GWIDA MARCH 2020

Page 65

EPISODJU 5/ L-EWWEL STAĠUN

IN-NAGĦĠA L-MITLUFA (It-Tielet Parti) Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

X’ġara s’issa? Ninsabu fil-Music Hall fejn il-banda qiegħda ddoqq bħas-soltu. Jeffrey kien qiegħed idoqq waqt li lemaħ liċ-ċkejken Victor fl-entratura jxejjirlu u eċitat. Dak il-ħin imbela’, Jeffrey ma kienx jaf x’ser jaqbad jagħmel, ħares lejn il-kollegi tiegħu u poġġa l-istrument tiegħu mal-art, filwaqt li ħarab jiġri lejn Victor. Jeffrey: Il-mummy fejnha?

Victor: Mhix hawn (smiles)

Jeffrey: Mela kif ġejt hawn? Victor: Waħdi!

Jeffrey: Int trid xi daqqtejn illejla? La tkun taf il-mummy, aqta’ x’se tagħmillek! Jeffrey ma ħa xejn gost bil-preżenza ta’ Victor, u dan xħin ra lil missieru hekk, minn eċitat inbidel f’serjetà kbira. Jeffrey jaqbadlu jdejh u jieħdu taħt il-palk biex ikun jista’ jkellmu aħjar. Victor: Inti milli se tagħmel lilek qed tibża’.

Jeffrey: Ħa tirrispondi wkoll! Issa ma tafx li jien xogħol inkun u ma nistax niġi nwasslek lura. Victor: Issa kif ġejt immur.

Jeffrey: Ma tmur xejn waħdek dan il-ħin.

Victor: Għala? Għax joħorġu l-ladies jaħdmu fit-triq.

Jeffrey: Issa nagħmillek il-ladies fit-triq int. Xebgħa tajba trid. Kif ma indunatx li ħriġt il-mamà? Victor: Għax qaltli li sejra għand Lina ta’ taħtna biex tgħinha bil-baby...u ġejt ftit s’hawn.

Jeffrey: Ġejt ftit s’hawn biex taqla’ l-inkwiet. Ma tafx li mhux suppost tiġi iktar hawn. Victor: Ħa ndoqq waħda papà, waħda, sakemm toħodni lura. Please, please!

Eżatt fil-pront, Pawlu s-sid tal-Music Hall ra lit-tifel u mar fuq Jeffrey jgħidlu biex iħallih idoqq. Iżda Jeffrey qallu bis-sitwazzjoni u staqsieh jistax jieħdu d-dar, iżda dan wieġbu li xogħlu ma kienx lest. Ta’ xejn insista Jeffrey, ma’ Pawlu ma ġabhiex żewġ u Victor bi tbissima kellu joqgħod hemm. Jeffrey: Itla’ doqq, kif ngħajjatlek, m’hemmx biki, dritt għad-dar ...Issa naraw x’se nivvinta ’l ommok. Victor daħal inkiss inkiss fuq il-palk u beda jdoqq id-drums. Sylvana u Julia komplew jaqraw mid-djarju ta’ Lydia. Din id-darba Lydia kienet semmiet lil oħtha u kienet kitbet hekk: Spiss naħseb f’oħti. Jekk tinsabx tajba, jekk taħsibx fija, in-nagħġa l-mitlufa, hekk kienet tgħajjatli Luċija, in-nagħġa l-mitlufa forsi għax bħan-nagħaġ għandi wisq ftit esperjenza tal-ħajja u tan-nies. Nintilef malajr, nafda wisq u ma nafx fejn inrekken ruħi. Inħoss in-nuqqas t’oħti, forsi anke hi qed taħseb fija, nispera li għall-inqas ma tispiċċax in-nagħġa l-mitlufa bħali, dik li trid min isalvaha mis-sitwazzjoni msejkna tagħha. Ara jien spiċċajt hawn nistenna ma nafx xiex u ma nafx min. X’se jiġri minni issa, ħa nibqa’ dejjem in-nagħġa l-mitlufa? Ħajti qatt mhu se tmur għall-aħjar? Hemm xi ħadd qed ifittixni se jsalvani? Jekk iva ddumx ma tasal. Mur għidilha li dak li kien ser isalvaha kien qed idur triq triq il-Belt biex ifittixha! Povru Mario jistaqsi lil kull raġel li jara fuq Lydia, forsi ma tafx kif xi ħadd lemaħha. Miegħu biex jassistih kien hemm sieħbu Ġanni li kien għeja jisma’ d-deskrizzjoni ta’ Lydia, “Għajnejha kannella... Irqiqa...”. Iżda kulħadd kien iwieġbu li qatt ma raha u li kien hawn ħafna b’dik id-deskrizzjoni. Mario kien iddiżappuntat għall-aħħar, il-lejl beda dieħel u Ġanni beda jinkwieta fuq kif ser jaslu lura, dar fuq Mario u ssuġġerielu biex jinġabru. Mario induna li kien In-Nagħġa L-Mitlufa - 84

GWIDA Marzu 2021 65


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
GWIDA MARCH 2020 by Content House - Issuu