EPISODJU 4/ L-EWWEL STAĠUN
IT-TUFFIEĦA MĦASSRA (It-Tieni Parti) Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
X’ġara s’issa? L-għarus ta’ Lydia, Guido qabbad investigatur privat biex jiskopri fejn tinsab Lydia. Fl-aħħar Mario qed jemmen lil Luċija li Lydia kienet verament ħarbet minħabba fih u t-tarbija hija tiegħu. Lydia tkun ser tiżvela li hi tqila ma’ Lilly iżda… Lilly: Mhu ħa ngħid lil ħadd ta... serraħ rasek.
Lydia: Jiena tlaqt mid-dar għax... (Lydia tkun ser tikxef li hi tqila imma taqleb id-diskors fl-aħħar sekonda) Jien ħrabt għax kelli niltaqa’ mal-għarus tiegħi. Lilly: Veru? U x’ġara? Lydia: Ma ġiex!
Lilly: Ja bagħal li hu! ...ftehemtu u ma ġiex?
Lydia: Ma riedx jaf bija, ma ltaqax miegħi. Ma kellimtux, ma rajtux iktar minn dakinhar. Lilly: Kemm hu kelb.
Lydia tispjega lil Lilly li kienet iltaqgħet ma’ Mario fid-dar tagħhom stess. Mario kien jiġi bil-ħut ibigħ fid-dar tagħhom. Lydia hawnhekk iġġedded il-memorji ta’ meta Luċija fetħet il-bieb u Mario kien rifes l-għatba għall-ewwel darba b’kaxxa ħut f’idejh flimkien ma’ ħuh u missieru. Luċija ggwidathom biex jidħlu bil-ħut fil-kċina tal-palazz. Kien hemm fejn Lydia u oħtha Victoria kienu qed jaqraw ktieb. Lydia b’serqa lemħet lil Mario u t-Tnejn għamlu kuntatt bil-ħarsa. Lilly pronta staqsietha min kien qabad ma’ min l-ewwel. B’ Lydia tgħidilha li ħadd ma kellem lil ħadd imma darba kien ġie ma’ missieru jħalli l-ħut u bħas-soltu mxew wara Luċija. Mario waqaf fil-ġnien fejn kienet Lydia u oħtha qed jilagħbu. Għajnejn Lydia kienu mgħottija b’xalla u pruvat taqbad lil Victoria. Lydia kienet konvinta li ser taqbadha b’Victoria tgħajtilha u tiġri mal-ġnien. Mario baqa’ jħares lejn dawn l-aħwa jilagħbu. Lydia kien ħerqana biex taqbad lil Victoria iżda bdiet issibha diffiċli b’għajnejha mgħottija. Lydia ħasbet li sabet lil oħtha u malajr għajtet “qbadtek” imma indunat li kellha l-persuna ħażina quddiemha. Lydia tibda tħoss l-idejn tal-persuna bil-mod u f’mument tieqaf ħesrem. Kienet qed taqbad lil Mario, b’dan ħa l-opportunità, resaq qrib u prova jbusha. Lydia kienet taħt xokk, neħħiet ix-xalla u tara lil Mario viċin tagħha. Dehret ftit konfuża, għoġbitha l-affari imma ma riditx turih, anzi wrietu bil-kontra! Mario tbissem imma laqqat daqqa ta’ ħarta f’wiċċu. Mario nħasad, deher insultat u telaq ħdejn ħuh u missieru. Waqt li Lydia baqgħet tirrakkonta lil Lilly, fil-knisja tal-viċin kien hemm Violet li marret tqerr għand Patri Raphel. Violet kienet għadha kemm lestiet mill-qrara bil-patri jagħtiha l-assoluzzjoni. Eżatt xħin lestiet u kienet ħierġa mill-knisja, persuna jiġi minn wara daharha u jħuf warajha. Baqa’ jsegwiha sakemm din Violet indunat u ddur lejh waqt li nfexxet f’għajta. Violet: Madonna x’qatgħa tajtni, mela trid toqtolni bil-qatgħa.
Johnny: Vera saret perikoluża Strada Stretta, imma biex ma tagħrafx ir-raġel ta. (Johnny kien wieħed mill-pulizija fi Strada Stetta, waqaf jittanta lil martu waqt li biesha) Violet: Kif tridni nagħrfek minn warajja, kont diġà ħa nfajjarlek daqqtejn bil-basket (titbissem) ...Nieżel id-dar dalħin? Johnny: Kont duty mas-surġent, spiċċajna kmieni minn interrogazzjoni u qalli mmur nieħu kafè miegħu. Għidt aħjar ninżel id-dar nieħu kafè miegħek. Violet: Jien mhux se ndum imma d-dar ta! Johnny: Sewwa qisek ma tridnix.
Violett: U jaħasra John, moħħok għandi, sejra nġarrab libsa. Violet kienet diġà miftiehma u ma kinitx ser tħassar il-pjanijiet. B’Johnny jistaqsiha jekk hux ħa ddum u din Dak Li Mitluf U Dak Li Misjub - 69
GWIDA Novembru 2020 65