Skip to main content

Il-Hbieb Isejhu - Mejju 2021

Page 1

l

NEWSPAPER POST

Il-Hbieb Isejhu

MEJJU 2021 numru 657


Triq l-Imgarr, Victoria, Gozo


+L-Iben t'Alla sar Bniedem

MEJJU 2021 numru 657 F’pajjiżna hawn diversi knejjes, kappelli u niċeċ ddedikati lill-Madonna taħt ħafna titli differenti. Insibuha mfaħħra taħt titli bħal ta’ Lourdes, ta’ Fatima, tal-Ġilji, tal-Karmnu, ta’ Pinu u oħrajn. Fil-Ġermanja fost ilħafna titli lill-Madonna hemm wieħed li jġorr ċerta kurżità għax fih hi msejħa ‘il-Madonna tal-Għoqiedi’. Dan it-titlu hu marbut mal-pittura li tidher fuq wieħed mill-artali tal-knisja ta’ San Pietru fil-belt Ġermaniża ta’ Perlack. Din il-pittura turi lill-Madonna qed tipprova tħoll l-għoqiedi minn kobba spag imħabbla li qed jgħaddilha anġlu. U tidher li qed jirnexxilha għax anġlu ieħor qed jiġbed l-ispag li issa jidher li ma fih l-ebda għoqda. Jgħidu li l-pittur kien ispirat minn sentenza li kien kiteb ħafna snin ilu San Irinew li kien isqof ta’ Lyon. Kien qal: “Adam u Eva biddiżubbidjenza tagħhom rabtu l-umanità b’għoqda ta’ ħtija u tbatija. Għallkuntrarju, Marija bl-ubbidjenza tagħha ħallet din l-għoqda.” U hekk għadha tagħmel sal-lum. Meta aħna wliedha nirrikorru lejha b’xi saram u inkwiet Marija tmexxina lejn triq is-sliem. Ejjew mela nduru lejn Marija meta l-ħajja ddewwaqna l-morr tagħha u nibqgħu żguri li dak li jidher bla soluzzjoni għalina, għal ommna Marija, lgħoqiedi jinħallu u ħajjitna terġa’ ssib is-sabar u l-kwiet.

1


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2021

Alexander Solzhenitsyn (1918 – 2008) Isem twil u tqil biex jitlissen u aktarx ftit li xejn ifisser għall-ġenerazzjoni żagħżugħa tal-lum. Iżda dan l-isem iddomina għal bosta snin paġni importanti fl-istorja tad-dinja. Alex twieled ir-Russja fl-1918. Kienu familja sinjura iżda tilef ’il missieru ta’ età żgħira u l-familja malajr sabet ruħha tgħix bl-akkarija.

2

...bixxewqa li jkunu għalina gwida għal ħajjitna.

Ommu kienet mara reliġjuża ħafna u riedet li binha jitrabba f’ambjent tajjeb minkejja li kienu foqra. Nisslet f’binha mħabba lejn ir-reliġjon Nisranija u riedet li jmur fl-aħjar skejjel biex ikun ippreparat għall-ħajja. Kiber u rnexxa u peress li kien tajjeb għall-kitba malajr daħal fl-isfera letterarja ta’ pajjiżu jgħallem u jikteb. Iżda ntebaħ li bħala ċittadin Russu ma setax jikkritika l-mexxejja tal-partit Komunista li għalihom Stalin u tagħlimu kienu sagrosanti. Iżda Alex ma setax iżomm għalih waħdu l-kritika li kien iħoss tbaqbaq ġo fih. U biex itaffi din il-qilla kien jikteb fil-moħbi u rari juri kitbietu ħlief lil xi ħbieb ta’ ġewwa. Iżda wieħed minn dawn it-taparsi ħbieb kixfu u meta għamlu tfittxija f’daru sabu l-manuskritti li kienu jinkriminawh. U hekk beda l-kalvarju għal dan il-persunaġġ.


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2021

Spiċċa l-ħabs għal xi tmien snin u meta skonta s-sentenza bagħtuh f’kamp ta’ konċentrament sakemm jara l-iżball tiegħu.

Kienu snin ta’ tbatija kbira li ġagħluh jikteb paġni fuq paġni tat-tbatija li minnhom kienu qed jgħadduh il-kbarat tal-Kremlin. Iżda fl-ebda ħin ma ċeda l-prinċipji u dak li kien abjad kien isejjaħlu abjad u l-iswed iswed. Kien biss wara mewt Stalin li nħeles u kitbietu xxandret l-ewwel fir-Russja u mbagħad mad-dinja. Iżda l-kapijiet raw fih bniedem Perikoluż għax kitbietu kienet qed tkisser qawwiethom u raw kif għamlu eżiljawh minn pajjiżhom. Alex spiċċa l-Istati Uniti u l-kotba tiegħu saru best sellers. Ġew tradotti f’ħafna lingwi u nbiegħu bil-miljuni. Fihom Alex ikkundanna l-Komuniżmu u sejjaħlu ideoloġija bla Alla li kienet twassal il-bniedem f’dagħbien bla tama. Ħajja kollha ċpar u dlam. U ħeġġeġ lill-qarrejja biex jerġgħu jiskopru s-sabiħ tal-Evanġelju għax beża’ li l-Punent bil-mod kif kien qed jgħix kien qed jitlef l-identità Nisranija. Kliem profetiku għax dak li Alex beża’ minnu ġara u għadu jiġri anke llum. Solzhenitsyn ried li jmur lura pajjiżu u x-xewqa tiegħu

ntlaqgħet meta l-Komuniżmu ġie żarmat fir-Russja u floku daħlet sistema demokratika li kienet tippermetti kritika u kienet issaqqi l-fehma ħielsa. Kien iħobb jgħid: “Biex il-ħażin jirbaħ jeħtieġ li t-tajjeb joqgħod b’idejh marbuta ma jagħmel xejn.” Dan il-kliem ma kienx jgħodd għalih għax Alex ħadem u stinka biex jimbotta ’l quddiem it-tajjeb anke b’sagrifiċċji kbar personali. Miet ta’ kważi disgħin sena fl-2008 iżda ħalla warajh mhux biss isem ta’ kittieb ta’ fama iżda wkoll dawl sabiħ li għadu sal-lum iwassal messaġġ ta’ verità msejjes fuq it-tagħlim tan-Nazzarenu.

3


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2021

DR CORONATO GRECH M.D. jibda ar tiklu dwar :

Is-sens tal-vista u l-għajnejn huma xi ħaġa meraviljuża. Bihom naraw id-dinja ta’ madwarna, mill-iżgħar ħaġa (madwar 0.01 millimetru) sal-ibgħad, bħallgalassija Andromeda, iktar minn żewġ miljuni light years1 bogħod. Madankollu maż-żmien sirna nafu li jeżistu affarijiet ferm iktar iżgħar u ferm ikbar u ’l bogħod. U biex nagħmlu dan ġew ivvintati teleskopji u mikroskopji.

teleskopji li għamel lejn is-sema. Bih ra ferm iktar dettalji fuq ilqamar, fil-pjaneti Venus, Jupiter u fix-xemx u forsi iktar impressjonanti ferm u ferm iktar kwiekeb. B’dawn l-iskoperti nfetħet dinja ġdida fuq l-univers, għalkemm kien hemm diffikultajiet.2

L-ewwl indikazzjoni li seta’ hemm oġġetti ġodda li ma narawhomx, kien meta Galileo, fil-1609, dawwar wieħed mit1. Light year hija kejl ta’ bogħod u hija d-distanza li dawl, li għandu l-ikbar veloċità possibbli, dik ta’ 300,000,000 metri fis-sekonda, jagħmel f’sena. Li jfisser li Andromeda qed narawha kif kienet żewġ miljun sena ilu. 2. Pereżempju Galileo ġie ppersegwitat u msikket mill-Inkwiżizzjoni Kattolika li rat dawn l-iskoperti ta’ theddida għat-twemmin.

4


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2021 L-iżvilupp tat-teleskopju kompla, b’diversi tipi u disinni. Per eżempju Isaac Newton fil-1668, ivvinta wieħed differenti, jaħdem bil-mirja flok lentijiet. Ta’ għajnuna kbira kienet ilmatematika u speċjalment bilfotografija fejn issa seta’ jkun hemm rekordji permanenti ta’ dak li kien osservat fis-sema.

Illum fost l-ikbar teleskopji fiddinja nsibu l-Hale Telescope f’Palomar l-Istati Uniti, il-Keck fil-Hawaii u l-Gran Telescopio fil-Gżejjer Kanaris. Dawn jużaw id-dawl viżibbli, dak familjari għal għajnejna. Hemm teleskopji oħra li jaraw b’radjazzjonijiet oħra differenti. Fost l-iktar familjari minn dawn huma r-radju-teleskopji li jużaw ir-radiowaves. L-ewwel wieħed, żgħir u primittiv kien inbena millAmerikan Grote Reber fil-1937. Illum hawn uħud kbar ħafna bħal

dak famuż ta’ Jodrell Bank flIngilterra li nbena fil-1957, jew dak ta’ Arecibo fi Puerto Rico li nbena fil-1963 u li dan l-aħħar inkiser. Hemm oħrajn li jaħdmu f’ko-ordinazzjoni ma’ xulxin meta qegħdin f’ringiela jew anke f’kontinenti differenti. U jerġa’, biex tiġi evitata linterferenza mill-atmosfera, fil1990 inbena teleskopju f’orbita madwar id-dinja, il-Hubble Telescope. Teleskopji oħra fuq satelliti jduru madwar id-dinja josservaw b’radjazzjonijiet oħra, bħall-infra red u X-rays.

B’dawn it-teleskopji kollha llum kapaċi naraw u nistudjaw ferm u ferm iktar dettalji milli qatt nistgħu naraw b’għajnejna biss: gruppi ta’ kwiekeb, kwiekeb strambi (eż. nova, supernova, pulsars eċċ), sħab enormi interstellari, galassiji, u gruppi ta’ galassiji. Sirna nafu xi ftit listruttura bażika tal-univers. (Dr Grech itemm dan l-artiklu filħarġa ta’ Ġunju)

5


Ħaddem moħħu

Darba Johannes Brahms kien iffittat minn ħafna nisa xjuħ li riedu jkomplu jkellmuh għal serata sħiħa kieku tahom l-opportunità. Imma hu kien mgħaġġel. Għalhekk ħareġ sigarru ta’ Havana u beda jpejjep. Ir-riħa dejqet lin-nisa u waħda minnhom qaltlu: “Mhix edukazzjoni li tpejjep issigarri fil-preżenza tan-nisa!” “Ruħi qalbi jien ridt biss noħloq latmosfera tas-sema. Qed narakom anġli u dawn ġeneralment ipittruhom ġos-sħab.” U telaq bilġri biex jilħaq impenji oħra li kellu.

Serjetà ta’ kummidjant

Charlie Chaplin ma tantx kien jiċċajta fejn tidħol it-trobbija ta’ wliedu. Kemm-il darba kien jieħu liż­żewġt itfal tiegħu fl-iktar distretti foqra ta’ New York liebes b’mod li ħadd ma kien jagħrfu. U lil uliedu, waqt li jurihom dan il-faqar, kien jeħodhom lura d-dar u jgħidilhom: “Qed taraw hux kemm intom xortikom tajba!” Hekk draw japprezzaw dak li kien isir għalihom minnu u minn ommhom. Kultant it-tajjeb ta’ madwarna neħduh for granted.

6


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2021

Tattika Grupp ta’ turisti resqu biex jixtru xi souvenirs mingħand bejjiegħ tat-triq. Meta talabhom il-prezz dawn tawh terz biss ta’ dak li kien qed jitlob. Il-bejjiegħ bagħathom jixxejru għax il-prezz li tawh qal li kien wieħed redikolu. Iżda turist minnhom inqata’ minn sħabu, u waqt li waqaf jifli ssouvenirs qal lill-bejjiegħ: “Veru rigal sabiħ u jiswa l-prezz li qed titlob għalih… 15-il dollaru. Nixtieq nakkwistah iżda ma fadallix flus. Forsi xi darba x-xorti għad terġa’ ġġibni ’l hawn u nixtrih.” Il-bejjiegħ ħares lejh u staqsih: “Kemm fadallek flus?” “Mhux iktar minn ħames dollari.” “Tant rajtek li tixtiequ li lest nagħtihulek.” U waqt li t-turist newwillu l-ħames dollari, il-bejjiegħ geżwirlu ssouvenir. Kultant b’daqsxejn tattika tasal ferm iktar mill-għajjat u r-raġunar.

It-talb

F’kamp ta’ konċentrament, Nisrani deher jitlob. Xi ħadd minn sħabu qallu: “Taħseb li t-talb ser jeħilsek minn dan linfern tad-dinja?” “Jekk ma jeħlisnix almenu jagħtini lqawwa biex ngħix dan iż-żmien b’tama u sabar.” Meta nitolbu mhux bilfors naqilgħu dak li nitolbu iżda l-Mulej żgur jagħtina dak li neħtieġu.

7


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2021

Meta wasal l-Awstralja għallAustralian Open 2021, Stefanos Tsitsipas kellu xi ħaġa fil-bagalja li tfakkru fil-passat… sempliċi tshirt bil-kliem USSR 1956. Dan juri xi ħaġa unika fil-karattru ta’ wieħed mill-akbar talenti ġodda li bħalissa hemm fil-logħba tattennis. Fl-1956 in-nannu matern ta’ Stefanos, Sergei Salnikov, sar rebbieħ Olimpiku meta kien striker fit-tim tal-futbol tal-Unjoni Sovjetika. 65 sena wara n-neputi ta’ 22 sena kien qed jiġri wara lewwel Grand Slam victory flistess belt. Il-familja tfisser ħafna għal Tsitsipas. Hekk ukoll l-Australian Open – hawn kien fejn wera għall-ewwel darba l-potenzjal kbir tiegħu meta rebaħ lill-idolu tiegħu Roger Federer fi triqtu lejn is-semi finali tal-2019. Bħalissa

8

jinsab fis-sitt post fid-dinja. Meqjus bħala l-eredi naturali talkbar f’dan l-isport. Imma hemm faċċata oħra, forsi li ma tistenniex, ta’ dan l-isportiv. Għad li llum jidher żagħżugħ konfidenti, fi tfulitu kien mistħi ħafna, kien ibbuljat l-iskola u lesperjenza ta’ meta ħabbat wiċċu mal-mewt jgħid li għadha taffettwah ħafna. Beda jilgħab ta’ età żgħira mgħejjun mill-ġenituri tiegħu li t-tnejn kienu mdaħħla fit-tennis… ommu Julia Apostoli kien tennista professjonista filwaqt li missieru Apostolos Tsitsipas kien għalliem tat-tennis fil-periferiji ta’ Ateni. Jgħid li ommu għallmitu d-dixxiplina, ilġenerożità u l-ħniena filwaqt li missieru mmaturah bil-pariri tiegħu. Kien il-junior world number one. Ta’ sittax beda


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2021

jittrennja fl-akkademja ta’ Patrick Mouratoglou – il-kowċ ta’ Serena Williams – fuq ir-Riviera Franċiża. Jgħid li f’Ottubru 2016 meta kien ma’ ħabibu jgħum ftit ’il barra mill-kosta ta’ Kreta nqabdu minn kurrent qawwi u mhux mistenni. Ma setgħux jifhmu x’kien qed jiġri. Ippanikkjaw u ppruvaw jiġġieldu lill-kurrent b’riżultat li għejjew. F’video blog ta’ disa’ minuti fuq il-youtube Tsitsipas jiddeskrivi s-sitwazzjoni tal-biża’ li nqabdu fiha: ħassewhom bla saħħa u ċerti li ser imutu, kif għamel paċi mal-mewt u kif ilmemorji ta’ tfulitu dehru quddiem għajnejh. Jirrifletti kif dan linċident immaturah – xahrejn qabel kien għalaq 18 – u għenu jirbaħ kull biża’. Isejjaħlu ‘l-jum li kelli nitlef ħajti.’ Kellu jkun missieru, Apostolos, li salvahom. Għam warajhom u rnexxielu jwassalhom l-art. Missieru jgħid, “Dak li ġara hu mekkaniżmu li hemm f’kull bniedem, l-aktar fil-ġenituri. Meta jiskatta jseħħu l-mirakli. Importanti li tagħmel dak li tħobb. Dan juri kemm inħobbu lil xulxin.”

Stefanos jgħid “Kieku kellna mmutu, konna mmutu flimkien. Hu l-eroj tiegħi. Minn dakinhar bdejt nara lil ħajti minn perspettiv

differenti. Ħassejtni nbdilt ħafna psikoloġikament. Bdejt nifhem aħjar il-ħajja u nħossni nieħu deċiżjonijiet aħjar.”

Ma jfissirx li kollox perfett f’ħajtu. Għad li l-ġenituri tiegħu jsostnuh ħafna jħoss li ma tantx jagħtuh nifs. Iħoss li għandu jingħata aktar indipendenza u jħallu f’idejh id-deċiżjonijiet imporanti. Iżda xorta jirrispettahom għax huma jifhmu li ma għadux it-tifel li trid tmexxih f’kollox int. Missieru jgħid, “Meta Stefanos kien iżgħar is-sitwazzjoni kienet eħfef. L-irwol doppju tiegħi jrid jinbidel aktar ma jikber. Irrid nifhem li hu qed jassumi aktar responsabbiltajiet u jieħu deċiżjonijiet. Irrid nisimgħu aktar.” “Għadna niġġieldu kultant, imma fil-fond ta’ qalbna hemm ħafna mħabba u rispett. Minkejja l-qoxra u dak li jidher irridu ħafna ġid lil xulxin.”

9


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2021

“…bħala foqra, iżda ngħinu ’l ħafna, bħala nies li ma għandhom xejn, iżda għandna kollox.” 2 Kor 6:10 Missjunarju fi gżira tal-Paċifiku ħa gost meta tifla tatu qoxra ta’ bebbuxu tal-baħar. “Mnejn ġibtha din kemm hi sabiħa?” staqsieha. It-tifla fissritlu li mxiet ħafna mili sa bajja fuq ix-xaqliba l-oħra tal-gżira, l-uniku post fejn kont issibhom. “Kemm hi ħaġa sabiħa li tmur daqshekk ’il bogħod biex tagħtini rigal hekk sabiħ!” Tbissima kbira xegħlet wiċċ it-tifla u qaltlu: “Mixja twila, parti mir-rigal.”

#

X’nista’ nagħti llum li ma tiswiex flus imma tagħmel lill-persuna l-oħra ferħana ħafna? Min? Għaliex?

10

Ċrieket u djamanti mhumiex rigali imma affarijiet flok rigali. L-uniku rigal hu parti minnek innifsek. RALPH WALDO EMERSON


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2021

Kennedy jidher jipprova jikkalma lil viċi tiegħu. Kemm irnexxielu ma nafux.

Lyndon Johnson jissaħħan F’dan ir-ritratt toħroġ weħidha lqilla li kien hemm f’Lyndon Johnson, il-Viċi-President Amerikan fi żmien Kennedy. Ir-ritratt ittieħed meta Kennedy kien f’nofs kampanja elettorali f’Amarillo, Texas. Johnson jidher irvillat bin-nervi għax xi ajruplani militari kienu qed itiru fil-baxx u dan kien qed itellef l-attenzjoni tas-semmiegħa mill-messaġġ li xtaq iwassal Kennedy. Mhux biss, imma l-ħsejjes li kienu qed jagħmlu ma kinux jippermettu lil Kennedy jinstema’.

Lyndon Johnson kien ma’ Kennedy meta sparaw fuqu f’Dallas. Għall-bidu ħarġet laħbar falza li Johnson intlaqat ukoll. Fil-fatt Johnson ma kien ġralu xejn għax kien imbiegħed minn Kennedy. Tant ma ġralu xejn li f’dik il-ġurnata stess – it22 ta’ Novembru 1963 - ħa lġurament tal-ħatra f’Dallas u hekk ġie maħtur is-36 President Amerikan ftit sigħat wara li Kennedy ġie ddikjarat mejjet mittobba li kienu qed jassistuh. Il-qilla ta’ Johnson kienet xi ħaġa magħrufa sew fiċ-ċrieki tal-White House. Kien bniedem nervuż u għal kull kuntrarju kien jitlef lerre. Imma dan kien isir bogħod mill-cameras tal-ġurnalisti li kienu jogħxew jarawh jitlef ittempra u hekk ikunu jistgħu jistampaw fuq l-ewwel paġni talġurnali tagħhom lill-President f’xi dagħdigħa minnhom. Eżatt kif għamlu f’dan ir-ritratt li qed nurukom.

11


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2021

Għal darb’oħra r-ritratt hu xhieda li qalb il-bniedem hi aqwa minn kull vendetta.

Suldat Amerikan b’tifel Ġappuniż F’dan ir-ritratt, meħud minn ħabib ta’ suldat Amerikan, juri lqalb tajba ta’ dan il-ġuvnott anke quddiem il-qilla u l-krudeltà talgwerra. L-Amerikani kienu f’nofs ġlieda qalila fil-gżira ta’ Saipan qrib ilĠappun f’Lulju 1944. F’ħin minnhom xħin dan is-suldat Amerikan kien għaddej ma’ sieħbu f’jeep militari lemħu tfajjel Ġappuniż fil-ġenb tat-triq, aktarx ferut jibki u jitlob l-għajnuna. B’periklu għal ħajjithom issuldati waqfu, daħlu lit-tfajjel filjeep u telqu bih lejn il-bażi Amerikana fejn kien hemm klinika temporanja. Fiha poġġew lit-tfajjel li frott l-intervent tattobba salvawlu ħajtu. Fi tmiem ilgwerra seta’ jingħaqad ma’ familtu.

12

“Dejjem tħalli lir-Rużarju għal aktar tard u tispiċċa ma tirreċtahx għax trid torqod. Jekk ma għandekx aktar ħin, għidu fit-triq bla ma tħallihom jindunaw x’qed tagħmel. Ikun qed jgħinek iżżomm quddiemek ilpreżenza ta’ Alla.” San Josemaria Escriva


Mercieca Financial Investment Services Ltd. “Mercieca” Triq it-Tabib Anton Tabone, Victoria, Gozo, Malta. VCT 9020 Tel: +356 21553892 +356 79553892 Email: merciecafinancial@gmail.com

Mercieca Financial Investment Services Ltd is an enrolled Tied Insurance Intermediary of Mapfre MSV Life Pl. Mapfre MSV Life Plc is authorized by the MFSA to carry out long term business of insurance under the Insurance Business Act, Cap 403 of the laws of Malta. Mercieca Financial Investment Services Ltd is also an authorized Tied Insurance Intermediary of Mapfre Middlesea Plc (MMS) through Laferla Insurance Agency Ltd. Laferla Insurance Agency Ld is enrolled under the Insurance Intermediaries Act, 2006, to act as an insurance agent for MMS. MMS is authorized by the MFSA to carry both long term and general business under the Insurance Busi­ ness Act, 1998. All Entities are regulated by the MFSA.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Il-Hbieb Isejhu - Mejju 2021 by Michael Debono - Issuu