l
NEWSPAPER POST
Il-Hbieb Isejhu
OTTUBRU 2021 numru 662
Triq l-Imgarr, Victoria, Gozo
+L-Iben t'Alla sar Bniedem
OTTUBRU 2021 numru 662
F’pajjiżna l-baseball ma tantx hu popolari iżda fl-Amerika dan l-isport hu f’qalb ħafna nies u żgur li kollha xi darba jew oħra semgħu b’isem tal-player leġġendarju George Herman Babe Ruth. Hu għal baseball bħalma Pelè jew Maradona huma għall-futbol. Isemmih l-awtur William J Bennett fil-ktieb ‘The Book of Virtues’ u jħalli lil dan il-player famuż jirrakkonta ħajtu. “Ma kellix l-aħjar trobbija għax il-ġenituri tiegħi kienu iktar moħħhom finnegozju li kellhom milli fija. Nista’ ngħid li kbirt qisu ma kellix min jigwidani u għalhekk spiċċajt fl-orfanatrofju biex dak li ma għamlux ommi u missieri forsi jagħmluh l-għalliema ta’ din l-istituzzjoni. “Niftakar ħafna minnhom iżda l-iktar li għadu f’moħħi kien Father Matthias. Raġel godli ta’ sitt piedi, ta’ nisel Irlandiż. Dan kien bniedem ta’ dixxiplina iżda b’qalb tad-deheb. Kien hu li lili ħajjarni naqbad il-linja tal-baseball. Hu għallimni l-ewwel regoli fundamentali. Hu li wrieni li kelli fija potenzjal biex nirnexxi. Kuljum jitlob minni ftit iktar taħriġ biex kif kien jgħidli hu: minn player medjokri issir l-aqwa u l-aħjar. U barra l-baseball għallimni wkoll li fissema għandna lill-Mulej. Ħabib tagħna li lest li jgħinna għax aħna wliedu. “Nistqarr li meta sirt famuż warrabt xi ftit id-drawwiet qaddisa li kien għallimna Fr Matthias. Lanqas il-Ħadd ma kont insib ħin nattendi. Iżda dejjem bqajt niftaħ it-tieqa tal-kamra fejn inkun ser norqod u nħares lejn is-sema u ngħid talba lil dak il-Missier li dwaru għallimna Fr Matthias.
“Sakemm darba kelli bżonn nagħmel operazzjoni serja. Kif kont l-isptar ġie jżurni wieħed mill-ikbar ħbieb tiegħi Paul Carey. Paul kien bniedem reliġjuż u qalli bla ma qagħad jomgħodha. “Babe, dik l-operazzjoni hi serja. Tista’ tibqa’ taħtha. Mhux aħjar tipprepara darek.” “Fhimtu u għidtlu jsejjaħ qassis. Qarrejt u ħassejtni kalm u seren lest li niltaqa’ mal-Mulej. Dakinhar stess xi ħadd ġabli ittra ta’ tifel li kien iħobb ħafna lbaseball u dan fl-envelop għamilli domna tal-Madonna. Ilbistha u nistqarr li għadni ngħożżha sal-lum. U nixtieq li meta nindifen, jidfnuha miegħi.”
Jalla magħna wkoll jidfnu xi domna Marjana li nkunu ġarrejna f’għonqna tul ħajjitna.
1
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ottubru2021
Guglielmo Marconi (1874 – 1937) Isem famuż… Taljan li ta lid-dinja kixfa importanti. Kien hu li ċekken id-dinja meta vvinta l-wireless telegraphy… mezz biex twassal messaġġ permezz ta’ ħoss marbut ma’ ittra jgħid li tant kienet ċara u faċli f’moħħu li ma setax jifhem kif ħadd ma kien sab din l-invenzjoni qabel. Biżżejjed ngħidu li kellu inqas minn għoxrin sena meta ħabbarha lid-dinja.
2
...bixxewqa li jkunu għalina gwida għal ħajjitna.
Għall-bidu offrieha lill-Gvern Taljan iżda l-uffiċjali tiegħu ma tantx impressjonaw ruħhom. Iktar ħasbuha ġugarell milli invenzjoni ta’ ħtieġa. Ommu, ta’ demm Irlandiż kompliet tħeġġu u ħajritu jmorru flimkien lejn l-Ingilterra. Hawn sab akkoljenza ferm ikbar. Il-kapijiet navali Ingliżi raw il-potenzjal ta’ din il-kixfa. Permezz tagħha setgħu jibagħtu messaġġi lejn l-art minn kull vapur u setgħu wkoll jikkomunikaw vapur ma’ vapur fi żmien verament qasir bla ma dawn joqorbu lejn xulxin. Hekk bdiet il-fama fenomenali
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ottubru2021 ta’ dan il-bniedem li f’età bikrija kien ta lid-dinja invenzjoni tal-għaġeb. Id-distanza ta’ min jibgħat il-messaġġ u min jirċevih kienet dejjem tikber tant li ġrajja fl-Amerika kienet tixxandar fl-Ewropa fi ftit sigħat.
Sabiħa l-komunikazzjoni li tista’ tgħid kelma ta’ kuraġġ lil min hu mbiegħed għad li forsi ma tistax tagħtih spalltek fejn jista’ jserraħ u dan kollu frott Marconi u nies oħra li ġew warajh u komplew dak li beda dan l-inventur Taljan. Minkejja l-fama li kiseb Marconi baqa’ dejjem bniedem reliġjuż u għalhekk ftit stagħġbu meta fuq is-sodda ta’ mewtu qal xi ħaġa li għadha tixxandar. Ħareġ kuruna tar-rużarju u lil ta’ madwaru qalilhom: “L-invenzjoni tiegħi għaqqdet id-dinja. Jien nemmen bi sħiħ li l-kuruna tar-rużarju ser tgħaqqadni mal-ġenna.”
Kliemu serva ta’ fanal biex aħna li ġejna warajh napprezzaw ftit aktar din it-talba Marjana. Jekk forsi narawha twila u ripetittiva żżejjed nagħżlu almenu posta minnha u ngħiduha bil-qalb, kuljum mhux biss illum li għadna ġuvintur imma wkoll meta jkollna l-familja tagħna biex din it-tradizzjoni qaddisa ma tinqeridx mad-drawwiet sbieħ li kellhom missirijietna u li llum għosfru u sfumaw fid-dinja tal-progress. U jekk jgħodd għax-xhur kollha jgħodd iktar għal dan ix-xahar ta’ Ottubru xahar iddedikat lil ommna Marija.
3
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ottubru2021
DR CORONATO GRECH M.D. itemm l-artiklu dwar:
forsi l-iktar famuża, il-kometa ta’ Halley, għax kienet ta’ diżappunt l-aħħar darba li dehret mid-dinja tagħna fil-1986-7.2
Kometi. Ferm iktar rari, ġieli titfaċċa xi kewkba bix-xuxa jew kometa. Din ġeneralmet li hija daqs muntanja kbira, f’orbita maxxemx, orbita ovali, twila ħafna u tieħu ħafna snin li imma meta qrib ix-xemx jevaporaw minnha frak u gassijiet li jiffurmaw dik ix-xuxa spettakolari. Ħafna mill-kometi nafu preċiżament meta se jitfaċċaw, imma oħrajn jistgħu jitfaċċaw għall-għarrieda1. U mhux dejjem spettakolari, lanqas
Satelliti. Kultant meta tkun tħares lejn is-sema ta’ bil-lejl ġieli tara bħal kewkba miexja bejn ilkwiekeb l-oħra. Id-direzzjoni tista’ tkun lejn kull naħa. Din
1. U dari kienu sors ta’ ħafna ansjetà u biża’. 2. Ara Il-kometa ta’ Halley u din ix-xitwa’ Diċembru 1985.
4
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ottubru2021 aktarx tkun waħda mill-eluf ta’ satelliti artifiċjali li hemm iduru madwar id-dinja u li minn fejn huma (ġeneralmet minn ftit mijiet għal eluf ta’ kilometri) jirriflettu d-dawl tax-xemx.
sħab nottiluċenti Imbagħad hemm xi fenomeni rari, bħad-dawl żodjaku4, sħab nottiluċenti5, u rari ħafna għalina, l-aurora borealis6.
Tista’ forsi tara wkoll lInternational Space Station, dejjem jekk tkun taf il-ħinijiet u lpożizzjonijiet preċiżi tiegħu.3
dawl żodjaku
aurora borealis
Intant, dik kienet ħarsa ħafifa lejn x’tista tara fis-sema ta’ bil-lejl. Ta’ min jispera li dan ilpassatemp affaxxinanti, ta’ tant interess u ta’ serħan il-moħħ ikun iktar apprezzat. U ma trid xejn ħlief tpoġġi bilqiegħda, fid-dlam u l-kwiet, u tħares ’l fuq!
3. Għalkemm pjuttost rari, għax peress li mhux bogħod ħafna mid-dinja, madwar 400 km, jidħol taħt id-dell tad-dinja u ma jirriflettix id-dawl tax-xemx. 4. Strixxa dawl bajdanija bilkemm tidher li tgħaddi mill-orizzont ’il fuq, minn fejn tgħaddi x-xemx u tiġi mir-rifless tad-dawl tax-xemx fuq l-għabra interplanetari. 5. Dawn huma sħab tal-atmosfera, għoljin ħafna tant li jirriflettu d-dawl taxxemx, minkejja li din li qiegħda 'l isfel mill-orizzont. Jidhru l-iktar fix-xhur tassajf. 6. L-aħjar ċans huwa meta x-xemx tkun fil-fażi ta’ maltempati manjetiċi u tbajja’, kull madwar 12-il sena.
5
Skont kif tpoġġi l-kliem
Raġel mar jixtri karozza second hand. Il-bejjiegħ biex jagħmillu kuraġġ jixtri qallu: “Lilna ssibna dejjem warajk jekk tixtri mingħandna?” “Biex timbottawni?” staqsieh ix-xerrej. X’ġara wara ma nafux iżda żgur li l-bejjiegħ biddel il-frażi li kien juża biex jinkoraġġixxi l-bejgħ tal-karozzi second hand.
Stednitha! Żewġ atturi nisa ltaqgħu u waħda minnhom, biex turi lil seħbitha kemm kienet iżgħar minnha, qaltilha: “Niftakar kont rajtek fil-film li ħdimt fl-1972 iżda ma kontx rajt dak li kont ħdimt tliet snin qabel għax kont għadni filkindergarten!” “Ma kontx naf li kont għalliema fil-kindergarten qabel tajtha għall-films!”
6
Mhux faċli trekken mara intelliġenti… speċjalment fejn tidħol l-età!
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ottubru2021 Tradizzjoni Fil-House of Commons fl-Ingilterra, kull membru għandu post fejn idendel xi ġlekk, kowt, umbrella u… xabla. L-Ingliżi jitħabtu biex iżommu drawwiet li fihom ċerta storja. Għalihom it-tradizzjoni għandha importanza tremenda.
Mnejn ġejja? Meta ilu ħafna żmien il-vapuri kienu joqogħdu jistennew it-tide biex jidħlu fil-port, bil-Latin kienu jgħidu li qegħdin ob portu. Minn dawn iż-żewġ kelmiet nibtet ilkelma opportunità… stennija għallħin eżatt. Titlef dan il-ħin ifisser toqgħod tistenna għal 24 siegħa. Fil-ħajja meta titlef opportunità forsi tkun tliftha għal dejjem.
Numru ta’ kliem fi żmien ieħor Darba l-astronawta Michael Collins għamel kumment li tgħidx kemm qala’ kritika fuqu min-nisa. Kien qal: “Jgħidu li raġel normalment jgħid madwar 25,000 kelma kuljum waqt li mara tgħid 30,000. Il-ħażin hu li meta niġi d-dar jien inkun għidt il-25,000 kelma tiegħi imma marti tkun għadha ma bdietx it-30,000 kelma tagħha!” Nimmaġina li dik il-lejla raqad b’ħobż u ġobon.
7
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ottubru2021
Għexieren ta’ eluf huma l-atleti li joħolmu li xi darba jirbħu medalja f’xi Olimpijadi. Tkun il-premju mistħoqq għal ħafna sigħat ta’ sagrifiċċji. Iżda l-possibbiltà u xxewqa għal rebħ tal-medalja jnissihom kull sforz u tbatija u meta jħarsu lejn il-medalja mirbuħa jimtlew b’sodisfazzjon u ferħ. Iżda kultant jinqalgħu atleti li jkunu lesti jpartu minn din ittifkira għażiża għal xi skop nobbli bħalma għamlu dawn r-rebbieħa…
Mark Paverich kien membru tattim Amerikan tal-Hockey li fl-Olimpijadi tax-xitwa tas-sena 1980 li saru f’Lake Placid New York rebħu lit-tim favorit tarRussja. Fl-annali tal-istorja din irrebħa għadha meqjusa u magħrufa bħala ‘Il-Miraklu fuq is-silġ’. Għaliex ħadd ma stennieha. Għad li kienet medalja għażiża ħafna, fl-2014 Mark poġġieha għal bejgħ fuq l-internet u qala’ tagħha s-somma ta’ $262,900. Ma riedhomx għalih imma xtaq li jgħin lil bintu li kienet riedet tagħmel kors edukattiv li kien jiswa ħafna. Infired mill-medalja biex bintu tkompli l-kors li xtaqet
8
u għamel hekk bla ma qallha għax kieku żgur li ma kinitx tħallih. Iżda l-imħabba tal-ġenituri tidher qisha bla limiti. Dnub li kultant din l-imħabba mhix apprezzata biżżejjed. Infirdet mill-medalja tagħha latleta Pollakka tal-għawm Otylia Jedrzejczak (Olimpijadi ta’ Ateni 2004). Otylia riedet li bilflus li daħlet tal-medalja (€80,000) tgħin lit-tfal Pollakki li kienu qed ibatu bil-marda tal-lewkemja u ma kellhomx mezzi biex jieħdu l-kura meħtieġa. Qalet: “Naf li rbaħt medalja Olimpika. Inħares lejn ilpost fejn kienet imdendla u flok jiddispjaċini għax nara l-post vojt, nifraħ li permezz tagħha qed ngħin tant tfal li għad forsi jsibu lkura permezz ta’ din l-għotja. Qabel kienet tifkira mejta, issa hi tifkira ħajja.” L-eżempju tagħha aktarx li ħajjar lill-atleta ieħor Pollakk - Piotr Malachowski - li jparti millmedalja tiegħu tal-fidda li kien kiseb fl-Olimpijadi tas-sena 2016 f’Rio l-Brażil. Rebaħha filkompetizzjoni tat-tfigħ tad-diskus u xtaq li bil-flus miksuba (€18,000) jgħin tifel Pollakk Olek li kellu bżonn operazzjoni serja li ma setgħetx issir f’pajjiżu u li kienet tiswa ħafna. Xtraw ilmedalja l-aħwa miljunarji
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ottubru2021 Domenic u Sebastan Kulczyk u dawn ħarġu l-flus kollha li kien jonqos biex Olek jagħmel lintervent kirurġiku meħtieġ. Bħalma jgħidu: l-eżempju jkaxkar. L-għawwiem Amerikan Anthony Ervin rebaħ il-medalja tiegħu tad-deheb fl-2000 f’Sydney meta bilkemm kien għalaq id-19il sena. Kellu ħafna fans fl-Asja u meta wħud minnhom ġarrbu ħsarat kbar fittsunami tas-sena 2004 Anthony iddeċieda jbigħ din il-medalja biex bil-flus li jdaħħal jgħin lil dawk li kienu sofrew xi tbatija f’din ittraġedja. Anthony kompla jikkompeti bixxewqa li jikseb medalja oħra flok dik li kien biegħ iżda fit-tliet Olimpijadi ta’ wara ma rebaħ xejn. Baqa’ jikkompeti għad li issa kien għalaq il-35 sena. U proprju fl-Olimpijadi ta’ Rio rebaħ dak li kien tant jixtieq. Rebaħha u sar liktar atleta anzjan li qatt rebaħ medalja tad-deheb fil-għawm flOlimpijadi. Qal: “Li kieku ma tajtx il-medalja ma kontx nirbaħ din għax bqajt nikkompeti proprju għax xtaqt nirkupraha.” Qawl missirijietna jgħid: il-karità toħroġ mill-bieb u tidħol mit-tieqa. Imma forsi l-isbaħ storja tkun talboxer Ukrejan Wladimir Klitschko
li kien rebaħ medalja taddeheb flOlimpijadi ta’ Atlanta fl-Istati Uniti fl-1996. Kienu Olimpijadi speċjali għall-atleti Ukreni għax kienu qed jikkompetu għall-ewwel darba bħala pajjiż indipendenti u mhux iktar parti mill-federazzjoni Russa. Għal Wladimir din il-medalja kienet ferm għażiża u kienet tnissih il-ħafna daqqiet li qala’ bħala boxer biex rebaħha. Iżda ried jgħin f’fundazzjoni Ukrena li kienet qed tħarreġ tfal oħra biex huma wkoll ’il quddiem jikkompetu fl-Olimpijadi. Poġġa lmedalja f’irkant u daħħal tagħha miljun dollaru li hu għadda lillfundazzjoni ta’ pajjiżu. Iżda b’għaġeb kbir tiegħu min xtara l-medalja għaddihielu lura u qallu: “Rajt x’kont kapaċi tagħmel għat-tfal ta’ pajjiżek. Issagrifiċċju tiegħek għaġġibni. Irridek iżżomm il-medalja għalik u għal familtek waqt li tkun ċert li lfundazzjoni ser tieħu l-flus kollha li kont għaddejtilhom.” Wladimir baqa’ ma sarx jaf isem ilbenefattur tiegħu. Kos hux il-ġenerożità tnissel ġenerożità ġdida. Jixhduh dan f’pajjiżna l-maratoni favur id-Dar tal-Providenza, il-Community Chest Fund u dik imsejħa Oħloq Tbissima fost ħafna oħrajn.
9
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ottubru2021
[Ġesù qal:] “Bħalma ħabbni Missieri, jiena wkoll ħabbejtkom. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi.” Ġwanni 15: 9 Tifla żgħira kienet qed turi l-pupi tagħha lil nannitha. Din staqsietha: “Liema waħda l-aktar li tħobb?” U għal dan iċ-ċkejkna qaltilha: “Agħmilli promise li ma tidħakx!” Wegħditha. Imbagħad it-tifla qabdet l-iktar pupa miżerabbli fosthom u qaltilha: “Din!” “Għaliex dik l-aktar li tħobb?” staqsietha nannitha. “Għaliex għandha bżonn l-imħabba tiegħi aktar mis-sbieħ.”
#
L-imħabba tat-tifla lejn il-pupa tixbah l-imħabba ta’ Kristu lejna. Iħobbna għax aħna midinba u għandna bżonn imħabbtu. L-imħabba ta’ Kristu għalina u l-imħabba tat-tifla għall-pupa jġagħluna nistaqsi: “Kif nista’ nħobb bħalhom?”
10
Ħadd ma għandu bżonn iktar imħabba minn dak li ma tixraqlux. ANONIMU
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ottubru2021
Fuq gżira żgħira li oriġinarjament kien jisimha Rapa Nui u llum magħrufa bħala Easter Island hemm misteru li donnu ħadd ma jista’ jifhmu. Għax fuq din ilgżira daqs Għawdex darba u nofs hemm statwi ta’ rjus enormi (magħrufa bħala Moai heads) jixbhu lill-bniedem li donnu ħadd ma jaf eżatt għaliex twaqqfu. Żgur li n-nies tal-gżira ħadu ħafna u ħafna xogħol biex skolpewhom u iktar biex ġarrewhom minn post għall-ieħor. Għax dawn l-istatwi huma twal 13-il pied fuq l-art u jiżnu iktar minn 14-il tunnellata. U dan barra li biċċa mill-istatwa hi moħbija taħt l-art. Xi wħud jgħidu li kull wiċċ jirrappreżenta xi persunaġġ importanti li xi darba kien mexxej f’din il-gżira. L-istatwa ta’ wiċċu hi turija tarrispett li kien igawdi u b’xewqa li issa li ma għadux magħhom filġisem jibqa’ jħarishom permezz tal-ispirtu tiegħu li ma jmutx imma jibqa’ jeżisti għal dejjem. Dan juri li dan il-poplu minkejja li kien ilu mijiet ta’ snin maqtugħ minn popli oħra kien jemmen li lantenati tiegħu għalkemm mejtin
fil-ġisem kienu għadhom ħajjin f’eżistenza oħra spiritwali. Donnha li x-xewqa għall-ħajja wara din tad-dinja tagħna hija xi ħaġa li jħossuha l-bnedmin ta’ kull żmien u ta’ kull post. Imma kif dawn l-istatwi sabu posthom fejn insibuhom illum għadu misteru. Min jgħid li ġarrewhom fuq zkuk ta’ siġar u min jgħid li rabtuhom minn fuq nett u bdew ibandluhom u jiġbduhom sakemm wassluhom fejn xtaqu. Din il-gżira tagħmel parti miċ-Ċili għad li hi mbiegħda minn dan ilpajjiż fuq 2000 mil. Tiskanta kif fuq gżira tant żgħira hemm 887 minn dawn l-uċuħ. Meta lEwropej skoprew din il-gżira fl1722 stagħġbu tassew b’dawn listatwi li ħafna minnhom kienu jħarsu ’l ġewwa flok jimirħu lejn ix-xefaq. Staqsew dwar dan u nnies tal-gżira qalulhom (naturalment bil-lingwa tassinjali) li huma kienu jaħsbu li ma hemmx iktar bnedmin ħliefhom u li l-gżira tagħhom hi d-dinja. Għalhekk ħafna mill-istatwi
11
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ottubru2021 jħarsu ’l ġewwa biex jipproteġuhom mill-għedewwa li jistgħu jinbtu minn ġewwa għax la barra ma jeżisti ħadd ħliefhom ma setgħux jiġu attakkati minn fuq il-baħar. Iżda xorta hemm grupp żgħir tal-istatwi jħarsu lejn il-baħar. Dawn skont l-abitanti qegħdin hemm biex fil-każ li xi darba jiġi xi ħadd bil-baħar huma jkunu mħarsa minn dan il-perikli wkoll. Riedu jkunu ppreparati għal kull eventwalità. Għal ħafna snin fuq il-gżira kienu jgħixu eluf ta’ nies li aktarx ġew mill-Polinesja. Forsi sabu ruħhom hemm f’xi maltempata. Forsi salpaw apposta biex isibu artijiet oħra ’l bogħod minn pajjiżhom. Fuq il-ġifen li waslu bih kellhom siġar tal-banana u ħafna kwalitajiet ta’ żrieragħ differenti li malajr taw il-frott li seta’ jgħajjex in-nies ta’ fuq il-ġifen u l-familjari tagħhom. Kellhom ukoll madwarhom baħar b’ħafna ħut. Il-gżira kienet mimlija siġar. Iżda tul is-snin inqatgħu ħafna minnhom biex jibnu u jsaħħnu ddjar. Mhux biss imma razza ta’ ġrieden kbar li waslu fuq il-gżira mal-ewwel abitanti għamlu ħerba minn dawn is-siġar għax iz-zkuk tagħhom inzertaw ħelwin u lġrieden kienu jgerrmu u jeqirdu. Jikkalkulaw li kien hemm miljuni minn dawn il-ġrieden. Hekk la setgħu jinbnew djar ġodda u
12
lanqas setgħu jsaħħnu djarhom u ħafna nies mietu bil-ksieħ. Il-qerda tant kienet kbira li meta l-Ewropej waslu fuq il-gżira sabu madwar 2000 abitant mill-eluf li kien hemm fis-snin ta’ qabel. Imbagħad ħtija tal-Ewropej ħafna mill-abitanti mardu b’mard li ġarrew magħhom dawn ilkonkwistaturi. Uħud mill-abitanti aktarx li ttieħdu lsiera b’wegħdiet li ser isibu xortihom f’pajjiżi kbar u spiċċaw f’ħajja ta’ jasar u tbatija. Il-popolazzjoni kompliet tonqos sakemm baqgħu biss ftit mijiet jgħixu permanenti fuq ilgżira. Il-gżira semmewha Easter Island għax l-Ewropej kixfuha proprju fl-Għid tas-sena 1722. Illum hemm iktar minn 7000 abitant u nofshom jgħidu li huma dixxendenti tal-Polinesja li waslu fuq il-gżira iktar minn 1000 sena ilu. Anke fuq din il-gżira tant imbiegħda miċ-Ċili ssib numru mdaqqas ta’ turisti li jmorru fuqha b’sens ta’ avventura u kurżità. Jinżlu f’Mataveri International Airport wara titjira ta’ 2000 mil miċ-Ċili. Skont laħħar ċifri t-turisti jlaħħqu 100,000 fis-sena. Ħafna minnhom iqattgħu l-ħin iduru madwar ilgżira, jħarsu lejn l-istatwi u jsaqsu mistoqsijiet iżda ħafna minnhom jibqgħu bla tweġiba.
Mercieca Financial Investment Services Ltd. “Mercieca” Triq it-Tabib Anton Tabone, Victoria, Gozo, Malta. VCT 9020 Tel: +356 21553892 +356 79553892 Email: merciecafinancial@gmail.com
Mercieca Financial Investment Services Ltd is an enrolled Tied Insurance Intermediary of Mapfre MSV Life Pl. Mapfre MSV Life Plc is authorized by the MFSA to carry out long term business of insurance under the Insurance Business Act, Cap 403 of the laws of Malta. Mercieca Financial Investment Services Ltd is also an authorized Tied Insurance Intermediary of Mapfre Middlesea Plc (MMS) through Laferla Insurance Agency Ltd. Laferla Insurance Agency Ld is enrolled under the Insurance Intermediaries Act, 2006, to act as an insurance agent for MMS. MMS is authorized by the MFSA to carry both long term and general business under the Insurance Business Act, 1998. All Entities are regulated by the MFSA.