l
NEWSPAPER POST
Il-Hbieb Isejhu
NOVEMBRU 2021 numru 663
Triq l-Imgarr, Victoria, Gozo
+L-Iben t'Alla sar Bniedem
NOVEMBRU 2021 numru 663 F’April 2012, f’San Diego fl-Istati Uniti, Daniel Chong ġie arrestat fuq suspett ta’ pussess ta’ droga u tefgħuh f’ċella biex l-għada jidher ilQorti. Iżda bi żball Daniel intesa fiċ-ċella u billi din kienet fil-kantini ħadd ma ftakar fih u lanqas ħadd ma sema’ l-għajjat li beda jgħajjat iżżagħżugħ biex jagħtuh xi ħaġa tal-ikel. Insewh hemm għal erbat ijiem u aktarx li kien idum iktar kieku mhux għax kienu qabdu żagħżugħ ieħor u marru biex ipoġġuh fiċ-ċella li fiha kien Daniel. F’dawn il-jiem Daniel ħassu qed imut u ried li jħalli messaġġ lil ommu. Ma kellux biex jikteb. Kisser in-nuċċali, għamel ferita f’sebgħu u kiteb messaġġ qasir: ‘Sorry mum, inħob…’ lanqas kellu saħħa jkomplih sal-aħħar. Meta fetħu ċ-ċella sabuh mitluf minn sensih. Ħaduh malajr l-isptar. Salvawh. Kien tilef 6 kili fil-piż. Ftit wara fetaħ kawża kontra l-kunsill talbelt u dan għażel li flok jidħol il-Qorti jagħtih kompensazzjoni ta’ 4 miljun dollaru. Daniel aċċetta u qal: “B’din is-somma nixtieq li nixtri dar lill-ġenituri biex inpattilhom ftit tal-inkwiet li s’issa għaddejthom minnu.” Jalla ma jkollniex ngħaddu minn esperjenza tant iebsa biex nintebħu kemm iħobbuna l-ġenituri. U jalla f’qalbna jkollna ħafna mħabba u rispett lejn dawk li batew tant għalina. U forsi qajla wrejniehom apprezzament u gratitudni.
1
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Novembru2021
L-Isqof Romero (1917 – 1980) Twieled, għex u trabba f’El Salvador u minn età żgħira ħass ix-xewqa għas-saċerdozju. Ħadem bħala qassis u wara bħala kappillan u dejjem kellu f’qalbu rokna speċjali għall-morda, emarġinati, foqra u dawk l-iktar vulnerabbli fis-soċjetà.
Fi żmienu f’El Salvador kienu jgħixu f’inġustizzja kbira għax 13-il familja kellhom f’idejhom 40 fil-mija tal-artijiet kollha tal-pajjiż.
2
...bixxewqa li jkunu għalina gwida għal ħajjitna.
U dawn il-familji sinjuri riedu kollox jibqa’ kif dejjem kien. Huma jibqgħu jgawdu u mijiet ta’ eluf ibatu għax bilkemm kellhom għaxja ta’ lejla. U jekk dan kien idejjaq lil Romero meta kien kappillan issa ħassu iktar jagħfas fuqu meta sar isqof. Ħass li hu dmir tiegħu li jitkellem li jxandar biex dawn l-inġustizzji ma jkomplux u baqa’ jipprietka anke meta bdew jhedduh li jekk ma jagħlaqx ħalqu, jispiċċa ħażin. U kien jaf li t-theddid tagħhom ma kienx fieragħ għax Rutilio Grande qassis ħabib tiegħu
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Novembru2021 li wkoll kien jipprietka bla biża’ biex is-sinjuri ma jibqgħux jaħqru l-foqra spiċċa maqtul. Waqt il-funeral tiegħu meta l-Isqof Oscar Romero kien qed imexxi ċ-ċelebrazzjoni qabel id-difna ħares lejn ħabibu u qal f’qalbu, ‘La miet hu għax xandar il-verità jien ukoll neħtieġ li nimxi l-istess triq anke jekk din ser twassal għall-istess tmiem.’
U kompla jikteb u jipprietka biex l-inġustizzji ta’ El Salvador jieqfu u biex is-sinjuri jidraw jaqsmu dak li għandhom ma’ min ma għandu xejn. It-theddid kotor qalulu u reġgħu qalulu biex ma jkomplix jitkellem dwar dan is-suġġett. Iżda l-Isqof Romero kien deċiż li ma jiskotx għax hekk kien jitlob dmiru. U fl-aħħar dawk li heddewh wettqu kliemhom. L-Isqof kien qed iqaddes f’kappella ċkejkna. Bħas-soltu tkellem kontra
l-inġustizzji tas-sistema. Malli spiċċa daħlu xi suldati u sparaw għalih. Kien l-24 ta’ Marzu 1980 meta l-Isqof Oscar Romero kellu 63 sena. Iżda jekk il-kapijiet ħasbu li ser isikktuh arralhom għax leħnu iktar instema’. Kellu aktarx l-ikbar funeral li qatt ra El Salvador u għad li mejjet il-messaġġ tiegħu ħaduh oħrajn u komplew fejn ħalla hu.
L-Isqof Romero miet imma d-dawl tal-eżempju tiegħu għadu jdawwal it-triq għal kull min irid jgħix ta’ Nisrani f’dinja li għall-flus u l-poter lesta li twarrab kull prinċipju. 3
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Novembru2021
DR CORONATO GRECH M.D. jagħtina stampa differenti u personali tas-sitwazzjoni globali
So, all this stuff about ‘saving planet Earth’. That’s nonsense. That’s not the problem. Planet earth doesn’t need saving. For four and a half billion years, Earth has been a survivor. It’s not the Earth that we should be worried about. It’s us. Iain Stewart. The Earth. BBC Books. 2007. Sikwit tisma’ li l-bnedmin qed jeqirdu l-ambjent – tniġġis talambjent, tal-arja, u tal-baħar, ħela ta’ riżorsi bħall-faħam, ilma, u żejt, tibdil għal sħana fil-klima, u żieda kbira fil-popolazzjoni. Jidher li qed noqorbu, jew qegħdin, f’xifer ta’ katastrofi globali. Qed neqirdu d-dinja!
Imma forsi iktar għandna għax nikkonfondu u ninkwetaw għalina stess milli għad-dinja!
biljuni li għandna llum. Fil-1989 kienet ħames biljuni. Din hija żjieda tremenda. Ir-raġunijiet huma varji u jinkludu nuqqas ta’ edukazzjoni sesswali, nuqqas ta’ kontraċettivi, oppożizzjoni għallkontraċettivi minn reliġjużi, iktar nies jitwieldu milli jmutu, u iktar fejqan minn mard u iktar tul ta’ ħajja f’pajjiżi żviluppati.1 S’issa, b’xi mod jew ieħor x-xjenza, itteknoloġija u l-agrikultura laħħqu mad-domanda tremenda għallikel, xorb u spazju imma ovvjament hemm limiti. Kif hemm limiti għar-riżorsi limitati bħall-faħam, żejt u ilma. Kif qal lIngliż Robert Malthus fil-1798 fil -ktieb An Essay on the Principle of Population, in-numri tan-nies ikollhom jinżlu, imma bil-prezz terribbli ta’ gwerer, ġuħ, u
Ibda mill-popolazzjoni. Mill-1800 sal-lum il-popolazzjoni tad-dinja żdiedet minn biljun għal 7.7
1. Ironikament il-mediċina b’ħafna kura ta’ mard u b’ħajja iktar twila hija kawża importanti għal dan id-diżastru.
4
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Novembru2021 pandemiji. Iż-żjieda filpoplazzjoni tad-dinja hija lproblema prinċipali li qed tiffaċċja l-umanità kollha. Ħafna mill-problemi l-oħra ġejjin minn hawn. Pereżempju huwa ovvju li qed inbiddlu l-ambjent kemm fuq skala lokali kif ukoll dik globali. Qed nitfgħu iktar mill-gas carbon dioxide fl-arja permezz ta’ ħruq ta’ żejt, faħam u foresti. Dan ilgass huwa wieħed minn dawk li jsaħħnu l-arja.2 Normalment dan
il-gass jerġa’ jittieħed mill-arja mis-siġar u l-pjanti imma b’nuqqas dejjem iktar ta’ foresti u tniġġis tal-baħar3 dan mhux qed ikun biżżejjed. Ir-riżulat huwa żjieda fit-temperatura, bir-riżultat li jkun hemm iktar evaporazzjoni u nixfa. Forsi iktar drammatiku, is-silġ polari jibda jinħall, u jekk f’ammonti kbar, jgħolli l-livell tal-baħar, bir-riżultat li ħafna bliet kbar ħdejn il-baħar, bħal New York, Tokyo u Londra jibdew jegħrqu. Il-bniedem ilu fid-dinja madwar miljun sena, tal-inqas fil-forma moderna, waqt li l-agrikultura bdiet madwar 12,000 sena ilu. Però kien biss f’madwar dawn laħħar 500 sena li nfirex malkontinenti, b’ħafna millesplorazzjonijiet jagħmluhom lEwropej, u altru mhux dejjem kien għall-aħjar għan-nies u lambjent ta’ dawk il-postijiet li sa dakinhar kienu jgħixu bi kwiethom.4
(Dr Grech itemm dan l-artiklu filħarġa ta’ Diċembru) 2. Il-pjaneta Venus, għax għandha atmosfera b’ħafna carbon dioxide għandha temperatura ta’ madwar 400 grad Celcius u b’atmosfera safranija u sfiqa, xita aċiduża u maltempati elettriċi globali, iktar qisha xi infern medjevali. 3. Il-parti l-kbira tal-pjanti tad-dinja huma dawk mikroskopiċi, imsejħa ‘plankton’, li hemm fl-ibħra u oċeani. Dawn jipproduċu ossiġnu u jieħdu carbon dioxide iktar mis-siġar u l-foresti kollha tal-art. 4. Fost l-effetti diżastrużi għall-popli indiġeni kien hemm l-infurzar ta’ użanzi ġodda u reliġjonijet ġodda, l-introduzzjoni ta’ annimali ġodda (li ħarbtu dawk lokali) u ta’ mard ġdid (li għalih ma kellhomx immunità).
5
Loġika Joe Frazier, il-boxer famuż tas-snin sebgħin, qatt ma kien ikollu bodyguards miegħu. Xi ħadd darba staqsieh għaliex joħroġ waħdu. “Ma neħtieġx bodyguards fit-triq. Neħtieġhom fir-ring fejn inkun niġġieled imma hemmhekk ma jħallunix indaħħalhom miegħi!”
Parir aħħari Patri twajjeb, li ħafna novizzi kienu jżuruh biex jisimgħu mingħandu xi parir siewi, wasal biex imut. Xi studenti tiegħu kienu ħdejh ħalli jagħmlulu lkuraġġ u jgħinuh f’dawn l-aħħar ġranet ta’ ħajtu. Wieħed minnhom għamel ftit kuraġġ u kellu l-ħila jistaqsih: “Surmast, x’tixtieq li niktbulek fuq qabrek?” Il-patri surmast tan-novizzi wieġbu: “Iktbu: Ġismu hawn imma hu mhux hawn.” Għal min jemmen il-ħajja ma tispiċċax mal-qabar.
L-Isqof Fulton Sheen kien iħobb jgħid: “It-trabi jitwieldu bil-ponn magħluq donnhom biex juru li jixtiequ jżommu fih dak kollu li ser jirnexxilhom jakkwistaw fil-ħajja. Iżda mmutu bil-ponn miftuħ xhieda li minn din id-dinja m’aħna ser nieħdu xejn magħna.”
6
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Novembru2021 Perspettiv differenti Darba W S Gilbert (poeta u drammaturgu Ingliż li miet fil-bidu tas-seklu l-ieħor) wasal f’ħotel li fih kien issoltu joqgħod iżda ntebaħ li għal dak il-lejl partikulari s-sid kien kera kważi l-lukanda kollha lill-organizzaturi ta’ seminar magħmul għall-qassisin. Imdawwar minn tant nies tas-suttana qal: “Inħossni ljun mitfugħ f’għar mimli Danjelijiet!”
L-esperjenza L-omm riedet tmur tonxor il-ħwejjeġ fuq il-bejt u għalhekk kellha bilfors tafda ftit weħidhom lil binha Matthew ta’ erba’ snin u bintha Jane ta’ xi sena u ftit. Iżda lanqas laħqet naxret nofs ilħwejjeġ li ma semgħetx lil Matthew jgħajjat u jwerżaq. Dlonk niżlet isfel u tara lil Jane tiġbed xagħar ħuha. “Ruħi qalbi, oħtok għadha żgħira u ma tafx li int tweġġa’ meta tiġbidlek xagħrek!” U reġgħet telgħet fuq il-bejt biex tkompli tonxor. Iżda ma damitx wisq ma tisma’ lil Jane tibki u tgħajjat. Reġgħet ġriet ’l isfel u malli daħlet tara lil Joe jiġbed xagħar oħtu waqt li qal lil ommu: “Issa taf li meta tiġbed ix-xagħar tweġġa’!” L-esperjenza hi l-aħjar għalliema.
Tgħid għaliex meta nkunu nsuqu u ta’ qabilna jkun għaddej ċeklem ċeklem ngħidu, “Dan rieqed!” U meta jgħaddina xi ħadd, pront pront nittimbrawh, “Dan miġnun!”
7
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Novembru2021
Grupp ta’ bdiewa Ċiniżi ħadu lqatgħa ta’ ħajjithom meta waqt li kienu qed iħaffru bir tfaċċat ras ta’ bniedem tat-terrakotta. Komplew iħaffru u ntebħu li kien hemm bosta rjus oħra. Anzi statwi sħaħ ta’ suldati wieħed wara lieħor. Kollha b’ilbies ta’ gwerriera lesti għat-taqbida. Għall-bidu l-bdiewa ma kienu ser jgħidu xejn lil ħadd iżda wara żmien kellhom iħabbru l-kixfa
tagħhom għad li kienu jafu li aktarx ser jitilfu l-proprjetà kollha tagħhom għax jeħodha f’idejh ilgvern. U hekk ġara tabilħaqq. Fl-1974 beda t-tiftix arkeoloġiku u dak li nstab għaġġeb id-dinja. Sabu belt enormi mibnija taħt l-art li qatt ma kien hemm ħjiel tagħha filkotba tal-istorja. Ħadmu fuq is-sit iktar minn 70,000 ħaddiem u damu 36 sena biex kixfu l-belt kollha. Sabu armata ta’ iktar minn 7000 suldat u magħhom żwiemel u karrijiet tal-gwerra. Is-suldati kollha kellhom bixra personali għax ebda wiċċ ma kien bħallieħor. Kollha bil-fattizzi partikulari tagħhom hekk li tista’ tagħtihom isem biex tiddistingwihom minn oħrajn. Mhux ta’ b’xejn li dan is-sit arkeoloġiku beda jitqies bħala meravilja dinjija.
8
Studjaw l-ambjent u sabu li din larmata kien ħoloqha l-Imperatur
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Novembru2021 Qin Shi Huang madwar 250 qabel Kristu. Mas-suldati u ż-żwiemel kellu wkoll żeffiena u akrobatiċi biex ikollu mhux biss min jiddefendih iżda wkoll min jaljenah u jferrħu.
Il-fuljetti tagħna tistgħu ssibuhom ukoll online Kull xahar il-fuljetti Il-Ħbieb Isejħu u Nimxu Id f’id qed intellgħuhom fuq il-website ddedikata għallpubblikazzjonijiet issuu.com.
Qed nagħmlu link mill-facebook page tal-qasam kull meta ntellgħu fuljett ġdid fuq din il-website. Kos hux! 250 sena qabel Kristu kien hemm diġà fiċ-Ċina twemmin f’ħajja wara l-mewt. Għax kieku ma kienx jemmen f’xi tip ta’ ħajja bħal din ma kienx ikun hemm skop li l-Imperatur Qin jibni din il-belt. Ried li jkollu min iħarsu fil-ħajja ’l hemm millqabar. Waslu għall-istess konklużjoni lfarawni Egizzjani li bnew ilpiramidi.
Faċli ħafna sabiex issibu lfuljetti. Fejn hemm miktub ‘find creators and content’ ikteb ‘Il-Hbieb Isejhu’ nkella ‘Nimxu Id f’id’ u jtellagħlek ilfuljett li hemm online bl-aħħar wieħed dejjem fuq quddiem. Tkun tista’ taqrah daqslikieku għandek il-fuljett quddiemek bil-paġni jinqalbu b’mod naturali ħafna.
Ix-xewqa għall-ħajja wara l-mewt ma vvintahiex Ġesù jew il-Knisja. Jidher li dan hu twemmin universali popolari, mijiet ta’snin qabel il-miġja ta’ Ġesù li tkellem ħafna dwarha.
Għinna nkomplu nxerrdu lkelma t-tajba. Għaddi dan ittagħrif lil ħbiebek u dawk li huma interessati. Tkun qed tgħin f’dan l-appostolat ta’ ġid.
9
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Novembru2021
“Imma kontu maħsulin, imma kontu mqaddsin, imma kontu magħmulin ġusti f’isem Sidna Ġesù Kristu u fl-Ispirtu ta’ Alla tagħna.” 1 Kor. 6, 11 Robert C Stanger jistaqsi, “Tista’ timmaġina skultur li qabad biċċa rħama li jqatta’ ħajtu jiskolpixxi biex imbagħad ikissirha? Ikun miġnun. Ma tistax timmaġinah. B’hekk ukoll lanqas tista’ timmaġina Alla li jħobb li ħalqek li bagħat lil Ibnu u lill-Ispirtu biex jagħmel minnek persuna sabiħa, sabiex imbagħad jarmik. Nemmen f’ħajja li ma tintemmx għaliex jien nemmen f’Alla.”
#
Kif infisser kliem Stanger fuq il-ħajja eterna?
10
Nemmen f’Alla bħalma nemmen fi ħbiebi, għaliex inħoss in-nifs ta’ Alla inħoss l-id inviżibbli ta’ Alla tiġbidni lejha. Miguel de Unamuno
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Novembru2021
Il-pittura ta’ Pablo Picasso msejħa Le Peintre. Pittura famuża li f’Settembru 1998 kienet qed tinġarr lejn Halifax f’ Nova Scotia, il-Kanada biex tkun parti minn esebizzjoni iżda ddestin ried li l-ajruplan Swiss Air li kien qed iġorrha ġġarraf u malmewt ta’ dawk kollha li kienu fuqu (229 bejn passiġġieri u ekwipaġġ) intemmet ukoll il-pittura famuża. Minnha sabu biss biċċa kanvas żgħira, qies ta’ inqas minn pied li għadha tinżamm b’memorja kiebja tat-traġedja u tal-pittura. Għandna ritratti ta’ din il-pittura imma loriġinal inqered ghal dejjem. Illum pittura bħal dik tiswa mijiet ta’ miljuni ta’ dollari.
Manuskritti ta’ Ernest Hemingway Illum dan lisem hu famuż fid-dinja letterarja. Awtur ta’ bosta kotba li wara li nqraw minn miljuni saru wkoll famużi fuq illiżar taċ-Ċinema. Fost il-kotba liktar imsemmija ta’ dan l-awtur insibu For W hom the Bells toll, The Sun also rises u A Farewell to Arms. Fil-bidu tal-karriera kien ġurnalist
mat-Toronto Daily Star bħala korrispondent Ewropew. Kien joqgħod Pariġi. L-editur bagħtu lIżvizzera biex isegwi laqgħa internazzjonali u jirrapporta landament minn hemm. Ċertu Lincoln Steffens – pubblikatur famuż - impressjona ruħu bil-kitba ta’ Hemingway. Sar ħabib tiegħu u xtaq li jkun jaf iktar dwar kitbietu. Hemingway kellu pataflun ta’ kitba mimlija stejjer li kien għadu jipprova jippubblikahom iżda qajla kien isib min jaċċettahom. Hemingway ħataf l-opportunità u ċempel lil martu biex teħodlu lmanuskritti kollha ħalli jgħaddihom lil Steffens. Iżda meta kienet qed iġġorrhom minn Pariġi għall-Iżvizzera f’bagalja f’vagun ta’ trejn xi ħadd seraqhomlha. U qatt ħadd ma kellmu dwarhom. Saru anke offerti ta’ flus biex min seraqhom iroddhom. Iżda ħadd qatt ma wieġeb għal dawn is-sejħat u lmanuskritti baqgħu mitlufin. Dwar din is-serqa, li tant niktitu, Hemingway kiteb storja li semmieha A Moveable Feast. Dawn il-manuskritti jitqiesu bħala teżor letterarju mitluf għal dejjem. Imma min jaf? Forsi xi darba jistgħu jerġgħu jitfaċċaw għad li llum Hemingway u Steffens ilhom li telqu d-dinja tagħna. U magħhom telaq ukoll min seraqhom għax is-serqa ilha li saret mitt sena.
11
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Novembru2021 L-ewwel film ta’ Spielberg Illum Steven Spielberg hu meqjus bħala wieħed mill-iktar diretturi famużi ta’ Hollywood. Tana films kbar bħal Jurassic Park, E.T., issensiela popolari ta’ Indiana Jones u oħrajn. Iżda fil-bidu ta’ żgħożitu ħadd ma kien jaf bih. Kien dilettant u b’ħafna sagrifiċċji ġibed l-ewwel film li semmieh Firelight. Fih ħadu sehem membri ta’ familtu u ħbieb għax ma setax iħallas għall-artisti stabbiliti. U meta wrieh l-ewwel darba kellu udjenza ta’ madwar 500 ruħ. Serata ta’ darba għax ma kellux flus biex jikri s-sala għal drabi oħra. Iżda xi ħadd minn kumpanija ċinematografika sema’ bit-tentattiv ta’ dan iż-żagħżugħ u xtaq jara lfilm. Spielberg ma kellux għajr kopja waħda. Għaddieha lil din ilkumpanija tal-films biex jarawh id-diretturi u jiddeċiedu fuqu. Iżda b’xorti ħażina ftit jiem wara lkumpanija falliet u l-film ta’ Spielberg intilef. Tiegħu Spielberg baqagħlu biss 3 minuti ta’ sekwenza. Il-bqija ntilfu għal dejjem. Fuqhom Spielberg bena film ieħor li semmieh Close Encounters
12
imma xorta jibqgħalna kurżità nkunu nafu iktar dwar dan ittentattiv bikri ta’ Speilberg u x’kien kapaċi jagħmel fillimitazzjonijiet tiegħu ta’ żgħożitu. Għax ħafna drabi x-xemx minn filgħodu turi u aktarx li konna naraw il-ġenju tiegħu minn età żagħżugħa. Dwar dan nistgħu biss nimmaġinaw.
L-istatwi ta’ Buddha It-teżori l-oħrajn intilfu b’aċċident iżda dawn intilfu b’rieda umana. Kienu l-Iżlamiċi tat-Taliban li qabdu ma’ dawn iż-żewġ statwi ġganteski li kienu jsebbħu l-wied imsejjaħ Bamiyan fl-Afganistan. Kienu juru lil Buddha Gautama u għal ħafna sekli kien post ta’ devozzjoni għall-Buddisti. Iżda għat-Taliban dawn kienu idoli li jtellfu l-qima lejn Allah u jiddisprezzaw it-tagħlim ta’ Mohammed. B’ġelatini mqegħdin f’toqob li ħaffru apposta fl-istatwi, tajruhom u għamluhom terrapien. Tagħhom baqgħalna biss ir-ritratti. Artistikament kellhom ħafna valur iżda anke dawn tlifniehom għal dejjem.
Mercieca Financial Investment Services Ltd. “Mercieca” Triq it-Tabib Anton Tabone, Victoria, Gozo, Malta. VCT 9020 Tel: +356 21553892 +356 79553892 Email: merciecafinancial@gmail.com
Mercieca Financial Investment Services Ltd is an enrolled Tied Insurance Intermediary of Mapfre MSV Life Pl. Mapfre MSV Life Plc is authorized by the MFSA to carry out long term business of insurance under the Insurance Business Act, Cap 403 of the laws of Malta. Mercieca Financial Investment Services Ltd is also an authorized Tied Insurance Intermediary of Mapfre Middlesea Plc (MMS) through Laferla Insurance Agency Ltd. Laferla Insurance Agency Ld is enrolled under the Insurance Intermediaries Act, 2006, to act as an insurance agent for MMS. MMS is authorized by the MFSA to carry both long term and general business under the Insurance Busi ness Act, 1998. All Entities are regulated by the MFSA.