Skip to main content

Il-Hbieb Isejhu - Awwissu 2021

Page 1

l

NEWSPAPER POST

Il-Hbieb Isejhu

AWWISSU 2021 numru 660


Triq l-Imgarr, Victoria, Gozo


+L-Iben t'Alla sar Bniedem

AWWISSU 2021 numru 660 Nistqarr li rajt ħafna verżjonijiet ta’ din l-istorja imma fosthom nagħżel din li ġejja. Twassal messaġġ verament sabiħ.

Rosa kienet mara twajba. Ħawtiela u ma taqtax qalbha. Imma l-età ma taħfirha lil ħadd u Rosa spiċċat fis-sodda għax qajla setgħet timxi jekk ma jkunx hemm min jgħinha. Bintha Pawlina kienet tħobbha b’imħabba tal-ġenn. Għaliha għażlet li lanqas tiżżewweġ għax ma riditx li ommha taqa’ f’idejn ilbarranin. Riedet tkun hi li tieħu ħsiebha sal-mewt. Bejniethom ma kienx hemm sigrieti. Kienu ktieb miftuħ għal xulxin. Jaqsmu s-sabiħ u l-ikrah tal-ħajja. Għajr għal sigriet wieħed li l-omm donnha riedet li żżomm għaliha. Fejn is-sodda kienet tkun trid dejjem siġġu vojt. Fuqu ma joqgħod ħadd. Lanqas l-istess Pawlina. Bintha aċċettat din is-sitwazzjoni u meta kienet issaqsi lil ommha għala trid dak is-siġġu dejjem vojt, ma kinitx tieħu tweġiba. Darba, wara li Pawlina tat ftit kafè u xi biskuttini lil ommha ħarġet tixtri lbżonnijiet tal-jum. Meta ġiet lura ħadet il-qatgħa ta’ ħajjitha. Sabet lil ommha mejta b’rasha tistrieħ proprju fuq is-siġġu vojt.

Bkiet li ma kinitx preżenti u beżgħet li ommha xtaqet tinżel biex tgħajjat lgħajnuna iżda l-qassis li mar isabbarha qalilha: “Le, le, ommok ma kinitx qed titlob għajnuna. Ommok kienet temmen li fuq dak is-siġġu hemm Ġesù u riedet tmut b’rasha f’idejh. Għalhekk riditu dejjem vojt. Biex Ġesù jkun qribha dejjem u f’kull ħin.” U hekk is-sigriet ta’ ommha issa sar magħruf. U bl-għarfa tiegħu sabar kbir niżel f’qalb Pawlina. Jalla aħna wkoll nemmnu bi sħiħ li l-Mulej hu dejjem qrib tagħna lest biex iweżżinna meta l-ħajja tkun qed tgħaddina minn toroq imġebbla.

1


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Awwissu2021

2

...bixxewqa li jkunu għalina gwida għal ħajjitna.

Mahatma Gandhi (1869 - 1948) Tiskanta tara ritratt tiegħu raġel qsajjar Indjan liebes qisu sejjer jinħasel fix-xmara Ganges. Kien kapaċi jikseb għal pajjiżu ħelsien sħiħ. U dan għamlu mhux billi qanqal moviment vjolenti iżda b’tattika paċifika li kienet tgħaġġeb lil dawk li kienu jippretendu li huma l-għassiesa tad-demokrazija mondjali. Meta Gandhi spiċċa l-iskola fl-Indja il-ġenituri tiegħu, għax kienu jafu li hu intelliġenti ħafna, bagħtuh jistudja ta’ avukat l-Ingilterra. Għall-bidu Gandhi pprova jsir jixbah lill-Ingliżi. Beda jilbes bħalhom, jiekol fir-ristoranti bħalhom, jaġixxi bħalhom. Iżda malajr intebaħ li dan kien qed joħloqlu problemi kbar. Għax kien qisu qed jitlef l-identità tiegħu. Iddeċieda għalhekk li jgħix ta’ Indjan Hindu. Sar avukat u mar jaħdem l-Afrika ta’ Isfel. Kien hawn li beda jgħix inġustizzja tremenda meta ntebaħ li hu għax għandu ġilda skura kellu ħafna inqas drittijiet minn dawk ta’ ġilda bajda. Flok jgħajtulu b’ismu kienu jgħajruh ‘sami’ peress li ħafna kunjomijiet Indjani jispiċċaw b’dawn l-ittri. Telaq lura lejn l-Indja deċiż li jirbaħ il-ħelsien għal pajjiżu biex l-Indja tibda titmexxa mill-Indjani. Ma kienx faċli għax l-Ingliżi kienu jafu li jekk l-Indja tieħu l-indipendenza ħafna pajjiżi oħra jippruvaw jagħmlu bħalha.


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Awwissu2021 U l-Imperu Ingliż jibda jixxaqqaq. Għalhekk offrew reżistenza qawwija għal Gandhi u għal dak kollu li kien jipprietka. Mhux biss imma l-Indja kienet maqsuma bejn Hindu u Musulmani. U ma kienx faċli li tgħaqqadhom biex jinkiseb il-ħelsien għal arthom. Ħafna Musulmani kienu jippreferu lIngliżi milli xi Hindu jmexxi l-pajjiż. Iżda Gandhi ma qatax qalbu. Beda jdur il-pajjiż iħabbar il-ħolma tiegħu. Jipprietka dejjem mezzi ta’ paċi u qatt ta’ vjolenza. Għall-bidu l-Ingliżi ftit taw kasu iżda meta raw il-moviment tiegħu qed jikber ippruvaw irażżnu mixjietu u Gandhi spiċċa arrestat kemm-il darba. Iżda dan sewa ta’ ġid għal Gandhi. L-Ingliżi għamluh vittma u meta bniedem isir vittma jiġbed ħafna simpatija. Il-moviment ta’ Gandhi kompla jikber u jissaħħaħ. U quddiem din is-saħħa lanqas l-Imperu Ingliż ma seta’ jirreżisti. U hekk wara ħafna xhur ta’ ħabs u tbatija, il-ħolma ta’ Gandhi seħħet u fi Frar 1947 l-Ingliżi ħabbru li kienu lesti jitilqu għal kollox millIndja. Mat-taħbira beda l-ġlied bejn Hindu u Musulmani. U Gandhi kien idur minn stat għal ieħor juri li l-paċi hi t-triq ’il quddiem. Dan il-kliem ma għoġobx lil kulħadd u darba, f’Jannar 1948,

Hindu fanatiku li kien jibża’ li l-Musulmani Indjani ser jingħataw ħafna poter resaq lejn Gandhi li kien imdawwar minn ħafna ħbieb u wara li tah it-tislima ta’ ħbiberija ħareġ revolver u sparalu. Hekk intemmet il-ħajja ta’ Gandhi li ħafna kienu jsejħulu Mahatma li tfisser Bniedem ta’ ruħ nobbli. Gandhi kien Hindu iżda kellu qima speċjali lejn ir-Reliġjon Nisranija tant li darba ddikjara, “Jekk id-dinja trid il-paċi, kulma għandha tagħmel hu li ssegwi l-prinċipji li ħabbar ħafna mijiet ta’ snin ilu l-mastrudaxxa ta’ Nazaret, Ġesù.” Dawl li għadu jdawwal sal-lum għax l-eżempju tiegħu serva u qed iservi ta’ xprun biex noħolqu klima ta’ paċi bejn il-bnedmin. 3


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Awwissu2021

DR CORONATO GRECH M.D. ikompli l-artiklu dwar:

Anke daqqa t’għajn ħafifa turi li lkwiekeb għandhom saħħa ta’ dawl differenti u li jteptpu ta’ spiss. Dan it-teptip ma għandu x’jaqsam xejn mal-kwiekeb imma maċ-ċaqliq talarja ta’ din id-dinja. Madankollu hemm xi kwiekeb li jvarjaw xi ftit fid-dawl, forsi l-iktar każ famuż ilkewkba Algol fil-kostellazzjoni Perseus1 li kull madwar tlett ijiem titfi ftit għal madwar għaxar sigħat2.

narawha l-aħjar fix-xitwa u inċidentalment din hija l-iktar kewkba li tiddi fis-sema kollu.3 Imbagħad hemm Capella filkostellazzjoni ta’ Auriga li hija safranija; Antares filkostellazzjoni tal-Iskorpjun li hija ħamranija; u Aldebaran filkostellazzjoni ta’ Tauru (il-barri) li hija oranġjo. Dawn il-kuluri jirriflettu t-temperatura, b’dawk fil-blu ta’ temperaturi għolja u

Għalkemm il-kwiekeb kollha donnhom jidhru li jiddu fl-abjad, però daqsxejn osservazzjoni turi li xi wħud għandhom diversi xeħtiet ta’ kuluri. Fost dawn isibu lil Sirius fil-kostellazzjoni tal-Kelb ilKbir, li hija fl-abjad blu. Aħna 1. Fil-mitoloġija Griega Perseus kien l-eroj li qatel lil Gorgone, mostru mara b’xagħarha sriep ħajjin. U f’dik il-ħela ta’ ħin li hija l-astroloġija, Algol hija kkunsidrata l-iktar kewkba li ġġib xorti ħażina. Isem ieħor antik għal din ilkewkba kien ‘Ros ha Satana’ ‘ras d-dimonju’. Jidher li meta kien maħsub li ssema huwa perfett u ma jinbidilx, din il-kewkba kien skomda ħafna. 2. Ir-raġuni għal dan hija li Algol għandha ddur magħha kewkba ta’ inqas dawl li tgħaddi quddiemha u titfiha. 3. Għall-Eġizzjani tal-Qedem din Sirius kienet importanti ħafna għax meta tibda tidher filgħodu kmieni jkun qorob iż-żmien li x-xmara Nil tfawwar u timla lgħelieqi tal-madwar b’ħama fertili. Ma hemm ebda konnessjoni astronomika jew astroloġika bejn dawn iż-żewġ fenomeni li jseħħu għal nofs Lulju.

4


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Awwissu2021 dawk fl-aħmar ħafna inqas (u aktarx ġganteski u lejn l-aħħar stadji tal-evoluzzjoni tagħhom).

Fis-sema jidhru ħafna kwiekeb qrib xulxin għalkemm mhux bilfors huma veru qrib xulxin, forsi waħda hija ħafna eqreb milloħra, imma jidhru hekk kif narawhom aħna mill-perspettiva tagħna. Però hemm xi kwiekeb u anke gruppi kbar li huma tassew qrib xulxin, anzi jduru ma’ xulxin. Dawn aktarx li ffurmaw ma’ xulxin mill-istess sħaba interstellari. Forsi l-aħjar eżempju huma l-Plejadi4 fil-kostellazzjoni ta’ Tauru. Jidhru xi sebgħa għalkemm bi tromba jew teleskopju jidhru ħafna iktar. Jidhru wkoll sew fix-xhur tax-xitwa. Pjaneti. Normalment jidhru ħames pjaneti. Fost dawn, Mercury hija l-iktar diffiċli għax tkun tidher bħala ‘kewkba’ żgħira, jew filgħodu ftit qabel ma titla’ x-xemx u malajr tisparixxi fid-dawl ta’ filgħodu; jew filgħaxija ftit wara li tinżel ixxemx u malajr tinżel warajha. Mhux hekk il-pjaneta Venus. Din tagħmel xhur sħaħ bħala l‘kewkba’ brillanti ta’ filgħodu jew il-‘kewkba’ brillanti ta’

filgħaxija u impossibbli ma tarahiex. Mars tidher bħala ‘kewkba’ ħamranija, u meta tidher tkun hemm kważi l-lejl kollu. Meta fl-orbita tagħha tkun qrib id-dinja (kull madwar sentejn), tkun ħafna iktar prominenti. Jupiter hija wkoll pjaneta prominenti u jingħad li min għandu vista tajba ħafna u f’kundizzjonijiet tajba ħafna, jista’ jara xi qmura wkoll. Saturn ukoll tidher bħala ‘kewkba’ bajdanija. Jingħad li tista’ tara wkoll il-pjaneta minuri Vesta, almenu jekk taf fejn hi, b’mappi tajba, u vista eċċellenti. Dawn il-pjaneti kollha jidhru firreġjun tas-sema minn fejn jgħaddu x-xemx u l-qamar u fejn hemm it-tnax-il kostellazzjoni taż-żodjaku. U jekk tosserva dawn il-pjaneti għal ħafna ġimgħat tinduna li huma mexjin bil-mod lejn il-Lvant, dejjem flisfond tal-kwiekeb. (Dr Grech ikompli dan l-artiklu fil-ħarġa ta’ Settembru)

4. Dawn il-Plejadi jissemmew ukoll fil-Bibbja: Ġob 9.9 u 38.31; u Amos 5.8. Fil-mitoloġija Griega l-Plejadi kienu seba’ bniet aħwa ta’ alla Atlas (dak li jġorr id-dinja), li peress li ma setax jipproteġihom mill-kaċċatur Orion (kostellazzjoni fil-qrib), bidilhom fi kwiekeb.

5


Risposti ta’ qaddis Xi ħadd sab il-qaddis San Ġordan ta’ Sassonja u biex irekknu staqsieh: “X’inhu l-aħjar: titlob jew taqra l-Iskrittura?” U l-qaddis wieġeb: “X’inhu l-iktar importanti tiekol jew tixrob?” U darb’oħra xi ħadd talbu xi ħaġa x’jilbes u lqaddis tah il-ġlekk li kellu. Meta sar jaf li t-tallab mar u biegħ il-ġlekk u nefaq il-flus fix-xorb qal: “Aħjar għotja moħlija milli karità miċħuda.”

Mhux x’tgħid imma kif tiftiehem Mara għamlet reklam f’gazzetta li kien jgħid: ‘Nixtieq inbigħ ħafna lbiesi li għadhom kważi ġodda bi prezz verament irħis. Għax issa li rnexxieli nonqos b’għaxar kilos dawn saru kbar wisq għalija.’ U niżlet in-numru tat-telefown biex min ikun interessat jikkontattjaha. Irċeviet mijiet ta’ telefonati… kollha jistaqsuha kif irnexxielha tonqos b’għaxar kilos!

6


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Awwissu2021 Mamma Margerita Darba Margerita, omm Don Bosco, sabet ġnien ħerba għax kienu daħlu xi tfal tal-Oratorju jiġru fih. Sabet ukoll ħafna ħwejjeġ għall-ħasil, għat-tiswija eċċ. Ħassitha bla saħħa quddiem din is-sitwazzjoni. Dak il-ħin daħal binha u hi bi dmugħ f’għajnejja qaltlu: “Ibni ma niflaħx iżjed. Ħallini mmur lura Becchi (fejn kienet tgħix qabel marret l-Oratorju ta’ Turin).” Don Bosco ma weġibhiex iżda indikalha lil Ġesù Kurċifiss li kien hemm xbieha tiegħu fil-kamra. Margerita fehmet il-messaġġ. Qabdet il-ħwejjeġ u marret, bħas-soltu, taħsilhom fil-bitħa tal-istitut. Quddiem it-tbatija tal-ħajja, il-kurċifiss għadu jitkellem anke llum.

Avviż F’ħanut tax-xorb, ħafna qabel il-mobiles, sid minnhom kellu dan l-avviż ħdejn ittelefown: ‘Jekk martek iċċempel u ssaqsi għalik jien nista’ nagħtiha erba’ risposti. Kull risposta għandha l-prezz tagħha. Agħżel liema waħda trid inwasslilha u ħallas hawn: “Qed narah ħiereġ mill-bieb ta’ barra!” – nofs lira sterlina; “Naħseb dalwaqt ikun ħdejk. Ilu ftit li telaq minn hawn!” – lira sterlina; “Illejla ma rajtux hawn!” – sterlina u nofs; “Min hu? Qatt ma rifes f’ħanuti!” – żewġ liri sterlini.

7


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Awwissu2021

Fl-Olimpijadi ta’ Berlin tas-sena 1936 l-atleti Ġappuniżi Shuhei Nashida u Sueo Oe kisbu l-istess punteġġ u għalhekk riduhom jerġgħu jikkompetu bejniethom biex jaraw min minnhom ser jieħu l-medalja tal-fidda u dik talbronż tal-Pole Voulters. Imma latleti Ġappuniżi ma ridux jikkompetu bejniethom għax kienu ħbieb. L-awtoritajiet iddeċidew li jtellgħu l-ismijiet bix-xorti u hekk taw il-medalja tal-fidda lil wieħed u tal-bronż lill-ieħor. Iżda meta waslu f’pajjiżhom dawn l-atleti ħadu lmedalji għand ħaddiem tassengħa u talbuh iħoll il-metall u jagħmel 2 medalji ġodda, b’taħlita tal-fidda u l-bronż. U sejħu dawn il-medalji bħala Medalji tal-Paċi. Naturalment ħadu medalja kull wieħed li żgur baqgħet tfakkarhom fil-ħbiberija ġenwina ta’ bejniethom.

8

Fl-artijiet Nordiċi tan-Norveġja, tal-Finlandja u l-Iżvezja n-nies komuni għandhom id-dritt jgħaddu minn raba’ li ma jkunx proprjetà tagħhom. Il-gvernijiet ta’ dawn tal-pajjiżi jsostnu li nnatura hi ta’ kulħadd u għalhekk ħadd ma jista’ jippossedi l-art b’tali mod li ma jħallix lin-nies jiggostaw dan id-dritt li jpassu ġo meddiet ta’ art anke jekk dawn ikunu ta’ sidien privati u mhux tal-gvern. Naturalment ipassu jistgħu imma jagħmlu ħsara jew jieħdu l-frott li jkun fuq dawn ilmeddiet tal-art huwa projbit. Imma mixja f’dawn il-meddiet ħadrana timla l-pulmuni b’arja friska u pura u tiswa żgur mitqla deheb.


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Awwissu2021

Xjentisti Franċiżi lura fis-sena 1963 – fit-18 ta’ Ottubru - kienu tefgħu fl-ispazju qattusa bl-isem ta’ Felicette. U rnexxielhom jġibuha lura bla ma sofriet l-ebda effett f’saħħitha. Niżluha lura b’parachute speċjali u hekk Felicette saret l-ewwel qattusa li daqet il-fantasija tal-ispazju. U għamlet din il-bravura ftit xhur biss wara r-Russu Gagarin u lAmerikani Shepard u Glenn. Tgħid girfet lil xi ħadd xħin waslet lura jew tant kienet għajjiena li marret f’xi rokna komda u ħadet raqda twila biex tpatti għall-impenn iebes ta’ dan l-esperiment? Uffiċjalment din ilqattusa hi magħrufa bħala C341. Qattusa oħra li tellgħuha flispazju l-istess xjentisti Franċiżi ftit jiem wara dan l-esperiment mietet waqt it-titjira. Jgħidu li fiddinja kulħadd xortih… anke l-qtates.

Tiskanta fejn twassal qalb kiefra. U kiefra tassew kienet l-ordni ta’ Adolf Hitler li ta lill-Ġeneral Dietrich von Cholkitz li qabel jitlaq minn Pariġi u jerġa’ lura tellief lejn il-Ġermanja kellu jagħti n-nar u jeqred l-isbaħ postjiet ta’ din il-belt maestuża. B’xorti tajba dan il-Ġeneral kellu l-kuraġġ li ma jobdix din l-ordni u ċeda kull awtorità fuq il-belt fil25 ta’ Awwissu 1944 bla ma wettaq il-massakru li kien ordnalu Hitler. Anke jekk kien ċert li ser isofri konsegwenzi ħorox meta jirritorna f’pajjiżu. Xi ħaġa li ma ġratx għax Hitler ma kienx għadu fis-setgħa meta Cholkitz wasal ilĠermanja. Xi storiċi jirreferu għalih bħala s-salvatur ta’ Pariġi.

9


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Awwissu2021

Qalilhom Ġesù: “Tassew, tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux ġisem Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom.” Ġwanni 6:53 Il-film E.T. fih żewġ xeni li għandhom x’jaqsmu mal-ikel. F’xena minnhom il-protagonist tifel iħalli xi ħelu għall-E.T. biex jurih li jrid li jsiru ħbieb. Fix-xena l-oħra E.T. kollu ġuħ jagħmel rejd lill-friġġ. Wara l-ironija u ċ-ċajt hemm fatt sempliċi. Mingħajr ikel ilkoll immutu – kemm bnedmin jew extra terrestri. Dak li jgħoddu għall-ġisem jgħodd ukoll għall-ispiritwali.

#

Iż­żewġ episodji mill-film E.T. u l-kliem ta’ Kristu jġagħluni nistaqsi: Qed napprezza l-Ewkaristija bħala ikel spiritwali?

10

Qabel il-Konsagrazzjoni ma jidhirx bħallikieku Kristu hu preżenti fih. Wara t-Tqarbin aħna l-Insara nidhru li Ġesù qiegħed fina? FRANK SHEED


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Awwissu2021

L-Afganistan bidel il-bandiera tiegħu 20 darba matul is-seklu 20 u diġà bidilha 4 darbiet fis-seklu li qegħdin fih.

F’Antigue u Barbados hemm muntanja msemmija Mount Obama għall-ex-President Amerikan għad li Obama qatt ma rifes f’dawn l-inħawi. Fl-Albanija hemm 173,000 bunker tal-konkrit li ħadd ma jaf eżatt x’inhu l-użu tagħhom. Inbnew fis-snin meta l-pajjiż kien maħkum minn sistema Komunista. Illum ħafna minnhom tħallew jiddeterjoraw iżda xi ftit minnhom l-Albaniżi biddluhom fi kmamar jew djar żgħar. Jilqgħu fihom it-turisti li jieħdu interess f’dawn il-binjiet li jkopru tant art fl-Albanija u f’numru tant kbir mingħajr ma jafu x’kien l-iskop ewlieni meta nbnew.

F’Diċembru 2001 l-Arġentina kellha 5 Presidenti differenti fi żmien ħmistax-il ġurnata.

L-Alġerija hija l-ikbar pajjiż flAfrika imma 90% tal-art ma tistax tinbena jew tinħadem għax hi parti mid-deżert tas-Sahara.

Fl-Awstralja hemm 685 park nazzjonali. It-tieni pajjiż bl-ikbar numru ta’ parki nazzjonali hu tTajlandja li fih hemm 147.

11


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Awwissu2021 jilgħab mat-tim nazzjonali talĠermanja u l-ieħor ma’ dak ta’ Ghana. Fil-fatt iltaqgħu ma’ xulxin fil-logħba bejn dawn iżżewġ pajjiżi fil-World Cup tassena 2010 fl-Afrika t’Isfel. Ma nafx ommhom ma’ liema tim żammet dakinhar.

Il-Bolivja ma għandhiex kosta għax hi mdawra minn kullimkien bl-art. Iżda xorta għandha n-navy tagħha u f’din in-navy hemm jaħdmu 5000 ruħ. Liema xogħol jagħmlu dawn in-nies impjegati man-navy ma nafx.

Granada tiftaħar b’park taħt ilbaħar li fih hemm 75 skultura ta’ atleti. Biex tarahom trid tuża scuba diving. Il-pajjiżi talKaribew jivvintaw kif jiġbdu iktar turisti lejn xtuthom.

Għalkemm iċ-Ċina hi pajjiż enormi u suppost li għandha 5 ħinijiet differenti però l-pajjiż iżomm ħin wieħed. Dak ta’ Beijing. Forsi biex il-kontroll talawtorità Komunista jidher iktar b’saħħtu. Il-pajjiż ta’ Costa Rica ma għandux armata għad li jgħodd fuq 5 miljun ruħ.

L-ingravata l-ewwel li bdiet tintlibes kien fil-Kroazja. Kevin Boateng u Jerome Boateng huma aħwa. Iżda wieħed kien

12

Fil-Ġappun hemm iktar minn 80,000 ruħ li għandhom iktar minn 100 sena. Kalkolu ta’ wieħed kull 1500 ruħ. Aħna f’Malta nagħmlu ċerimonji speċjali meta xi ħadd jilħaq din letà. Bl-istess persentaġġ kien ikollna fuq 250 minnhom f’pajjiżna.


Mercieca Financial Investment Services Ltd. “Mercieca” Triq it-Tabib Anton Tabone, Victoria, Gozo, Malta. VCT 9020 Tel: +356 21553892 +356 79553892 Email: merciecafinancial@gmail.com

Mercieca Financial Investment Services Ltd is an enrolled Tied Insurance Intermediary of Mapfre MSV Life Pl. Mapfre MSV Life Plc is authorized by the MFSA to carry out long term business of insurance under the Insurance Business Act, Cap 403 of the laws of Malta. Mercieca Financial Investment Services Ltd is also an authorized Tied Insurance Intermediary of Mapfre Middlesea Plc (MMS) through Laferla Insurance Agency Ltd. Laferla Insurance Agency Ld is enrolled under the Insurance Intermediaries Act, 2006, to act as an insurance agent for MMS. MMS is authorized by the MFSA to carry both long term and general business under the Insurance Busi­ ness Act, 1998. All Entities are regulated by the MFSA.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Il-Hbieb Isejhu - Awwissu 2021 by Michael Debono - Issuu