru li proprju f’dan il-jum kisbu l-ħelsien għal arthom. In-Normanni jirbħu l-Ingilterra Kien il-Milied tas-sena 1066 li nNormanni wara ħafna ġlied settorjali mas-suldati Ingliżi, ħadu kontroll ta’ parti kbira millIngilterra. U damu jokkupaha għal kważi mitt sena. Mhux biss okkupawha imma ħallew warajhom traċċi tal-kultura, arkitettura u lingwa tagħhom. Hekk in-Norman Guliermu sar sultan tal-pajjiż u kiseb l-isem ta’ gwerrier rebbieħ. U dan il-ġieħ għaddieh lis-suċċessuri tiegħu. Kollha naturalment ta’ nisel Normann.


Mercieca Financial Investment Services Ltd. “Mercieca” Triq it-Tabib Anton Tabone, Victoria, Gozo, Malta. VCT 9020 Tel: +356 21553892 +356 79553892 Email: merciecafinancial@gmail.com

Mercieca Financial Investment Services Ltd is an enrolled Tied Insurance Intermediary of Mapfre MSV Life Pl. Mapfre MSV Life Plc is authorized by the MFSA to carry out long term business of insurance under the Insurance Business Act, Cap 403 of the laws of Malta. Mercieca Financial Investment Services Ltd is also an authorized Tied Insurance Intermediary of Mapfre Middlesea Plc (MMS) through Laferla Insurance Agency Ltd. Laferla Insurance Agency Ld is enrolled under the Insurance Intermediaries Act, 2006, to act as an insurance agent for MMS. MMS is authorized by the MFSA to carry both long term and general business under the Insurance Business Act, 1998. All Entities are regulated by the MFSA.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Hbieb Isejhu - Dicembru 2021 by Michael Debono - Issuu