l
NEWSPAPER POST
Il-Hbieb Isejhu
SETTEMBRU 2021 numru 661
Triq l-Imgarr, Victoria, Gozo
+L-Iben t'Alla sar Bniedem
SETTEMBRU 2021 numru 661 F’Lulju 2013 pastor Protestant irċieva Bibbja li kienet ilha li sterqet millknisja tiegħu iktar minn 40 sena. Ħafna qabel żmienu. Skont l-ittra li kien hemm mal-Bibbja, kien seraqha student Ġermaniż li mar l-Ingilterra biex jitgħallem l-Ingliż. Il-kors kien qed isir minn pastor Protestant li kien jagħmel il-lezzjonijiet fil-knisja. Kien kors li swielu somma sostanzjali imma l-istandard kien veru baxx. Il-pastor żgur li ma kienx kapaċi jgħallem il-lingwa Ingliża lil studenti barranin. L-istudent ħass li għandu jiġi kkumpensat ta’ li ħallas u għalhekk seraq Bibbja li kienet esebita fi knisja. Kienet Bibbja speċjali – dizzjoni talkollezzjonisti bi kliem impitter sabiħ u kopji ta’ stampi artistiċi, xogħol ta’ pitturi famużi. Għaddew is-snin. L-istudent xjieħ u laħaq l-età tal-pensjoni. Kull meta ħarstu kienet taqa’ fuq din ilBibbja kien iħoss leħen f’qalbu jgħidlu: “Din mhix tiegħek għad li ilha għandek bosta snin. Roddha lil min ħadtha!”
Il-Ġermaniż ma kellu l-ebda ħsieb li jonfoq somma flus biex imur lura bilBibbja. U ħassu jistħi wkoll. Iddeċieda għalhekk li jibgħatha bil-posta. U mal-Bibbja bagħat ukoll l-istorja li għadni kif għedtilkom. U magħha żied il-kliem: ‘Forsi fl-aħħar insikket leħen il-kuxjenza.’ Il-pastor li rċevieha feraħ li l-knisja tiegħu reġgħet kisbet dan it-teżor ċkejken li għall-parruċċani kien għażiż ħafna. Il-qawl jgħid: ‘L-oġġett dejjem jgħajjat lil sidu.’ Idum kemm idum għand min seraq l-oġġett misruq ma jsir qatt ta’ min ħadu iżda jibqa’ ta’ sidu. U qawl ieħor ifakkarna li ‘l-iktar imħadda komda hi kuxjenza kwieta.’
1
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Settembru2021
Leo Tolstoy (1828 – 1910) Awtur Russu li nafuh mir-ritratt tiegħu b’leħja sfiqa u ħafna jafuh ukoll permezz tal-kotba tiegħu. Stejjer li għadhom popolari u wħud minnhom għamluhom anke films. Iżda aħna qed nirriservawlu rokna fil-fuljett tagħna għax Tolstoy irnexxielu jħalli warajh messaġġ Nisrani messaġġ qawwi għax barra li wieħed isibu f’kitbietu ħajtu wkoll riedha li tkun prietka ħajja.
2
...bixxewqa li jkunu għalina gwida għal ħajjitna.
Iżda fil-bidu ma kienx hekk għax Tolstoy qatta’ ż-żgħożija tiegħu f’ambjent ta’ logħob tal-karti u tbaħrit mat-tfajliet iżda maż-żmien intebaħ li din il-ħajja ma kinitx qed tagħtih is-sodisfazzjon mixtieq. Imbagħad skopra l-Vanġelu u ddeċieda li jipprova jsejjes ħajtu fuq il-prinċipji tan-Nazzarenu. Ma kienx faċli u fl-ebda ħin u fl-ebda snin ma nistgħu ngħidu li Tolstoy sar xi qaddis iżda kitbietu ħadet xejra oħra u min jaqra l-kotba tiegħu jifhem kemm il-messaġġ evanġeliku hu evidenti u jiġri bejn il-linji ta’ kitbietu. War and Peace u Anna Karenina
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Settembru2021 huma stejjer bi sfond Russu stejjer twal li jaqtgħulek nifsek taqrahom iżda darba tibdiehom titħajjar tkompli tqalleb sakemm tasal fl-aħħar paġna. Magħhom kiteb ħafna stejjer qosra li wkoll iwasslu l-istess messaġġ li aħna lkoll aħwa ulied l-istess Missier. Għaliex mela nitlewmu u niġġieldu? Għaliex inħeġġu għall-gwerra flok għall-paċi? Anke ħajtu kienet xhieda li dak li kiteb kien jipprova jgħixu. Hekk darba waqt ikla mal-ħbieb ġie kantant fqir li talabhom iħalluh ikanta biex wara jagħtuh xi ħaġa tal-flus. Ħbieb Tolstoy keċċewh iżda l-awtur Russu ħareġ warajh u stiednu jibqa’ miegħu u jaqsam miegħu ikla tajba. Biex għamel dan, ħalla lil ħbiebu u mar fuq mejda waħdu mal-kantant li ma riedx jemmen il-qalb tajba ta’ dan is-sinjur
li hu qatt ma kien ra qabel. U darb’oħra meta ltaqa’ ma’ fqir li talbu xi ħaġa karità. Iżda Tolstoy ma kellux flus fuqu. Iddispjaċih u waqt li ħaddnu miegħu qallu, “Ħabib ma għandix flus fuqi Iżda jekk terġa’ tiltaqa’ miegħi waqqafni u minn dak li jkolli nagħtik bil-qalb.” Il-fqir skanta lejh u qallu, “Illum tajtni iktar minn biżżejjed għax ħaddantni miegħek u sejjaħtli ħabib.”
Tolstoy miet fl-1910 fl-età ta’ 82 sena iżda l-messaġġi sbieħ li ħallielna permezz ta’ kitbietu u għemilu għadhom iservu ta’ dawl għalina lkoll. 3
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Settembru2021
DR CORONATO GRECH M.D. ikompli l-artiklu dwar:
It-Triq ta’ Sant’Anna. F ’lejl iswed u bla qamar, l-iktar fix-xhur tas-sajf, tidher bħal sħaba twila, rqiqa, u irregulari taqsam is-sema kważi min-nofs min-naħa għalloħra. B’teleskopju tidher li hija magħmula minn eluf u eluf ta’ kwiekeb. Din hija d-dehra tagħna tal-Galassija li qegħdin fiha, ilMilky Way. Hija f’forma ta’ rota ċatta enormi (dijametru madwar
100,000 light years1), iddur, u b’madwar 100 biljun kewkba. U kull waħda hija xemx.
Galassiji. Galassija li tidher sew, bħala sħaba żgħira tawwalija u bajdanija, hija dik filkostellazzjoni ta’ Andromeda u għalhekk tissejjaħ Andromeda Galaxy. Hija galassija tixbah ħafna fid-daqs lil Milky Way u li flimkien ma’ xi tletin galassija oħra (kważi kollha iżgħar) jiffurmaw grupp li jissejjaħ ilGrupp Lokali.
1. Light year hija kejl ta’ distanza u hija d-distanza li d-dawl, li għandu veloċità ta’ 300 elf kilometru fis-sekonda, jivvjaġġa f’sena. Li jfisser li d-dawl b’din ilveloċità jdum mitt elf sena bex jaqsam minn naħa għall-oħra tal-galassija. Fi kliem ieħor hija distanza li ma nistgħux lanqas nibdew nimmaġinaw.
4
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Settembru2021 Mill-ekwatur tad-dinja ’l isfel jidhru żewġ galassiji oħra, qishom żewġ biċċiet maqtugħin mit-Triq ta’ Sant’Anna u fil-fatt
b’saħħa kbira u tisparixxi fi ftit sekondi. Din ma hix xi kewkba3 imma frak interplanetarju li jinqabad mid-dinja waqt li din tkun għaddejja fl-orbita madwar ix-xemx. Dan il-frak ġeneralment jinħaraq kompletament meta għadu ’l fuq ħafna (madwar 80 sa 120 kilometri), però meta kbir
Magellanic Clouds huma ħafna iżgħar, f’distanzi differenti. Huma żewġ galassijisatelliti tagħha. Jissejħu lMagellanic Clouds.2
Kwiekeb feġġejja. Kultant meta tħares lejn is-sema ta’ bil-lejl tara bħal kewkba għaddejja tiġri
ħafna (u b’xorti tajba, rari ħafna) jista’ jasal sal-art bħala meteorita. Dan il-frak huwa fdalijiet millformazzjoni vjolenti tas-Sistema Solari, u ta’ kometi. Biċċa hu ġebli, jew, metalliku jew silġ (inkluż gassijiet magħquda). Dak minn fdalijiet ta’ kometi aktarx ikun fi ġranet partikulari, bl-aħjar eżempju dak ta’ madwar t-tnax ta’ Awwissu li jissejjaħ id-Dmugħ ta’ San Lawrenz. Dr Grech itemm dan l-artiklu filħarġa ta’ Ottubru.
2. Imsemmija għall-esploratur Portugiż Ferdinand Magellan li ddeskriviehom sew (għalkemm mhux l-ewwel wieħed) matul l-ewwel ċirkumnavigazzjoni taddinja (1519-24), vjaġġ li huwa ma spiċċahx għax safa maqtul. 3. Wara kollox in-numru u disinji ta’ kwiekeb donnhom dejjem jibqgħu listess.
5
San Vinċenz de Paul
Darba omm marret ħdejh imsaħħna għax f’xi karigi li kien ta ma kienx daħħal isem binha. Tant saħnet li tefgħetlu oġġett tal-injam għal rasu. Laqtitu u ħarġitlu d-demm. Qal lil ta’ madwaru: “Qed taraw hux sa fejn twassal limħabba ta’ omm!”
Tard bil-lejl
Il-warden waqqaf sewwieq li kien qed isuq b’veloċità ferm ikbar milli kienet tippermetti dik it-triq partikolari. Warden: Tista’ tgħidli għaliex kont għaddej b’dik ilveloċità kollha? Sewwieq: Għax kont sejjer għal-lekċer! Warden: Lekċer issa fil-ħdax ta’ bil-lejl. Tista’ tgħidli x’jismu llekċerer u fejn sejjer jagħmilha din il-lekċer? Sewwieq: Il-lekċerer ser tkun marti u ser tagħmilha d-dar tagħna. Ma nafx jekk il-warden ġitux ħniena minnu u ħafirlu!
6
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Settembru2021 Reklami Karozza antika kienet għallbejgħ b’din it-tabella: ‘Rust Free. Tinbiegħ €300.’ Xi ħadd waqaf iħares u raha mimlija sadid. Ma setax jifhem kif il-bejjiegħ kellu l-wiċċ jgħid li hija rust free. Mar biex ilumu iżda l-bejjiegħ qallu: “Jekk tixtri l-karozza s-sadid li għandha tieħdu b’xejn. Għalhekk għamilt dik it-tabella.” Miskin tassew min jitkaxkar mir-reklami għax ir-reklam rari, jekk qatt, ikun totalment sinċier. Aktarx li jaħbilek dak li ma jridekx tkun taf.
Kont doppju Raġel irċieva żewġ kontijiet mingħand l-avukat tiegħu li talbu ħlas għal żewġ visti. Ir-raġel kien ċert li matul dak ix-xahar darba mar iżur lill-avukat u għalhekk ċempillu biex jinformah bl-iżball. “Le, għandek żball. Żortni darbtejn. Kont ġejt għall-parir u ftit wara erġajt dħalt għandi għax kont
insejt l-umbrella!”
Qalbu perżuta kien mal-klijent tiegħu dan l-imbierek avukat!
Min ivvinta l-lapes bil-gomma kien ottimist… għal 7 pulzieri lapes għamel gomma ta’ kwart ta’ pulzier. Li kien pessimist kien jagħmel gomma ferm ikbar.
7
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Settembru2021
iżjed fil-miljuni li kienu qed isegwu ċ-ċerimonja fuq itteleviżjoni. Minn dakinhar qatt iktar ma ttellqu ħamiem fiċ-ċerimonji ta’ ftuħ tal-logħob Olimpiku. Ħamiem mixwi Iċ-ċerimonja tal-ftuħ talOlimpijadi li saru f’Seoul fl-1988 kienet tassew impressjonanti. Dehra ta’ kulturi Koreani murija f’qawsalla ta’ kuluri. Kollox kien sejjer ħarir. Kif jgħidu: kollox kien miexi fuq ir-rubini. Eluf ta’ parteċipanti u kulħadd jaf eżatt xi jrid jagħmel. F’mument minnhom ittellqu għexieren ta’ ħamiem – simbolu tal-paċi. Iżda x-xorti riedet li ħafna minn dan il-ħamiem mar jistrieħ fuq il-kaldarun olimpiku ftit sekondi qabel dan ingħata nnar bil-fjamma olimpika u limsieken ħamiem spiċċa mixwi. Dehra makabra li qerdet lambjent trijunfanti u vittorjuż li kienet qed twassal din iċċerimonja ta’ ftuħ. U ħolqot ċertu dwejjaq mhux biss fl-ispettaturi tal-grawnd olimpiku iżda forsi
8
3 kuluri L-għawwiema li kienu qed jieħdu sehem fil-logħob olimpiku ta’ Rio fl-2016 ħadu qatgħa kbira meta resqu lejn l-ilma tal-pools li fih kellhom jikkompetu. Għax lilma flok ċar u sabiħ kien jidher ħadrani qisu mimli ħaxix. Lawtoritajiet ma setgħux jifhmu x’ġara matul il-lejl. Għall-bidu ħasbu li kien xi att vandalu jew terroristiku biex joħloq konfużjoni. Iżda meta l-ilma ġie analizzat intebħu x’kien ġara. Il-kuntrattur kien tefa’ fil-pools kwantità kbira ta’ hydrogen peroxide biex mingħalih jagħti iktar ċarezza lillilma. Iżda din il-kimika innewtralizzat l-kloru u ppermettiet lill-algae (pjanta talilma li toktor malajr) biex timmultiplika b’tant ħeffa li lkulur tagħha kopra wiċċ l-ilma u tah dak il-kulur ħadrani.
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Settembru2021 U spiċċaw bi tliet kuluri… ilma ħadrani, uċuħ ħamrana bilmistħija tal-awtoritajiet u wċuħ oħra tal-għawwiema sofor bilqatgħa!
Ġirja ta’ ħafi Fl-Olimpijadi ta’ Ruma li saru fl1960 spikka bla dubju l-atleta Etjopjan Abebe Bikila. Għax dan l-atleta li kellu jieħu sehem filmaratona deher li ser itellaq ħafi. Qal li f’Ruma ma kienx sab papoċċ li jiġih sew u allura għażel li jtellaq ħafi. L-organizzaturi ma sabu l-ebda oġġezzjoni għax dan ma kienx xi atleta msemmi u ħasbu li f’nofs it-triq ikun diġà waqaf minħabba l-ħruq f’qiegħ saqajh. Iżda żbaljaw bil-kbir għax Abebe Bikila spiċċa r-rebbieħ talmaratona. Rebaħ f’sagħtejn, 15-il minuta u 16-il sekonda u kellu vantaġġ ta’ iktar minn 25 sekonda fuq l-atleta li daħal it-tieni. Abebe Bikila sar l-ewwel atleta Etjopjan li rebaħ medalja tad-
deheb. U rebaħha ħafi.
Qarrqet bil-kotra Fl-Olimpijadi ta’ Beijing fiċĊina, il-kantanta Lin Miaoke rebħet is-simpatija ta’ dawk kollha li kienu qed isegwu l-ftuħ tal-Logħob Olimpiku. B’leħen veru melodjuż għal tifla ta’ 7 snin serqet l-attenzjoni ta’ din iċċerimonja u l-preżenti ċapċpu bilqalb għal din il-wirja stupenda. U l-istess għamlu fi djarhom dawk il-miljuni li kienu qed isegwu. Kien biss ftit ġranet wara li skoprew li l-vuċi li semgħu ma kinitx ta’ Lin Miaoke iżda ta’ tifla oħra bl-isem ta’ Yang Peiyi. Lin dehret li kienet qed tkanta imma l-vuċi ma kinitx tagħha. Lawtoritajiet meta nkixfu ma setgħux jiċħdu iżda ġabu l-iskuża li Lin kienet ferm iktar preżentabbli minn Yang u għalhekk iġġustifikaw dan ilqerq. L-antiki kienu jgħidu li lapparenzi jqarrqu. F’dan il-każ lapparenzi qarrqu b’ħafna għexieren ta’ miljuni.
9
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Settembru2021
“…li tħobbu lil xulxin bħalma ħabbejtkom jien.” Ġwanni 15:12 Gene Stallings, il-head football coach fl-Università ta’ Alabama ħassu ħażin meta t-tabib qallu li ibnu Johnny twieled bidDown’s Syndrome. Tletin sena wara, Gene jqis li din kienet waħda mill-isbaħ rigali ta’ ħajtu. Johnny urieh kif tkun mħabba diżinteressata. Jgħid għalih, “Fl-imħabba tiegħu ma hemmx kundizzjonijiet. Ma jżommx f’qalbu. Altruwist mija fil-mija.” Gene jgħid li kieku kellu jerġa’ jibda ħajtu mill-bidu bit-tifel mingħajr id-Down’s ma jaċċettax. “Johnny hu parti kbira minn ħajti. Ma nibdel xejn. Inħoss li hu barka.”
#
X’tgħallimt fuq l-imħabba mingħand xi ħadd qrib tiegħi?
10
Tiddeċiedi li jkollok tarbija f’mument. Tkun deċiżjoni għall-bqija ta’ ħajtek li qalbek tkun ’il barra minn ġismek. Elizabeth Stone
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Settembru2021
Fil-bidu ta’ żgħożitha Sophie Scholl kienet tissapportja lil Hitler imma din l-opinjoni bidlitha. Dis-sena qed infakkru lmitt sena minn twelidha… twelid din iż-żagħżugħa li waqqfet lillmixja ta’ Hitler u pattiet b’ħajjitha. Il-ġrajja tagħha hija rrakkontatha f’bosta kotba, films u plays. U għadha sal-lum tispira n-nies. Sophie Scholl twieldet fl-1921 f’pajjiż b’taqlib kbir. Imma ttfulija tagħha kienet sabiħa, sigura u komda. Missierha kien is-sindku ta’ raħal fil-Lbiċ talpajjiż Forchtenberg (għad li lfamilja mbagħad marret tgħix f’Ulm) u Sophie, flimkien malħames ħutha, trabbiet f’familja Luterana fejn il-prinċipji Nsara kienu importanti. Sa meta saret teenager Hitler beda jmexxi lpajjiż. Għall-bidu hi u ħuha l-kbir Hans kienu jissapportjaw il-Partit Nazzjonal Soċjalista. Bħal ħafna żgħażagħ ħuha ngħaqad malHitler Youth Movement u hi malLeague of German Girls. Missierha, kritiku kbir ta’ Hitler, iddarras sew minn dan lentużjażmu. U l-influwenzi talfamilja u l-ħbieb ftit ftit bdiet tħalli effett. L-aħwa bdew isibuha
diffiċli jqabblu l-ideat liberali tagħhom ma’ dawk tat-Tielet Reich u meta bdew jaraw kif kienu qed jiġu trattati ħbiebhom Lhud u artisti saru kritiċi tal-istess reġim. U sa meta Hitler invada lPolonja kienu saru oppożituri kbar. Meta żgħażagħ Ġermaniżi bdew jintbagħtu għall-ġlied, Sophie kitbet, b’qalb magħfusa, lillgħarus tagħha Fritz Hartnagel li kien ukoll suldat: “Ma nistax nifhem kif ċerti nies ipoġġu lħajja ta’ ħaddieħor fil-periklu. Ma nistax nifhimha u naraha ħaġa tassew kerha. Tgħidlix li għallpajjiż.” Sophie marret wara ħuha Hans flUniversità ta’ Munich fejn kien qed jistudja l-mediċina u l-aħwa
11
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Settembru2021
ngħaqdu ma’ grupp ta’ ħbieb li kienu japprezzaw l-arti, il-kultura u l-filosofija. Sophie li kienet tistudja l-bijoloġija jingħad li kienet tħobb tiżfen, iddoqq ilpjanu kif ukoll kienet artista tajba. Imma kienu żminijiet vjolenti. Kien żmien ta’ dittatorjat u kienu deċiżi li jirreżistu. Kien hemm biss sitt membri filgrupp ‘White Rose’ imwaqqaf minn ħuha Hans u ħabibu Alexander Schmorell. Magħhom ingħaqdu Sophie, Christoph Probst u Will Graf u wieħed millprofessuri tagħhom Kurt Huber. Nisġa ta’ ħbieb kienu jgħinuhom jistampaw u jqassmu fuljetti jħajru lin-nies jieqfu lir-reġim Nażista, jiktbu kontra l-qtil talLhud u jitolbu t-tmiem talgwerra. “Aħna ma nistgħux niġu msikkta,” kien hemm fuq fuljett, “aħna l-kuxjenza ħażina tagħkom, il-White Rose mhix ser tħallikom fil-kwiet.” Is-sitt fuljett tqassam fil-bidu tassena 1943. “Isem il-Ġermanja
12
jibqa’ għal dejjem maħmuġ jekk iż-żgħażagħ ma humiex ser iqumu fl-istess ħin, jieqfu lilloppressuri u jwaqqfu Ewropa ġdida.” Kien l-aħħar fuljett. Sophie Scholl xeħtet fuljetti missular ta’ fuq tal-Università Ludwig Maximilian ta’ Munich. Fit-18 ta’ Frar 1943 Hans u Sophie kienu jqassmu l-fuljetti lUniversità. Mhux ċar għalfejn Sophie telgħet in-naħa ta’ fuq tattaraġ u tefgħet il-fuljetti minn fuq… x’aktarx riedet li jasal għand kemm jista’ jkun studenti. Imma purtinar tradieha malGestapo… il-pulizija sigrieta. Flimkien ma’ ħuha ġew interrogati u wara qorti finta qatgħuhielhom għall-mewt. Dan kien fi Frar 1943. Kellha biss 21 sena. Ma kixfux lil sħabhom imma l-awtoritajiet xorta rnexxielhom isibuhom. Fi ftit xhur sħabhom ukoll kienu maqtula. Ftit qabel qatluha qalet: “Jum xemxi sabiħ u ser ikolli mmur… xi tfisser mewti, jekk minħabba fina, eluf ta’ nies jintebħu b’dak li għaddejjin minnu u jagħmlu xi ħaġa?” Dan il-kliem u l-kuraġġ tagħhom għadhom ammirati ferm filĠermanja… fejn skejjel u toroq huma msemmija għaliha u ħuha Hans. Ħasra li membri oħra talWhite Rose ma humiex daqshekk onorati. Il-memorja tagħha għadha tqanqal qlub kuraġġjużi.
Mercieca Financial Investment Services Ltd. “Mercieca” Triq it-Tabib Anton Tabone, Victoria, Gozo, Malta. VCT 9020 Tel: +356 21553892 +356 79553892 Email: merciecafinancial@gmail.com
Mercieca Financial Investment Services Ltd is an enrolled Tied Insurance Intermediary of Mapfre MSV Life Pl. Mapfre MSV Life Plc is authorized by the MFSA to carry out long term business of insurance under the Insurance Business Act, Cap 403 of the laws of Malta. Mercieca Financial Investment Services Ltd is also an authorized Tied Insurance Intermediary of Mapfre Middlesea Plc (MMS) through Laferla Insurance Agency Ltd. Laferla Insurance Agency Ld is enrolled under the Insurance Intermediaries Act, 2006, to act as an insurance agent for MMS. MMS is authorized by the MFSA to carry both long term and general business under the Insurance Business Act, 1998. All Entities are regulated by the MFSA.