l
NEWSPAPER POST
Il-Hbieb Isejhu
ĠUNJU 2021 numru 657
Triq l-Imgarr, Victoria, Gozo
+L-Iben t'Alla sar Bniedem
ĠUNJU 2021 numru 658
Kienu żminijiet oħra meta l-piena kapitali kienet tingħata għal ħtijiet li llum huma kkunsidrati żgħar. U wieħed minn dawk li weħel il-piena tal-mewt kien proprju ħalliel prim li nqabad bosa drabi jisraq u għad li weħel kemm-il darba il-ħabs, malli kien jerġa’ joħroġ kien mill-ġdid jirrepeti ksur il-liġi… li jagħmel tiegħu dak li kien ta’ ħaddieħor. Fl-aħħar il-maġistrat qatagħhielu għall-mewt. Iżda qabel imut il-ħalliel gwapp ried li jagħti lura lil pajjiżu xi ħaġa speċjali. Rigal ta’ siwi kbir. U ried li jagħtih fil-preżenza tar-re u l-kbarat tas-saltna flimkien mal-imħallef li kien ikkundannah. Kurjużi biex jaraw x'ser iħalli lillpajjiż aċċettaw it-talba tiegħu u ltaqgħu fis-sala ewlenija tal-palazz fejn kien hemm miġburin l-iktar nies importanti tal-pajjiż. L-ikkundannat qalilhom: “Għandi f’idejja żerriegħa waħda speċjali. Ibżgħu ħafna għaliha. Din tiżirgħuha u fi ftit ġimgħat titla’ siġra żgħira li tagħmel ħafna frott u kull frotta tagħha tkun tad-deheb. Però qisu li min jiżragħha ma jkun qatt ikkummetta xi ħtija għax inkella ż-żerriegħa tmut. Kien proprju għalhekk li jien ma stajtx niżragħha u ngawdi l-frott tagħha għax jien idejja kienu mċappsa b’ħafna ħtijiet. U din iż-żerriegħa issa li rat id-dawl trid tinżera’ llum stess għax inkella tmut qabel tintefa’ fil-ħamrija.” Is-sultan aċċetta bil-qalb din iż-żerriegħa speċjali iżda ma setax imur jiżragħha għax qal li kellu dahru juġgħu. U lanqas il-Prim Ministru ma seta’ jiżragħha għax qal li għandu allerġija għall-ħamrija. U l-Ministru tal-Finanzi ġab liskuża li għandu riħ u jibża’ joħroġ għas-sirda ta’ barra l-palazz. U hekk kull wieħed mill-kbarat, inkluż l-imħallef ġabu xi skuża u ma ridux ikunu huma li jiżirgħu ż-żerriegħa. Meta ra hekk il-ħalliel gwapp qalilhom: “Lili ser tibagħtuni għall-mewt għax jien sraqt imma lanqas intom m’intom bla ħtija għax kollha bżajtu tiżirgħu żżerriegħa. Tafu li ħadd minnkom ma hu tant innoċenti li jista’ jkun ċert li żżerriegħa li tajtkom ssir siġra u tagħmel il-frott.” Ma nafux kif spiċċat l-istorja iżda żgur li jekk inħarsu b’sinċerità lejna nfusna ma tantx noqogħdu nippontifikaw u nikkundannaw lil ħaddieħor għax kull wieħed minna għandu l-iżbalji tiegħu.
1
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ġunju2021
Albert Schweitzer (1875 – 1965) Kienu familja sinjura u Albert seta’ għażel li jgħix ta’ sinjur. Ħajja mimlija b’dak li wieħed jixtieq. Seta’ sar pjanista famuż għax minn età żgħira kien kapaċi jaqra l-mużika iktar milli kien kapaċi jaqra ktieb. Min jaf kemm-il darba min semgħu jdoqq ħaseb li ser jara ġuvnott ta’ xi tmintax-il sena iżda minflok jilmaħ quddiemu tfajjel ta’ sitt snin. Seta sar professur tat-Teoloġija għax missieru kien pastor Protestant. U Albert kien jieħu gost jaqra l-kotba reliġjużi li kellu missieru u mhux għaġeb li fl-Università għażel dan il-kors ta’ studju.
2
...bixxewqa li jkunu għalina gwida għal ħajjitna.
Iżda taħdita biddlitlu ħajtu għal kollox għax darba inzerta qiegħed jisma’ taħdita ta’ missjunarju li rrakkonta l-bżonnijiet tan-nies tal-Gabon fl-Afrika. U Albert iddeċieda li jsir tabib biex jgħin lil dawn in-nies. Ħbiebu ħassrulu. Iżda hu kien deċiż għax qal li kuljum qed jisma’ lill-Mulej jirrakkontalu l-parabbola tal-għani u Lazzru. Kien jgħidilhom: Inħossni l-għani li mhu qed jagħmel xejn biex Lazzru li għandu quddiem biebu tittaffilu ftit mit-tbatija li kien qed ibati. Qed nisimgħu jgħidli, Albert
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ġunju2021 kont bil-ġuħ, għeri u marid u int x’għamilt? Irrid li nkun nista’ nwieġbu: Ġejt biex infejqek.
Sar tabib u hu u martu telqu lejn Lamberene, illum Gabon, deċiż li jagħmel dak li kien ħolom li jagħmel. Il-bidu kien diffiċli. In-nies tal-post damu ma aċċettawh. Iżda meta nifed il-qoxra li kienet tifridhom bdew ġejjin bil-gzuz fejnu għax kienu jafu li dawk li marru ħdejh fejjaqhom. Kienu jgħidu għalih: Ir-raġel abjad tal-mediċina iraqdek, iqajmek u jfejqek. Għadda ħafna snin jagħti din il-ħidma fejjieda. Qatt ma ddispjaċih li kien ħalla karriera fl-Ewropa. Anzi kien iħossu ferħan ser itir li ddedika ħajtu għal dawn in-nies li ħabbewh bil-kbir għax għarfu kemm għamlilhom ġid.
biex jerġa’ lura għal kollox lejn l-Ewropa għax issa żmienu għamlu u kien wasal żmien il-mistrieħ.
Ħbiebu fl-Ewropa kienu jibagħtulu mediċini u flus biex seta’ jibni sptar u għemilu ħajjar qlub oħra ġenerużi jmorru ħdejh ħalli anke huma jagħtu s-servizz tagħhom.
Iżda hu kien iwieġeb li sakemm għadu jiflaħ ried li jibqa’ jservi lil dawn in-nies li tant kellhom bżonnu li ħabbewh u ħabbhom. Għalih kull bniedem kien importanti għax fih kien jara lil Ġesù li fuq tagħlimu Albert sejjes ħajtu. Mhux ta’ b’xejn kiseb l-ikbar unur dak Nobel għal kitbietu u ħidmietu.
Anke meta martu mardet u kellha tirritorna fl-Ewropa hu kien ta’ spiss iqatta’ żmien twil f’Gabon bil-permess ta’ martu li kienet taf li qalb żewġha kienet fl-Afrika. Meta kiber fl-età kien jirċievi ittri minn ħbiebu
Mieta f’Gabon ta’ 90 sena fis-sena 1965 u ndifen fil-post li hu ndika minn qabel taħt salib li hu stess kien għamel biex juri li għall-imsallab hu kien iddedika ħajtu. Fanal ieħor ta’ dawl għalina lkoll.
3
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ġunju2021
DR CORONATO GRECH M.D. itemm l-artiklu dwar:
Qabel madwar nofs is-seklu 17, ħadd ma kellu idea li teżisti dinja oħra inviżibbli madwarna, dinja mimlija b’tant u tant kreaturi żgħar, ikkumplikati u kultant allarmanti u perikolużi. Xi kittieba Rumani semmew ħġieġ li jkabbar u jqabbad (lentijiet) u Neruni jingħad li kellu boċċa biex jara aħjar, imma l-ewwel mikroskopju, bħat-teleskopju, beda fl-Olanda għall-aħħar tasseklu sbatax. U aktarx mill-istess persuna li vvinta teleskopju, Hans Lippershey.
4
Fost il-pijunieri li użaw lmikrsokopju fl-istudji tagħhom insibu l-anatomista Taljan Marcello Malpighi (1628-94) li sab, fost l-oħrajn, il-kapillari (dawk it-tubi rqaq li jgħaqqdu larterji mal-vini); l-Ingliż Robert Hooke (1635-1703) li fost loħrajn ikkonferma li l-affarijiet ħajjin huma magħmula minn strutturi li sejħilhom ‘ċelloli’. Hooke ppubblika ktieb kbir Micrgraphia, mimli stampi impressjonati tal-osservazzjonijiet li għamel; u l-Olandiż Anton Leuonhoek (1632-1723), li għamel mikroskopji differenti u żgħar ħafna, imma li kienu jkabbru sa 300 darba. Bihom ra, fost l-oħrajn, ċelloli fid-demm, tant annimali żgħar jiċċaqilqu flilma (protożoa), u anke fil-bżieq (probabbli bakterja), u anke ċċelloli fl-isperma. Maż-żmien ilmikroskopju għen riċerkaturi oħra, bħall-Franċiż Louis Pasteur (1822-75) li għamel studju
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ġunju2021 Louis Pasteur
importanti fuq kristalli u lfermentazzjoni: u l-Ġermaniż Robert Koch (1843-1910)1 li fost l-oħrajn, sab il-mikrobi li jikkaġunaw it-tuberkulożi u lkolera.
strutturi ferm dettaljati, pereżempju taċ-ċelloli, inkluż ilkodiċi ġenetika, u saħansitra molekoli u atomi.2 Jidher li bl-electron mikroscope lħaqna l-ikbar fond li nistgħu naraw fid-dinja inviżibbli ta’ madwarna, avolja hemm affarijiet iżgħar, inkluż l-electrons stess li probabbli qatt mhu se narawhom.5 Robert Koch
L-iżgħar oġġett li jista’ jidher b’mikroskopju familjari li juża ddawl u l-lentijiet, huwa ta’ 0.2 micrometers fejn micrometer huwa wieħed minn elf ta’ millimetru. Mikroskopju ferm iktar qawwi huwa l-electron microscope żviluppat għal nofs tas-seklu lieħor. Flok dawl uża electrons u kapaċi jkabbar sa 10 miljun darba. Bih issa nistgħu naraw
Intant, bejn it-teleskopji u lmikroskopji, infetħu dinjiet talgħaġeb li qatt ma konna ser inkunu nafu bihom. Mhumiex affarijiet żgħar dawn.
1 L-ewwel mikroskopju li kellu Koch kienet xtratulu martu meta kienu għadhom kif iżżewġu u bi ftit flus. 2. Kemm kien jistagħġeb il-Grieg Demokritu (4 seklu qK) li ħareġ l-ewwel darba blidea ta’ atomi!
3. Partiċelli subatomiċi ma nistgħux narawhom eżatt kif inhuma, l-iktar l-iktar noqogħdu fuq id-deskrizzjonijiet matematiċi li huma jobdu.
5
Kritika… ħudha kif trid
Arthur Rubinstein kien il-mistieden talunur f’ċerimonja li fiha kellu jinkixef ilbust tiegħu fi New York. Fi tmiem iċċerimonja talbuh jgħid żewġ kelmiet talokkażjoni. U qalilhom: “Jogħġobni ferm dan il-bust. Ma jixbahni xejn imma kemm nixtieq li kont nixbhu. Veru sabiħ.” Kumpliment lil min għamlu jew kritika pulita li ma kienx hemm ix-xebh mixtieq. Ħudha kif trid.
Riżultat Ħaddiem kien għamel xi xogħol tal-elettriku u ilma f’dar ta’ għalliem iżda baqa’ bla ħlas. Wara xi xhur bagħatlu nota pulita: “Anke jekk forsi ma tistax tħallas ilkont kollu napprezza jekk tagħtini ammont minnu.” Xi ġranet wara l-ħaddiem irċieva risposta qasira: “Ma nixtieqx inħallsek qabel ma nkun ċert li għamiltli xogħol tajjeb u dan inkun nafu meta jgħaddu ċerti xhur u forsi snin.” Il-ħaddiem wieġbu: “Ma naħsibx li lilek iħallsuk fuq dan il-kriterju. Għax kieku nimmaġina li tibqa’ bla paga.” Xi ġranet wara rċieva l-ħlas dovut. Kien laqtu fil-laħam il-ħaj.
6
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ġunju2021 Qalb twajba Don Bosco osserva li ommu Margherita kienet qed tilbes dejjem listess żewġt ilbiesi. Fix-xitwa titfa’ xall fuqhom u fis-sajf tneħħih. Ried li jkollha almenu libsa ta’ nhar ta’ Ħadd. Taha xi flus iżda l-libsa qatt ma waslet. Meta staqsa għaliex, qaltlu li kien hemm bżonnijiet iktar urġenti flOratorju. Semmiet żarbun għal xi tifel fqir u qalziet għal xi ħadd li kellu wieħed imqatta’. Don Bosco taha ftit flus oħra b’ordni stretta, “Dawn trid tużahom għal-libsa ġdida.”
Iżda Don Bosco baqa’ ma rahiex din illibsa. Raha biss f’ħolma meta mietet. Dakinhar iva kienet liebsa libsa verament sabiħa.
Reklamar Kultant ir-reklami jaqgħu ftit għar-redikolu. Bħar-reklam li deher f’ġurnal dwar suffara speċjali li t-tisfira tagħha żgur li kienet tqarreb lejk xi pulizija għax jintebaħ li int fl-inkwiet. U ma kinitx irħisa tafx. Prezz speċjali għal suffara speċjali! Ir-reklam kien jgħid: ‘Żomm din is-suffara fil-basket ħalli jekk xi ħadd jeħodulek tkun tista’ ssaffarha u l-għajnuna titfaċċa f’ħakka t’għajn.’ Din iżżelqa ta’ min għamel ir-reklam hi aktarx rari. Iżda ż-żelqa li nieħdu aħna meta nemmnuhom qishom xi vanġelu hi ferm iktar spissa.
7
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ġunju2021
pajjiżi oħra,” Sankara qal f’diskors li għamel fl-1985. “Imma nżommuh permezz talġlieda ekoloġika tagħna.” Kien hu li biddel l-isem ta’ pajjiżu, exkolonja Franċiża minn HauteVolta għal Burkina Faso – li jfisser ‘L-Art tal-Onesti.’ Kien minn ta’ quddiem li għaraf ilbidla klimatika u ddeżertifikazzjoni bħala l-ikbar theddida għal niesu. Thomas Sankara, il-president-eroj ta’ Burkina Faso darba kien webbel lin-nies ta’ pajjiżu biex iwaqqfu l-mixja tad-deżert Sahara. Għexieren ta’ snin wara lqtil brutali tiegħu, qed jinħema pjan biex ħolmietu titwettaq u ddeżert ma jkomplix jikber u jżid ir-ritmu tal-bidla klimatika, limmigrazzjoni u l-kunflitti. Burkina Faso, art f’nofs bosta pajjiżi, imsawta bl-irjiħat sħan u mrammla tad-deżert Sahara kienet darba art miksija b’foresti folti, ħaxix għoli u xmajjar kbar, kien iħobb jgħid Capt Thomas Sankara. Dakinhar l-għeruq tassiġar u tal-ħaxix kien iżomm ilħamrija għammiela tal-pajjiż u b’hekk jilqa’ għar-riħ u lgħargħar. “Illum, kull ilma li jinżel fuq Burkina Faso jiġri lejn
8
Beda kampanja ta’ tħawwil ta’ siġar. Il-ġlieda kontra d-deżert kienet kemm ideoloġika kif ukoll eżistenzjalista. “Pass pass nagħmlu park b’għaxar miljun siġra anke jekk indumu għaxar miljun sena.” Sentejn wara, fl-età żagħżugħa ta’ 37 sena kien maqtul f’attentat militari. Imma lħolma tiegħu ta’ ħajt kbir tassiġar kien qabad l-art fl-Afrika u l-ħolma twalet għal ħajt twil millOċean Atlantiku sal-Baħar lAħmar.
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ġunju2021 Fil-bidu ta’ din is-sena dan ilproġett ingħata spinta tant mistennija f’konferenza li saret f’Pariġi. Bosta pajjiżi wiegħdu li bejniethom jagħtu s-somma ta’ 14-il biljun dollaru biex jgħaġġlu din il-ħolma. B’dan il-mod art mitluqa terġa’ tingħata l-ħajja, jinħolqu miljuni ta’ ‘green jobs’, inaqqsu l-immigrazzjoni ta’ mijiet ta’ eluf ta’ żgħażagħ mir-reġjun kif ukoll jittaffa l-ġlied li hemm f’dan ir-reġjun tal-Afrika. IlPresident Franċiż Emmanuel Macron qal, “Issa mexjin spalla ma’ spalla mal-kontinent Afrikan. Il-futur tar-reġjun Sahel jiddependi ħafna fuq dan il-ħajt kbir ħadrani.” Il-proġett tal-ħajt kbir ħadrani kien varat fl-2007, ħafna snin wara l-qtil ta’ Sankara għad li kien hu li ħallem lil ħaddieħor. Kien iħajjar lil kull dar, raħal, skola u negozju biex iħawwel issiġar. Kienu mistennija li jiċċelebraw birthdays, festi u okkażjonijiet oħra permezz ta’ taħwil ta’ siġar. Hu personalment kien jivjaġġa f’Renault 5 (l-orħos karozza li kellhom – kien ipprojbixxa lill-ministri tiegħu jużaw karozzi lussużi) biex jara li hekk qed isir. Fis-sena ta’ mewtu, l-1987, kienet twaqqfet Tree Aid bħala risposta għall-ġuħ li ħakem l-Etjopja. Taħdem ukoll f’pajjiżi ġirien bħal
Mali u Niger. Din l-għaqda taħdem b’sistemi ta’ konservazzjoni tal-ilma, tgħallem metodi ta’ kif tieħu aktar uċuħ mir-raba’ u ssib metodi oħra għal materjal biex jinħaraq flok jinqatgħu aktar siġar għall-ħruq. Biex dan jirnexxi jaħdmu ma’ min hu milqut direttament… innies li jgħixu f’xifer id-deżert. Jingħatalhom inċentiv biex jieħdu ħsieb il-madwar tagħhom u ssiġar li huma stess iħawlu. B’dan il-mod il-foresta tul il-wisa’ talkontinent Afrikan tista’ ssir realtà. Il-Ġnus Magħquda ddedikat dan id-deċennju (2021 – 2030) għarristorazzjoni tal-ekosistemi – iniżjattiva mondjali bl-iskop li tirranġa ħsarat li saru fil-passat u tieħu ħsieb il-biodiversità, issigurtà tal-ikel u l-ilma. Dan iddeċennju beda bil-flaġell talcoronavirus – tfakkira fir-rabta bejn it-telf tal-biodiversità u ttheddid li għandha l-umanità.
Kull wieħed minna hu responsabbli mill-ambjent li ngħixu fih. Meta naħdmu biex intejbu dak li hemm madwarna u nagħmlu s-sehem żgħir tagħna biex ma nkomplux insoffu l-ġid komuni li għandha d-dinja nkunu qed nagħmlu pass ’il quddiem biex dawk ta’ warajna jkollhom futur aħjar.
9
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ġunju2021
[Kristu qal:] “…min fostkom irid ikun kbir, ikun qaddej tagħkom;… Bħalma Bin il-bniedem ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u jagħti ħajtu bħala fidwa għal ħafna.” Mattew 20: 26, 28 Politiku importanti kien il-mistieden tal-unur fl-inkoronazzjoni tar-Re Dwardu VII fl-Ingilterra fl-1901. Meta mar lura pajjiżu staqsewh x’kien l-aktar li impressjonah. Ħasad lil min staqsieh bi tweġibtu: “Kont sejjer lura l-lukanda lejl minnhom meta rajt tifel imgeddes f’rokna ta’ bieb. Miegħu kien hemm oħtu iżgħar minnu. Kienet kesħa xxoqq il-għadam. Neża’ l-kowt li kellu u lefilfu madwar oħtu biex isaħħanha. Impressjonani aktar millinkoronazzjoni.
#
Għalfejn iż-żgħar, bosta drabi, jafu jgħinu aktar mill-kbar?
10
Il-ħajja tibda bi tfittxija ta’ tifel għal raġel u tintemm fi vjaġġ ta’ raġel li jiskopri t-tifel. Laurens Van Der Post
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ġunju2021
Kull poplu aktarx li jkollu ddrawwiet tiegħu. Aħna l-Maltin għad li żgħar għandna wkoll iddrawwiet tagħna. Il-barranin mhux dejjem jifhmuhom. Isibuha diffiċli pereżempju li jifhmu kif aħna nsajru l-fniek għax għalihom dawn l-annimali huma pets. Qisu kif inħarsu aħna lejn min jiekol ilklieb u l-qtates. Għalina dawn huma annimali għeżież u lanqas noħolmu noqtluhom biex nikluhom. Popli oħra għandhom id-drawwiet tagħhom.
ħabiba tiegħu tinża’ ż-żarbun jew papoċċ ħdejn il-bieb prinċipali. U min jibqa’ dieħel bla ma jinżagħhom jitqies li qed joffendi lil min qed jilqgħu u qed juri nuqqas ta’ rispett. Naturalment l-art ta’ dawn id-djar ikunu miksija b’xi tapit oħxon oħxon u għalhekk ħadd ma jista’ jilmenta mill-ksieħ. Għax altru tpassi fuq tapit u altru fuq iċċeramika. Anke l-membri tal-familja nfushom meta jaslu f’darhom jinżgħu l-papoċċ u jħalluh ħdejn il-bieb prinċipali. Fid-dar ipassu ħafjin, b’xi slipper jew bilkalzetti. Basta dawn ma jkunux ilhom ma jinbidlu għax inkella tgħidx kemm air freshener trid tuża biex toħloq arja preżentabbli. Pram weħidha fil-beraħ finNorveġja
Żraben ħdejn il-bieb F’ħafna pajjiżi Asjatiċi u anke pajjiżi fl-Oċċident bħall-Kanada hi drawwa komuni li meta bniedem iżur lil xi familja li tkun
Ara x’nagħmlu aħna kieku kellna naraw xi pram li fiha hemm tarbija u din titħalla barra għallksieħ f’xi jum friżat ta’ Jannar jew Frar. L-omm żgur li tiġi rrappurtata u mixlija bi
11
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ġunju2021 traskuraġni.
Iżda fin-Norveġja l-ommijiet ġie li jħallu l-pram fil-ġnien ta’ quddiem id-dar fi ġranet kesħin bit-temperatura taħt iż-żero. Naturalment it-tarbija tkun liebsa apposta biex tibqa’ sħuna f’dak ittemp kiesaħ. Skont in-Norveġiżi din l-arja kiesħa tagħmel tajjeb għas-saħħa tat-tarbija u din torqod iktar fit-tul u mistrieħa fil-kesħa ta’ barra milli torqod fl-arja kondizzjonata ta’ ġewwa. Iżda aktarx li ebda omm Maltija ma titħajjar tagħmel bħal dawn lommijiet Norveġiżi.
Il-Mulej ma ħoloqx l-għaġla. Jieħu għaxar xhur biex isajjar larinġa.
12
Għad li l-festa mhix ser tkun bħas-snin li għaddew xorta waħda nixtiequ l-festa t-tajba lin-Nadurin kollha. Ħu ħsieb aqra xi ftit mill-ittri sbieħ li ħallulna. B’dan il-mod tkun qed turi kemm tħobb u timxi fuq il-passi tal-patruni tagħna San Pietru u San Pawl.
Mercieca Financial Investment Services Ltd. “Mercieca” Triq it-Tabib Anton Tabone, Victoria, Gozo, Malta. VCT 9020 Tel: +356 21553892 +356 79553892 Email: merciecafinancial@gmail.com
Mercieca Financial Investment Services Ltd is an enrolled Tied Insurance Intermediary of Mapfre MSV Life Pl. Mapfre MSV Life Plc is authorized by the MFSA to carry out long term business of insurance under the Insurance Business Act, Cap 403 of the laws of Malta. Mercieca Financial Investment Services Ltd is also an authorized Tied Insurance Intermediary of Mapfre Middlesea Plc (MMS) through Laferla Insurance Agency Ltd. Laferla Insurance Agency Ld is enrolled under the Insurance Intermediaries Act, 2006, to act as an insurance agent for MMS. MMS is authorized by the MFSA to carry both long term and general business under the Insurance Busi ness Act, 1998. All Entities are regulated by the MFSA.